Kemmuna
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
|
|
Dan l-artiklu dwar il-ġeografija huwa abbozz. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija.
|
Il-baħar ċar tal-Blue Lagoon
Kemmuna hi gżira ta' l-arċipelagu Malti bejn il-gżejjer ta' Malta u Għawdex fil-Baħar Mediterran, fejn għandha erja ta' 1.35 mili kwadri. Imsemmija wara Cuminum cyminum, li kienet tip ta' ħaxixa li kienet tinbet f'din il-gżira, Kemmuna hi popolari għat-trankwilità li toffri. Għandha popolazzjoni permanenti ta' erba' residenti biss. Qassis u pulizija jservu lil din il-gżira minn Għawdex, biex jagħtu s-servizz tagħhom lill-popolazzjoni lokali u lill-viżitaturi sajfin. Din l-gżira zgħira tagħmel parti mal-lokalita' ta' Għajnsielem, f'Għawdex.