Kerċem

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Kerċem
Emblema

Mottu: Flectar non Frangar (Mgħawweg mhux Miksur)

Isem uffiċjali: Ta' Kerċem Għawdex
Stat: Għawdex, Malta
Isem tal-abitanti: Kerċmin

Mappa

Latitudni: 36°2 '26" N
Lonġitudni: 14°13 '47" E
Erja: 5.5km²km²
Popolazzjoni:
 – Total:
 – Densità:

1,665 (Nov 2005)
303/km²
Konfini: Fontana, l-Għasri, Għarb, il-Munxar, San Lawrenz, ir-Rabat
Sindku: Joseph Grima (PN)
Qaddis patrun:
 – Ġurnata:
Madonna tas-Sokkors, San Girgor
Sit elettroniku: www.kercem.gozo.com

Kerċem, jew Ta' Kerċem hi lokalita Għawdxija b'popolazzjoni ta' madwar 1,665 ruħ, u tinkludi fiha bosta postijiet naturali fosthom il-wied tal-Lunzjata, l-għoljiet Tal-Mixta, Għar Ilma, kif ukoll l-Għadira ta' San Raflu li tibqa' twassal sal-irdum tax-Xlendi.

Studjużi u Arkeologi jsostnu li l-post fejn illum hemm dan ir-raħal kien abitat saħansitra mill-fażi ta' Għar Dalam (5000-4500 QK) Sejbiet arkeoloġiċi f'dan ir-raħal jikkonsistu ukoll f'ċimiterju Nisrani antik, imsejjaħ "iċ-Ċimiterju ta' Għar Gerduf", imsemmi ukoll fil-Ktieb ta' Ġan Piet Agius De Soldanis. Riċentament instabu oqbra maħsuba li huma mill-Fażi Tarxien(3000-2500 QK), u li għadhom fil-fażi ta' skavar

Ir-raħal beda jespandi u jiżviluppa f'komunita' fil-Perjodu tal-Medju Evu, madwar kappella ddedikata lil Papa San Girgor il-Kbir, li hu wieħed mill-Patruni tar-raħal flimkien mal-Madonna tas-Sokkors. Fl-1885, ir-raħal ta' Kerċem sar uffiċċjalment parroċċa mill-Isqof Pietru Pace.

Ir-raħal ta' Kerċem għandu ukoll is-subborg tiegħu imsejjaħ "Santa Luċija" mibni ukoll madwar knisja żgħira iddedikata lill-qaddisa Santa Luċija Verġni u Martri. Dan il-post hu kkaratteriżżat mill-paċi u s-serenita' li wieħed għadu jista' jsib sal-lum.

Fost in-nies l-aktar importanti mir-raħal ta' Kerċem hemm Madre Margerita Debrincat (fundatriċi tal-Kongregazzjoni tas-Sorijiet Frangiskani tal-Qalb ta' Gesù), l-Avukat Anton Calleja (Membru tal-Assemblea Leġiżlattiva), u l-Kavallier Peter Paul Grech (Ghalliem u Assistent Direttur tal-Edukazzjoni)


Amministrazzjoni u Kunsill Lokali[editja]

Il-Lokal ta' Kerċem jaqa' taħt ir-responsabbilita' tal-Kunsill Lokali Kerċem. Il-kunsill preżenti ġie ffurmat fl-2007 u hu magħmul minn:

  • Joseph Grima (Sindku, PN)
  • Mario Azzoppardi (PN)
  • Borg Maria Antonia (PN)
  • Gauci Mario (PL)
  • Grech Saverio (PL)

Faċilitajiet Komunali[editja]

Ta' Kerċem igawdi minn bosta faċilitajiet komunali fosthom ġnien pjuttost kbir imsemmi għal Ċensu Sciberras, inawgurat fl-okkażjoni tal-Millenju il-Kbir.

Faċilitajiet Sportivi[editja]

Ir-raħal għandu ukoll tim tal-futbol, bl-isem ta' Kerċem Ajax FC, liema tim jittrenja fi grawnd b'terf artifiċjali li jinsab fl-istess raħal.

Skola tal-Muzika[editja]

Fir-Rahal ta'Kercem insibu ukoll l-Ghaqda Muzikali San Girgor www.bandasangirgor.org.

Il-Festi tar-Raħal[editja]

Il-Parroċċa ta' Kerċem hi l-unika parroċċa Għawdxija li għandha kopatronaġġ, jiġifieri għandha żewġ patruni prinċipali. Sal-1885, San Girgor kien il-patrun prinċipali tar-raħal sakemm nahar is-17 ta' Awwissu 1885, il-knisja ġiet ko-iddedikata lill-Verġni Marija tas-Sokkors. Għalkemm ir-raħal jiċċelebra żewġ festi bl-istess importanza (dik ta' San Girgor nahar it-12 ta' Marzu, kif ukoll dik tal-Madonna tas-Sokkors kull tieni Ħadd ta' Lulju), dik tas-Sokkors hi meqjusa il-aktar prinċipali f'terminu ta' popolarita'. L-armar tal-festa qieghed f'idejn l-Ghaqda ta l-Armar Madonna tas-Sokkors ta Kercem. www.festakercem.com

Żoni f'Kerċem[editja]

  • Fuq il-Blat
  • Għajn Abdul
  • Għar Ilma
  • Iċ-Ċnus
  • Ix-Xagħri
  • Klula
  • Lekx
  • Sarraflu
  • Ta' Berrini
  • Ta' Ċajplu
  • Ta' Ġanton
  • Ta' Katas
  • Ta' Majru
  • Ta' Summina
  • Ta' Xkura
  • Tal-Warda
  • Wardija
  • Wied il-Ġifna
  • Wied tal-Grixti

Toroq Prinċipali tar-Raħal[editja]

  • Triq l-Avukat Anton Calleja
  • Triq Margerita De Brincat
  • Triq Qasam San Pawl
  • Pjazza San Girgor
  • Triq Santa Luċija
  • Triq Ta' Kerċem
  • Triq Xuxa

Toroq Oħra[editja]

  • Daħla Ta' Berrini
  • Pjazza Salvatore Busuttil
  • Sqaq it-Torri
  • Sqaq Klula
  • Sqaq San Girgor Nru.1-3
  • Sqaq Ta' Xirfi
  • Triq Franġisk u Roża Camilleri
  • Triq Ġużè Flores
  • Triq Ġużeppi Briffa
  • Triq Għajn Għabdun
  • Triq Għajn Tuta
  • Triq Għar Ilma
  • Triq il-Bies
  • Triq il-Ġifna
  • Triq il-Ġojjin
  • Triq il-Gamiem
  • Triq il-Ħorġ
  • Triq il-Kalandrijiet
  • Triq is-Sokkors
  • Triq is-Summien
  • Triq it-Torri
  • Triq ix-Xagħri
  • Triq l-10 ta' Marzu, 1885
  • Triq l-Indipendenza
  • Triq Majru
  • Triq Pejpu
  • Triq Petri
  • Triq Qasam San Ġorġ
  • Triq San Niklaw
  • Triq San Pietru u San Pawl
  • Triq Sarġ
  • Triq Ta' Berrini
  • Triq Ta' Doti
  • Triq Tax-Xewka
  • Triq Wenzu Mintoff
  • Triq Wied Ħmar
  • Triq Wied il-Lunzjata

Toroq fis-subborg ta' Santa Luċija[editja]

  • Daħla Tal-Warda
  • Pjazza Santa Luċija
  • Triq Bir Rix
  • Triq Għajn Għabdun
  • Triq Għar Ilma
  • Triq id-Daħla Ta' Ċajplu
  • Triq is-Santwarju Puniku
  • Triq it-13 ta' Diċembru
  • Triq Klula
  • Triq l-Għadira
  • Triq l-Orkestra Tad-Dudi
  • Triq Santa Katarina Tal-Qabbieża
  • Triq Ta' l-Lonz
  • Triq Ta' Wied Mans

Ħoloq[editja]