Tas-Sliema

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Tas-Sliema
Emblema

Mottu: Celer ad Oras Surgo

Isem uffiċjali: Tas-Sliema
Isem tal-abitanti: Slimizi

Mappa

Latitudni: 35°54' N
Lonġitudni: 14°30' E
Popolazzjoni:
 – Total:

16,854
Sindku: Anthony Chircop (PN)
Qaddis patrun:
 – Ġurnata:
Marija SSma Stella Maris
Tielet Hadd ta'Awwissu


Tas-Sliema, 1998

Tas-Sliema[immodifika | immodifika s-sors]

Sa nofs is-seklu dsatax kien hemm parti kbira minn Tas-Sliema fejn kienet għadha mhijiex abitabbli, L-isem 'Tas-Sliema' oriġina minn kappella antika li kienet fil-Ponta ta' Tignè, li kienet iddedikata lill-"Madonna tal-Vjaġġ it-tajjeb". Baħħara u sajjieda kienu jitolbu bil-qalb l-għajnuna tal-Madonna qabel joħorgu mill-post bit-talba tas-'Sliema għalik (Marija)'; b'hekk il-post beda jissejjaħ 'Madonna ta' Tas-Sliema'. Il-kappella ta' Tignè kienet imġarrfa fi żmien it-truppi Franċiżi fl-1798. Fl-1802, kappella ġdida nbniet ftit aktar 'il ġewwa u ġiet iddedikata lill-Madonna tal-Grazzja. Il-kappella hija magħrufa bħala l-knisja ż-żgħira li għadha teżisti sal-ġurnata tal-lum, u tinsab quddiem il-knisja ta' Stella Maris.

Tas-Sliema nbniet u żviluppat malajr ħafna, u fi ftit snin din il-belt saret l-aktar waħda popolata u kummerċjali fil-gżejjer Maltin, anke aktar mill-Belt Valletta. Inbnew ħafna djar kbar u sbieħ li komplew isebbħu id-dawra ta' mal-baħar. Tas-Sliema saret iċ-ċentru tal-attivitajiet, speċjalment fis-sajf.

Il-logħob, divertiment, baned u kazini ġew stabiliti kompletament. Illum il-ġurnata għandna klabb tal-futbol, klabb tal-waterpolo u tliet każini tal-banda.

Ma nistgħux ma nsemmux il-klabb tal-futbol tal-'Wanderers' u s-'Sliema Aquatic Sports Club', li stabbilixew ruħhom bħala l-aqwa klabbs rispettivament fil-logħob li ħarġu minn Tas-Sliema.

Illum il-ġurnata, Tas-Sliema tilfet ftit mill-karatteristika tagħha minħabba li ħafna mid-djar ġew imwaqqgħa biex inbnew appartamenti moderni tal-konkrit.

Il-popolazzjoni ta' Tas-Sliema, minn 25,000 fl-1950, niżlet għal 13,000.


Tas-Sliema ta' żminijiet oħra.[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Knisja Arċipretali ddedikata lill-Madonna Kewkba tal-Baħar (Stella Maris), Il-Matriċi ta' Tas-Sliema u l-Gżira.

Kienet is-sena 1878 meta seħħet din il-ġrajja importanti f-istorja ta' Tas-Sliema.

Kif wieħed jista' jaħseb, f'dawk iż-żminijiet, Tas-Sliema kienet għalkollox differenti minn kif nafuha aħna. Minn fuq l-art, biex wieħed jasal mill-Belt għal Tas-Sliema, kien jaqbad it-Triq tax-Xatt, imbagħad kien hemm diversi mogħdijiet fir-raba' li dawn kienu jwasslu fl-inħawi fejn illum insibu Triq il-Kbira u fejn fl-imgħoddi kienet inbniet il-knisja tal-Madonna tal-Grazzja u, aktar tard, il-knisja parrokkjali ta' Stella Maris.

Min-naħa ta' Birkirkara, wieħed jasal mill-inħawi ta' Triq l-Imrabat u jidħol fil-qasam tar-raba' ta' Rudolfo, li dawn kienu jwasslu wkoll għall-inħawi ta' Triq il-Kbira tal-lum.

Minn wara l-knisja tal-Kunċizzjoni tal-imsida hemm imbagħad mogħdija mserrpa li kienet twassal sa fuq it-truf tal-qasam ta' Rudolfo, magħrufa hekk għax kienu propjetà tal-Avukat Rudolfo Cesare Vassallo.

Maż-żmien beda tiela' l-bini, fl-inħawi ta' Triq il-Kbira, madwar il-knisja ta' Sidtna Marija Kewkba tal-Baħar. Fost l-ewlenin insibu li ġew iffurmati Triq San Pawl, Triq San Pietru, Triq il-Katidral, Triq San Publiju u l-inħawi tal-madwar; mill-bqija kien kullimkien raba'.

In-nies li kienu jgħixu f'dawn it-toroq ewlenin u kif ukoll fl-irziezet tar-raba', iffurmaw l-ewwel parroċċa Slimiża, Stella Maris.

Dehriet tax-Xatt.[immodifika | immodifika s-sors]

L-ewwel kwadru kien juri x-Xatt faċċata ta' Manoel Island. Id-dawra tax-Xatt kienet kollha kemm hi mdawra b'għadd ta' kantuni li dawn baqgħu hemm sa madwar erbgħin sena ilu, Imbaghad ix-Xatt kien kollu għelieqi bil-ħitan tas-sejjieħ, bis-siġar tal-bajtar tax-xewk u tal-harrub, u l-isfel qrib il-baħar kien hemm ukoll razzett.

Il-kwadru l-ieħor kien juri lil tas-Sliema. Dan tpitter fis-sena 1872. Din is-sena tidher fuq il-kwadru.

Dan il-kwadru jagħtina x-xena fejn dari konna nsibu l-Magic Kiosk u Bisazza Street. Fuq il-lemin tidher il-ponta ta' Manoel Island u x-Xatt hu ffurmat biss minn għelieqi, ċnut, ħitan tas-sejjieħ u siġar differenti, l-aktar tal-bajtar tax-xewk u tal-ħarrub.

Hu kwadru li fih tinħass ħafna paċi u serenità.


Dehriet ta' Ghar id-Dud.[immodifika | immodifika s-sors]

Tal-istess sena kien kwadru li kien juri Villa Sliema. Din kienet fl-inħawi ta' Qui Si Sana. F'din il-villa, għal numru twil ta' snin kien joqgħod il-Kaptan Hughes Hallet.

Permezz ta' dan il-kwadru sirna nafu li din kienet villa kbira b'żewġ sulari mibnija fuq numru ta' kolonni. Mad-dawra tagħha, kellha ġnien kbir b'ħafna siġar. Kellha wkoll terrazzin mil-isbaħ.

Biex wieħed jidħol f'din il-villa fuq ix-xellug tidher arkata tal-ġebel u fuq quddiem tidher speċi ta' rampa li din kienet tintuża għaż-żwiemel tal-karrozzella.

Dawn kienu xi kwadri li serqu l-attenzjoni tiegħi f'din il-wirja. Kien hemm bosta oħrajn, iżda bħala Slimiż, lili laqtuni aktar għaliex tawna xeni ta' Tas-Sliema kif kienet meta fl-1878, twieldet il-parroċċa ta' Stella Maris.


Kitba ta' Tony Terribile.

Informazzjoni meħuda mis sit: www.stellamarissliema.com