Għawdex

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Mappa tal-Arċipelagu Malti, b'Għawdex immarkati bl-aħmar

Għawdex hi gżira li tifforma parti mill-arċipelagu Malti fil-Baħar Mediterran, u t-tieni fid-daqs wara Malta. Għawdex hu differenti minn Malta peress li fuq din il-gżira, wieħed isib aktar abbundanza naturali u ekoloġika.

Għawdex hu magħruf ukoll bħala "il-Gżira ta' Kalipso", isem meħud mill-leġġenda ta' Omeru fl-Odissea, li tirrakkonta kif Ulisse sbarka fuq il-gżira ta' Ogigia, (maħsuba li hi Għawdex) fejn ħadet ħsiebu in-ninfa Kalipso.

Il-Popolazzjoni ta' Għawdex hi ta' bejn wieħed u ieħor 31,000 Għawdxi u Għawdxija. Għawdex hu rikk mhux biss bin-natura, iżda ukoll bl-istorja tiegħu.

Storja[editja]

Għawdex ilha abitata mill-5 millenju QK, kif inhu pruvat fit-tempji megalitiċi tal-Ġgantija. L-ewwel nies probabilment ġew minn Sqallija. L-istudjużi jaħsbu li l-ewwel abitanti tal-gżira kienu joqgħodu f'għerien, fil-post fejn illum hemm ir-raħal ta' San Lawrenz.

Għawdex kien ta' importanza kbira anke fiż-Żmien Neolitiku, u dan narawh bl-eqdem struttura reliġjuża fid-Dinja- it-tempju tal-Ġgantija.

Fil-Perjodu Ruman, Għawdex kien Muniċipju għalih, bi flus u tmexxija differenti minn dik ta' Melita.

Għawdex sofra ferm fi Żmien il-Kavallieri, l-aktar meta tkaxkret il-popolazzjoni Għawdxija kollha fl-1551.

Fl-1551, il-popolazzjoni Għawdxija ġiet imkaxkra għall-kollox fil-jasar minn Dragut Reis u Sinan Pasha. Wara dan l-avveniment iswed fl-istorja Għawdxija, Għawdex dam ħafna ma' żvilupp u reġa' beda jiġi abitat.

F'Lulju tal-1551 l-Ottomani u s-sibbien tal-Barbarija ħabtu għall-gżira, għamlu skjavi lill-5,000 jew 6,000 abitant, u ħaduhom Tarħuna fil-Libja. Huma ħarbu minn Mġarr ix-Xini.

L-istorja t'Għawdex tmur id f'id ma' dik ta' Malta, minħabba li Għawdex kienet dejjem kmandata minn Malta, ħlief għall-perjodu qasir ta' awtonomija bejn it-28 t'Ottubru, 1798 u l-5 ta' Settembru, 1800, waqt l-Imblokk tal-Franċiżi.

Kultura[editja]

Avolja gżira żgħira, ftit 'il fuq minn dik ta' Malta, hija mimlija siġar, frott u fjuri u aktar għammiela. Ma hijiex mill-bini bħal Malta, għalkemm l-iżvilupp ta' kafkaf qiegħed jilħaq lil din il-gżira wkoll u biz-zmien tirangga ukoll

Ġeografija[editja]

Il-gżejjer Maltin

Għawdex hi 67 km². Il-gżira għandha popolazzjoni ta' 30 elf, madwar 6 elef minnhom jgħixu fil-kapitali, ir-Rabat, magħrufa wkoll bħala Victoria.

Hi 'l bogħod madwar 6 km fil-majjistral mill-eqreb art ta' Malta, b'14 km tul u 7.25 km wisgħa.

Ħoloq esterni[editja]