Birkirkara
Birkirkara, hi belt ta' madwar 25,000 ruħ fiċ-ċentru ta' Malta. Hi l-ikbar belt f'Malta. Fil-villaġġ hemm tliet parroċċi awtonomi: Sant' Elena, San Ġużepp u Santa Marija.
Il-Motto ta' Birkirkara hu "In hoc signo vinces" u l-arma hi komposta minn salib sempliċi aħmar b'kuruna fuqu.
F'Birkirkara hemm ħafna affarijiet interessanti, fosthom l-Istazzjon tal-Ferrovija l-Qadima, li llum hu ġnien pubbliku. Hemm ukoll akwedott viċin l-Imrieħel u l-Bażilika ta' Sant' Elena. Fost l-aktar persunaġġi Kalkariżi magħrufa insibu lill-kantawtur Walter Micallef.
Il-festa prinċipali hi dik ta' Sant' Elena, li hi ċċelebrata fit-18 t'Awissu jekk il-Ħadd, jew fl-eqreb Ħadd wara dik id-data. Avveniment kbir hi l-purċissjoni bi istatwa kbira, xogħol l-iskultur Salvu Psaila. Din hi l-uniku purċissjoni li tibda filgħodu.
[editja] Ħoloq
- Birkirkara Kunsill Lokali
- Birkirkara and the cross
- Empress Helen en fete
- Birkirkara: general information
|
||||||||||