Partit Laburista (Malta)
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
| Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
| In-newtralità ta' dan l-artiklu jew sezzjoni hi disputata.
Biex tikkontribwixxi, ipparteċipa fid-diskussjoni. Tneħħix dan l-avviż qabel ma tiġi solvuta d-disputa.
Ispeċifika d-data: {{NPOV|raġuni|xahar sena}} |
Partit Laburista (PL) huwa partit politiku Malti ta' twemmin soċjal demokratiku, affiljat ma' l-Internazzjonali Soċjalista u mal-Partit tas-Soċjalisti Ewropej.
Werrej |
[editja] Storja
[editja] Twaqqif
Il-Partit Laburista twaqqaf ufficcjalment fil-15 ta' Ottubru 1920, bil-hidma centrali tieghu tkun, li jtejjeb l-ghixien tal-haddiema u l-familji taghhom.
[editja] L-Ewwel Snin
L-ewwel gvern Laburista tela' b'maggoranza assoluta ta' 59.86% tal-voti tal-poplu Malti fl-1947. Dan il-gvern kien immexxi mit-tabib Pawlu Boffa. Madankollu xi zmien wara inqala' dizgwit bejn il-Prim Ministru Pawlu Boffa u wiehed mill-Ministri tieghu, Duminku Mintoff dwar il-mod li l-gvern kien qed jimxi mal-hakma Ingliza f'Malta. Dan wassal ghal qasma fil-Partit Laburista. Pawlu Boffa beda jmexxi l-Malta Workers Party filwaqt li Duminku Mintoff lehaq mexxej tal-Partit Laburista Malti fl-eta' ta' 33 sena waqt li waqqaf mill-gdid il-partit.
Il-Partit Laburista, mmexxi mill-Perit t'eta' pjuttost zghira ghal kap ta' partit; rebah l-elezzjonijiet ta' wara, fl-1953 u l-1955, din tal-ahhar merbuha ghal darb'ohra b'maggoranza assoluta ta' 56.73%.Il-Partit Laburista rebah bl-ghajta tal-"Integration" li kien ukoll ghadda b'maggoranza assoluta bhala referendum, li izda l-PN ma kienx accetta t-telfa tieghu tal-LE. Malta integrata totalment mall-Inglizi kien ifisser li l-Maltin kien ikkollhom drittijiet u ghixien ahjar, ugwali daqs il-poplu Ingliz. It-trattati sfaxxaw wara li fl-1958 tfaccat il-possibilita' li tinghalaq it-tarzna mill-Inglizi u dawn tal-ahhar ma ridux ukoll jaghtu garanzija kemm se jdumu jaghtu flus lil Malta wara dan it-trattat. Minhabba dawn il-bsaten fir-roti, il-gvern Laburista waqqaf in-negozjati kollha ma' l-Ingilterra u beda jahdem favur Malta Indipendenti.
Minhabba li l-Inglizi baqghu ma taw l-ebda garanzija dwar il-futur tat-tarzna, il-gvern Laburista rrizenja u minhabba dan, sehhew irvellijiet kbar mill-Maltin kontra l-Inglizi, fit-28 t'April 1958. Talli l-Maltin kienu qed jiggieldu ghad-drittijiet taghhom, madwar 100 Malti gew arrestati fosthom ministri Laburisti u Agatha Barabara dak iz-zmien ministru tal-edukazzjoni u li hafna snin wara, nhatret l-ewwel President mara.
Fil-legislaturi tal-gvern Laburista fis-snin hamsin, Malta ghamlet passi ta' ggant fl-edukazzjoni, b'riformi kbar fis-sistema edukattiva, il-bini ta' skejjel primarji u sekondarji godda f'hafna bliet u rhula Maltin, l-eta obbligatorja t'edukazzjoni giet estiza u fuq kollox l-edukazzjoni bdiet tinghata b'xejn ghal kulhadd!
[editja] Is-snin sittin
Is-snin sittin fissru snin ta' tbatija, vjolenza kbira u tkasbir tad-demokrazzija ghall-partitarji Laburisti u l-Partit Laburista u dan minhabba it-twemmin socjalista li kellhom.
Minhabba li l-Knisja mmexxija mill-Arcisqof Mikiel Gonzi bezghu li jekk Malta tigi Integrata mall-Ingilterra, il-Knisja Kattolika kienet se tnaqqas is-sahha u l-poter taghha f'Malta, il-Knisja interdettat l-Eżekuttiv tal-Partit kif ukoll imponiet id-dnub il-mejjet fuq min jivvota għall-Partit jew jaqra l-gazzetti tiegħu. Partitarji Laburisti bdew jindifnu fil-mizbla(art mhux ikkonsagrata fic-cimiterju tal-Addolorata'),membri tal-Ezekuttiv tal-Partit Laburista kienu jizzewgu fis-sagristiji tal-knejjes u hafna attivisti Laburisti kienu jaffacjaw hafna problemi biex jaghmluha ta' parrini jew xhieda f'cerimonji religjuzi, kif ukoll ma kienux jinghataw assolazzjoni fil-qrar. Kienu wkoll gew sparati tiri ta' arma tan-nar lejn menbri tal-Internazzjonali Socjalista. Il-"meetings" tal-Partit Laburista kienu jigu mtellfa b'daqq tal-qniepen mill-mebri tal-muzew u mill-kampnari tal-knejjes u hafna partitarji Laburisti sfaw imwegga' waqt vjolenzi shah fuqhom u umiljati bi kliem, mossi u tajjir oxxen minn hafna nies midhla sew tal-istituzzjonijiet religjuzi u partitarji tal-partiti affiljati mal-knisja. Dan wassal għal qasma minuri fil-partit (bil-ħolqien tal-Christian Workers Party li dam sa l-1966) u telfa elettorali fl-1962 li saru taħt kostituzzjoni ġdida. Minkejja l-attakki kontinwi fuq il-Partit Laburista; xorta irnexxielu jgib madwar 44% tal-voti fl-elezzjoni tal-1966, b'differenza minima ta' madwar 4% biss bejnu u l-PN(maghruf ghall-affiljazzoni mal-Knisja f'dak iz-zmien).
Il-Partit ipparteċipa xi ftit fit-taħdidiet għall-Indipendenza u dan minhabba li dak iz-zmien id-demokrazzija kienet qed tigi mkasbra bl-addocc u l-Partit Laburista ma kienx jithalla jahdem fil-kwiet u kien jigi mtellef hafna voti.Il-Partit Laburista ma qabilx ma' dak li ġie offrut ghax Malta ma kienet se tgawdi xejn minn dak offrut. Fil-fatt, ma kienx ħa sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet ta' l-Indipendenza fl-1964 minhabba li t-trattat ma kienx jaqbel ghal Malta u ghax xejn ma kien qed isir demokratikament. Malta inghatat Indipendenza parzajali, sahansitra l-ghada stess, postijiet u istituzzjoniet importanti ghal Malta baqghu mmexxijja u okkupati mill-Inglizi, sahansitra r-regina tal-Ingilterra baqghet il-kap statali tal-Maltin.
[editja] Hidma biex Malta ssir Repubblika u Hielsa
Il-Partit Laburista rebaħ l-elezzjonijiet ġenerali ta' l-1971 u immedjatament beda jinnegozja mill-ġdid it-Trattati ta' Difiża u Finanzjarju ma' l-Ingilterra biex tissahhah aktar l-ekonomija biex fl-ahhar Malta tinghata l-Indipendenza totali. Malta kellha tibda tinghata 14-il Miljun Lira fis-sena u dan wassal għal ftehim ġdid fl-1972 li kien ifisser l-għeluq tal-bażi militari fl-1979. Sadattant il-Partit imbarka fuq programm ta' nazzjonalizzazzjoni u espansjoni tal-welfare state.
Fuq il-front kostituzzjonali Malta saret repubblika fit-13 ta' Dicembru tal-1974. Dan wassal biex ghall-ewwel darba f'eluf ta' snin, Malta kellha kap statali taghha, bl-ewwel president ikun Sir Anthony Mamo. Tajjeb li nghidu li sitt deputati fil-parlament min-naha tal-PN ma qablux li Malta ssir Repubblika izda riedu li Malta tibqa' taht il-patrocinju tal-kuruna rjali Ingliza.
[editja] MALTA HIELSA U INDIPENDENTI GHAL DEJJEM
Il-Partit rebaħ l-elezzjonijiet ta' l-1976 b'marġini konsiderevoli. Fil-31 ta' Marzu 1979, l-ahhar suldati Inglizi li kien fadal, telqu min Malta, biex b'hekk Malta saret pajjiz hieles u Indipendenti totalment mill-hakkiema barranin u mmexxija mill-Maltin stess. Dak inhar saret festa kbira madwar Malta kollha.It-toroq kollha principali tal-irhula u l-ibliet Maltin intramaw b'armar specjali. Filghaxija, il-festi kienu kkoncentrati fil-Kottonera fejn mat-tokki ta' nofs il-lejl instema' l-innu Nazzjonali Malti, dehret tiela l-bandiera Maltija waqt li l-Prim Ministru Dom. Mintoff flimkien mal-President Anton Butigieg telghu jixghelu huggiega b'torca apposta-simbolu tal-paci u r-rebha ta' Malta li inaghtat il-helsien tant mixtieq. Ghal din l-okkazzjoni Nazzjonali u tant mistennija mill-Maltin; membri parlamentari tal-Partit Nazzjonalista ma hadux sehem ghax qalu li l-Helsien kien ga miksub fl-1964, dan kien jikkuntrasta bil-kbir ma li kienu jahsbu l-Maltin, ghax wara l-1964 il-maggoranza tal-istituzzjonijiet nazzjonali kienu ghadhom taht l-Inglizi.
[editja] Kisbiet Importanti ta' Gvernijiet Laburisti fis-snin 70 u 80
Matul is-snin 70 u 80, il-gvernijiet Laburisti ghamlu bosta kisbiet importanti biex tissahhah id-demokrazzija u li ghal dak iz-zmien kienu idejat progressivi ghal kollox. Hafna minn dawn il-kumpaniji godda, d-drittijiet li naghtaw u l-progress li kien qed isir gew immaqdra mill-PN li kien fl-oppozizzjoni, tant li anke kienu jaghjru lill-Partit Laburista. Fost il-kummenti li kienu jghaddu u baqghet tissemma' hafna kienet l-ghajta "ghasafar tac-comb" li kienet tintuza minn tal-PN ghall-ajruplani tal-Air Malta. Dawn huma xi kisbiet kbar u importanti li kisbu gvernijiet Laburisti;
Drittijiet tac-cittadin
Bdew il-flus Maltin-il-LIRA MALTIJA,
Inghata d-dritt tal-VOT lin-nisa u l-eta' biex wiehed jivvota nizlet ghal 18-il sena,
Dahlet il-Karta tal-Identita'-ID CARD,
L-Edukazzjoni saret obbligatorja sa 16-il sena,
Infethu l-Iskejjel tas-Snajja',
In-nisa bdew JITHALLSU daqs l-irgiel,
Dahhal l-idea ta' UGWALJANZA bejn is-sessi u NEHHA l-pieni li kien hawn kontra nies omosesswali,
Bdiet il-gimgha xoghol sal-hin MASSIMU ta' 40 siegha,
Infrastruttura
Twaqqfu ghall-ewwel darba dawn il-kumpaniji statali;
Sea Malta,
Tele Malta,
Air Malta,
Radju u Xandir Malta,
Mid Med Bank,
Bank of Valletta,
Filwaqt li tkabbret it-Tarzna bir-RED CHINA DOCK permezz ta' fondi li waslu Malta mic-Cina li holqot impjiegi godda fit-Tarzna.
Beneficcji Socjali
Bdiet tinghata il-PENSJONI taz-zewg terzi,
Beda ic-CHILDREN's ALLOWANCE,
Beda l-"MATERNITY LEAVE" ta' 13-il gimgha fejn xorta tinghata l-paga,
Beda jinghata BONUS ghall-haddiema li jibqa' jizdied ta' kull sena,
Zieda u titjib fil-beneficcji socjali tal-pensjonanti, romol, morda u persuni b'dizabilita'.
Progetti Nazzjonali
Inbena l-Ground Nazzjonali f'ta' Qali,
Sar xoghol estensiv biex is-sagra infermerija li kienet fi stat disastruz tinfetah mill-gdid bhala DAR IL-MEDITERRAN GHALL-KONFERENZI,
Tkabbru l-OQSMA INDUSTRIJALI waqt li nbnew ohrajn godda,
Infethu ghall-ewwel darba il-KINDERGARTENS ghat-tfal zghar qabel jibdew l-ewwel sena fl-iskola primarja,
Inbnew ESTATES shah fl-irhula u l-ibliet Maltin, b'hafna flats u djar godda.
Dawn kienu ftit mill-progetti u l-bidliet li saru minn gvernijiet Laburisti biex tissahhah id-demokrazzija u jizdied l-ammont t'ghixien ghac-cittadin Malti. Sfortunatament, illum il-gurnata hafna mill-kumpaniji msemmija jew gew privatizzati jew gew likwidizzati wara li ma nxtraw minn ghand hadd; dan gara minn gvernijiet Nazzjonalisti li segwew wara l-gvernijiet Laburisti fis-snin 90 u l-ewwel snin tas-sena 2000. Fortunatament ix-xandir u r-radju ghadhom tal-istat filwaqt li llum, l-Air Malta-il-kumpanija Nazzjonali ta' Malta tal-ivjaggar hija wkoll meqjusa mill-PN bhala kumpanija success wara li giet maghjra minnhom stess li mhux se tghix fit-tul!Illum il-gurnata niehdu dawn l-affarijiet bhala xejn mu xejn, izda li kieku ma kienux gvernijiet Laburisti li gabu dawn, illum zgur li m'ghamilnix passi ta' ggant fl-ekonomija, t-turizmu u l-hajja socjali tal-poplu Malti.
[editja] Problemi difficli ghal gvern li ma kienx hemm kontroll fuqhom
F'din il-leġislatura tfaċċaw numru ta' problemi minn inkwiet industrijali, sa drittijiet imxellfa, li kienet difficli hafna ghall-gvern jaffaċċhom b'mod tajjeb ghalkemm ghamel l-ghalmu kollu tieghu biex dawn jieqfu. L-apiċi seħħ f'Ottubru tal-1979 fejn xi partitarji fanatici Laburisti attakkaw l-istamperija Progress u ssakkeġġaw id-dar tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni u sawtu 'l familtu wara li griet ix-xniegha li sar attentat ta' qtil fuq il-Prim Ministru Dom. Mintoff. Dawn l-atti vjolenti gew kkundannati mill-aktar fiss mill-Prim Ministru u l-Kap tal-Partit Laburista, il-Perit Duminku Mintoff innifsu.
Din is-sitwazzjoni wasslet biex il-Partit Nazzjonalista rebaħ maġġoranza assoluta ta' voti fl-1981 iżda ma ġabx maġġoranza Parlamentari. Dan kompla aggrava s-sitwazzjoni, bid-deputati Nazzjonalisti jirrifjutaw jieħdu posthom fil-Parlament minkejja li l-ligi elettorali hekk kienet tghid. Fl-1984 Mintoff irreżenja minn Prim Ministru u Mexxej u ħalla postu għal Karmenu Mifsud Bonnici. Mintoff żamm postu bħala Membru Parlamentari.
Is-sitwazzjoniji baqgħet ma marritx għall-aħjar. Fi sfond ta' vjolenza li kienet qed teskala, il-Gvern beda diskussjonijiet biex tidħol emenda fil-Kostituzzjoni biex Partit li jġib maġġoranza assoluta ta' voti jkun ggarantit maġġoranza Parlamentari. Dan wassal biex fl-1987 il-Partit Nazzjonalista ħa l-Gvern wara riżultat simili għal dak ta' l-1981.
[editja] Is-snin disgħin
Minbarra t-telfa elettorali ta' l-1987 il-Partit Laburista għadda minn żminijiet diffiċli f'dawn is-snin minħabba l-problemi ta' vjolenza li saru mill-partitarji fanatici zzejjed taz-zewg partiti l-kbar fis-snin ta' qabel. Il-quċċata kienet ir-riżenja tal-whip Wenzu Mintoff u l-President Toni Abela fl-1989 li rrizenjaw minhabba li l-kap tal-Partit Laburista ta' dak iz-zmien ma ridx jiehu responsabbilta' politika tal-atti vjolenti li saru minn xi partitarji. Dawn id-diffikultajiet wasslu biex il-Partit ma tantx ikun preparat għall-elezzjonijiet ta' l-1992 li tilef b'maġġoranza kbira.
Mifsud Bonnici irreżenja minn mexxej. F'elezzjoni iċċirkondati b'sitwazzjonijiet xejn feliċi (inkluż ittri anonimi u allegazzjonijiet ta' frodi) Alfred Sant kien elett Mexxej mill-Konferenza Ġenerali. Sant mill-ewwel iċċaqlaq biex jimmodernizza l-Partit. Il-Partit ħareġ mill-kwartieri storiċi tiegħu fil-Maċina, Bormla, għal bini ġodda tal-Kwartieri tal-Partit Laburista fil-Ħamrun, twaqqaf Super One TV u Super One Radio u inħallet l-għaqda statutorja mal-GWU u saru emedi sinjifikanti fl-iStatut.
Mat-twaqqif tal-Kunsilli Lokali fl-1993 il-Partit iddeċieda li ma jipparteċipax formalment fl-elezzjonijiet, pożizzjoni li żamm sa l-1998, għalkemm kien jappoġġa lill-kandidati Indipendenti.
It-tibdiliet li seħħu, kif ukoll it-telfien ta' popolarita tal-Partit Nazzjonalista, wassal lill-Partit Laburista lura għar-rebħ fl-elezzjonijiet ġenerali ta' l-1996, l-ewwel darba li akkwista maġġoranza assoluta mill-1976. Sant ħa l-kariga ta' Prim Ministru, responsabbli, fost l-oħrajn mit-tneħħijja tat-taxxa tal-VAT, wegħda elettorali ewlenija tal-Partit Laburista.
Iżda ma damx ma beda jberraq. Differenzi mal-fundatur u ex-Mexxej tal-Partit Laburista, Dom. Mintoff, żieda sostanzjali fit-tariffi tad-dawl u l-ilma u maġġoranza Parlamentari ta' siġġu wieħed ikaratterizzaw il-bidu tas-sajf ta' l-1998. Mintoff ivvota kontra l-Gvern u Sant ta parir lill-President li jxolji l-Kamra u jsejjah elezzjonijiet bikrija. F'nofs leġislatura u maqsuma l-Partit Laburista ftit kellu ċansijiet tajbin u tilef l-elezzjonijiet b'maġġoranza bejn wieħed u ieħor bħal ta' l-1992.
[editja] Is-snin 2000
Wara l-elezzjonijiet ta' l-1998 Sant baqa' mhux ikkontestat bħala Mexxej għalkemm tilef wieħed mid-deputati mexxejja tiegħu, Ġorġ Abela. Din il-leġislatura kienet ikkaratterizzata mill-kwistjonijiet politiċi madwar l-applikazzjoni ta' Malta biex tissieħeb fl-UE, xi ħaġa li l-Partit Laburista oppona ghax hass li kien kmieni wisq ghal Malta biex taghmel dan il-pass. In-negozjati ngħalqu fl-aħħar ta' l-2002. Il-Gvern sejjaħ referendum f'Marzu imma l-Partit Laburista ta struzzjonijiet biex il-partitarji jastjenu, jivvotaw kontra, jew iħassru l-vot. Minkejja li maġġoranza ivvotat "iva" l-Partit Laburista insista li l-vot m'għaddiex peress li din ma kinitx maġġoranza tal-votanti kollha eliġibbli.
Il-Gvern mill-ewwel sejjaħ elezzjonijiet ġenerali li l-MLP reġa' tilef. Sant irriżenja u ssejħet elezzjoni għal mexxej. Sant ikkontesta flimkien ma' Anglu Farrugia u John Attard Montalto.Sant ġab 66% tal voti tad-delegati u rega gie elett bhala kap tal-partit. Il-politika tal-Partit Laburista fil-konfront ta' l-UE inbidlet u kien Sant stess li ġab l-approvazzjoni tal-Konferenza Ġenerali biex jappoġġa t-test tat-Trattat Kostituzzjonali ta' l-UE ghax accetta dak li rid il-poplu.
Fl-2004, fl-ewwel elezzjoni għall-Parlament Ewropew f'Malta, l-Partit Laburista ġab l-akbar ammont ta' voti u tella' tlett Membri Parlamentari Ewropej.Dawn kienu Joseph Muscat, John Attard Montalto u Louis Grech.
Fl-ahhar serje ta' elezzjonijiet ghall-Kunsilli Lokali, il-Partit Laburita, immexxi minn Dr Alfred Sant, gab maggoranza assoluta ta' voti, ukoll f'lokalitajiet maghrufin ghall-appogg taghhom ghall-PN.
Fl-elezzjoni tat-8 ta' Marzu, 2008, il-Partit Laburista Malti reġa' tilef l-elezzjoni ġenerali għat-tielet darba konsekuttiva. B'48.79% tal-voti, l-Labour ġab biss 1,580 vot jew 0.5% inqas mill-partit Nazzjonalista. Wara din it-telfa l-mexxej Alfred Sant iddeċida li jirreżenja, fl-10 ta'Marzu, ftit siegħat biss wara il-ħruġ tar-riżultat uffiċjali.
[editja] GENERAZZJONI REBBIEHA
Wara r-riżenja ta' Alfred Sant, laħaq bħala aġent kap tal-partit Charles Mangion. Fil-5 ta' Gunju 2008 saret l-elezzjoni ghal-kap tal-Partit Laburista, fejn giet ikkontestata min hames kandidati, li kienu: George Abela, Evarist Bartolo, Marie-Louise Coleiro Preca, Michael Falzon u Joseph Muscat. Hadd mil-hames kandidati pero ma gab l-maggoranza tal-voti fl-ewwel elezzjoni, b'hekk kellha tissejjah elezzjoni l-ghada is-6 ta' Gunju bejn l-ewwel zewg kandidati li gabu l-aktar voti. Dawn kienu George Abela u Joseph Muscat. Fl-elezzjoni finali Joseph Muscat nhatar mexxej tal-partit b'67% tal voti tad delegati bl-ghajta "GENERAZZJONI REBBIEHA". Hu sar it-tieni l-izghar mexxej tal-partit laburista wara l-perit Dom. Mintoff. Mill-bidu, Dr.Joseph Muscat ha hsieb biex jaghmel bidliet radikali fil-partit Laburista biex jerga' jissahhah u jilqa' fih koalizzjoni ta' nies li gejjin minn kull settur tas-socjeta'.Bis-sahha tieghu saru wkoll xi bidliet fl-istatut tal-partit. Fost l-ohrajn inqaleb l-isem ufficjali ghal Malti -minn MALTA LABOUR PARTY(MLP) sar PARTIT LABURISTA(PL).
Fl-2009 saru l-elezzjonijiet tal-Parlamnet Ewropej, fejn ghal darb'ohra il-Parti Laburista gie kkonfermat bhala l-Partit li ghandu l-fiducja tal-poplu fil-hidma Maltija ghal Parlament Ewropew. Il-PL rebah din l-elezzjoni b'55% tal-voti mitfugha filwaqt li gab 35000 vot aktar mill-PN. B'dan ir-rizultat il-PL gab rizultat ta' maggoranza assoluta li kien ilu ma jidher f'Malta ghal madwar 50 sena; filfatt kien il-Partit Laburista stess li fl-1947 rebah l-elezzjoni generali bi kwazi 60% tal-voti mitfugha.
[editja] Midja tal-Partit
L-Partit Laburista għandu l-midja ewlenija tieghu. One Television u One Radio huma z-zewg stazzjonijiet tal-partit,filwaqt li johrog il-gazzetta KullHadd kull nhar ta' Hadd. Il-partit għandu wkoll sit ta' l-aħbarijiet interattiv li hija maltastar.com kif ukoll servizz ta' telefonija cellulari bl-isem ta' Red Touch Fone.
[editja] Mexxejja tal-Partit
1921–1927 Colonel Dr William Savona
1927–1927 Colonel Michael Dundon MD (Kap Parlamentari)
1927–1949 Dr Paul Boffa (Prim Ministru:1947–1950)
Mexxejja mill-1949 (Wara li l-Partit gie mwaqqaf mill-gdid)
1949–1984 Perit Dom Mintoff (Prim Ministru: 1955–1958, 1971–1984)
1984–1992 Dr Karmenu Mifsud Bonnici (Prim Ministru: 1984–1987)
1992–2008 Dr Alfred Sant (Prim Ministru: 1996–1998)
2008 Dr Charles Mangion (Agent-Mexxej:10 ta' Marzu-6 ta' Gunju)(Kap tal-oppozizzjoni Marzu-Ottubru 2008)
2008– Dr Joseph Muscat[1] [2]