Birgu

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

Birgu.jpg

Il-Birgu
Isem tal-abitanti: Birġin
Qaddis patrun:
 – Ġurnata:
San Lawrenz
10 ta' Awissu


Birgu hi belt żgħira li kellha rwol kruċjali fl-Assedju l-Kbir tal-1565. Fi tmiem il-2005 din il-belt kienet tgħodd 3,033 ruħ, li minnhom kien hemm 1,557 ir-raġel u 1,476 il-mara.

Il-Birgu twaqqaf fuq lsien t'art fil-Port il-Kbir, wara l-kenn tal-Forti Sant Anġlu, magħruf fiż-Żmien Nofsani bħala l-Castrum Maris, hu kien iservi bħala l-port prinċipali tal-gżejjer Maltin. Mal-wasla tal-Kavallieri ta' San Ġwann fl-1530, il-Birgu sar il-bażi tal-flotta tal-Ordni, u il-kwartieri prinċipali tal-Kavallieri, għaliex il-belt kapitali, l-Imdina, kienet 'il ġewwa fil-gżira u mhux prattika għal flotta.

L-Ordni saħħaħ il-Forti ta' Sant Anġlu, tella swar fuq in-naħa ta' ġewwa u ffortifika il-peniżola fil-qrib, l-Isla.

Wara l-Assedju tal-1565, il-Granmastru La Vallette iddeċieda li jibni belt ġdida fl-għolja ta' faċċata, l-Għolja Xiberras, dik li maż-żmien saret il-Belt Valletta. Wara l-Assedju, il-belt tal-Birgu tlaqqmet bħala Città Vittoriosa, "il-belt rebbieħa" bit-Taljan.

Il-Knisja Parrokjali hi ddedikata lil San Lawrenz, u l-festa ssir fl-10 t'Awwissu. Festa oħra hija din ta' San Duminku.

[editja] Nies Magħrufa Ġirbin


Fost in-nies magħrufa mill-Birgu li taw kontribut nazzjonali hemm Pawlu Boffa, Prim Ministru Laburista bejn l-1947-50 u li twieled hawn fit-30 ta' Ġunju 1890. Id-dar tiegħu fejn twieled u trabba tinsab bħalissa fi stat ta' telqa.

[editja] Għaqdiet Sportivi

It-tim tal-futbol Vittoriosa Stars twaqqaf minn Feliċ Grima fl-1906, għalkemm hemm ħjiel li Vittoriosa Melita kienu diġa lgħabu fl-1902. Fl-1912 bdew jieħdu sehem fil-Kampjonat Malti. Għalkemm il-Vittoriosa Stars huma tim minn belt żgħira xorta baqgħu jieħdu sehem, anki jekk l-unuri kienu l-ftit. Fl-1954-55 rebħu t-Tieni Diviżjoni u s-sena ta' wara dehru fl-għola kampjonat Malti. Wara sena ġew relegati, sakemm fl-1975-76 ġew it-tieni fit-Tieni Diviżjoni u promossi. Din id-darba rnexxilhom iżommu sentejn mal-kbar sakemm fl-1977 tilfu posthom.

Illum it-tim jilgħab fl-Ewwel Diviżjoni u għad irid jilgħab fil-format ġdid tal-Kampjonat Premier. Il-każin preżenti jinsab fid-dar imsejjħa Domus Panis Celestis, illi qabel kienet isservi bħala waħda ta' tagħlim reliġjuż tal-Mużew.

[editja] Ħoloq