Preistorja

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
It-tempji tal-Imnajdra.

Preistorja (Latin præ = qabel u Grieg στορία = storja) huwa terminu użat biex jiddeskrivi dak iż-żmien qabel ma l-bniedem tgħallem jikteb u għaldaqstant huwa dak iż-żmien qabel l-istorja miktuba. Kien Paul Tournal li oriġinarjament ħareġ bit-terminu Pré-historique sabiex ikun jista' jiddeskrivi l-iskoperti tiegħu fl-għerien fin-nofsinhar ta' Franza. Bdiet tiġi użata fil-Lingwa Franċiża għall-ħabta tal-1830 sabiex tiddeskrivi dak iż-żmien qabel il-kelma bdiet tiġi miktuba, u ġiet introdotta fil-Lingwa Ingliża minn Daniel Wilson fl-1851.

Fuq in-nies li għexu f'dan iż-żmien ftit li xejn nafu, għaliex l-uniku ħjiel tal-ħajja ta' dawn in-nies huwa magħruf biss mill-fdalijiet li nstabu bħal għadam, fuħħar, tinqix fuq il-ġebel, għodod, bini u ħwejjeġ oħra. Iż-żmien tal-preistorja Maltija jinqasam fi tnejn, iż-żmien Neolitiku (jew Żmien il-Ħaġar), Żmien il-Bronż u żmien it-tempji.