Ħal Għaxaq

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Ħal Għaxaq
Emblema

Mottu: Laeta Sustineo

Isem uffiċjali: Ħal Għaxaq
Stat: Malta Malta
Isem tal-abitanti: Għaxqi (m), Għaxqija (f), Għaxqin (pl)

Mappa

Latitudni: 35°50 '54" N
Lonġitudni: 14°31 '2" E
Erja: 3.9km²
Popolazzjoni:
 – Total:
 – Densità:

4,405
1,144
Konfini: Birżebbuġa, Gudja, Luqa, Marsaxlokk, Santa Luċija, Tarxien, Żejtun, Żurrieq
Sindku: Emanuel Vassallo (PL)
Qaddis patrun:
 – Ġurnata:
Santa Marija
15 t'Awwissu
Sit elettroniku: kunsillghaxaq.com

Ħal Għaxaq hu raħal żgħir fix-xlokk ta' Malta li jinsab taħt l-għolja taż-Żejtun, u qiegħed f'nofs Wied iz-Ziju u Wied il-Garnaw, li 'l hinn minn Bir id-Deheb; Il-villaġġ għandu perċentaġġ għoli ta' kampanja naturali, bi ftit attività kummerċjali, u fuq ix-xaqliba tal-Garnaw jeżistu għad ta' fabbriki u industriji ħfief.Hal Ghaxaq hareg mill-parrocca taz-Zejtun fl-1626 u l-Parrocca tieghu hija iddedikata lill-Assunta jew kif inhi maghrufa bhalha Santa Marija.Il-Festa Titulari tigi ccelebrata fil-15 t'Awwissu.

  • Kompli nizzel ghal aktar informazzjoni.


Il-Knisja Parrokkjali ta' Hal Ghaxaq armata fil-festa Titulari ta' Santa Marija

Werrej

IL-KNISJA PARROKKJALI

Il-Knisja Parrokjali hija ddedikata lil Santa Marija u hija sabiha ferm. Fl-20 ta’ Diċembru 1733 l-Isqof Fra Paolo Alpheran de Bussan qiegħed l-ewwel ġebla tat-tielet knisja f’Ħal Għaxaq- il-knisja li għandna llum.Skond ir-rit Ruman l-ewwel ġebla kienet tkun taħt il-pilastru tan-naħa ta’ l-Evanġelu. Il-Perit kien Sebastiano Saliba u l-knisja ghandha forma ta’ salib latin bi stil barokk qawwi fiha. Il-50 sena ta’ xogħol, tbatija u sagrifiċċju raw il-frott tagħhom fil-jum tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja, nhar il-Ħadd, 2 ta’ Mejju 1784, meta l-Isqof Mons. Vincenzo Labini mdawwar bil-kleru u l-poplu Għaxqi, ikkonsagra l-Knisja l-ġdida u ddedikaha lill-Verġni Marija Mtellgħa s-Sema. Din il-knisja tipposjedi diversi Opri tal-Arti mill-isbah.Insibu fost l-ohrajn l-istatwi tal-Madonna ta' Fatima,tar-Ruzarju,ta' San Guzepp u sett tal-Gimgha l-Kbira, izda l-Ghaxqin huma l-aktar kburin bl-istatwa Titulari taghhom,dik ta' Santa Marija. Din inhadmet minn zokk ta' sigra taz-zebbug fl-1808 mill-artist famuz Malti Marjanu Gerada u hija meqjusha bhalha l-Kapolavur tieghu, tant li serviet bhalha mudell ghal diversi statwi tal-Assunta ohra fosthom dik tal-Imqabba u dik ta' Had Dingli.

L-istatwa tal-Assunta(1808), kapulavur fl-injam taz-zebbug, ta' l-artist Malti, Marjanu Gerada

Insibu wkoll bosta xoghlijiet ta' pitturi mill-isbah, maghmula minn hafna artisti kbar Maltin fosthom Gian Nikol Buhagiar li pitter il-kwadru Titulari tat-tlugh fis-sema tal-Madonna, Francesco Zahra, Emvin Cremona, Rokku Buhagiar u Ganni Vella fost ohrajn. Apparti l-festa Titulari ta' santa Marija, f'din il-parrocca jsiru diversi festi sekondarji ohra matul is-sena, fosthom dik ta' San Guzepp,il-Madonna tar-Ruzarju,Corpus,il-Milied u l-Ghid. Ta' min jgħid li f'dan ir-rahal il-purcissjoni bl-istatwi tal-Gimgha l-Kbira issir nhar Hadd il-Palm filghaxija.


KAZINI TAL-BANDA

L-Ghaxqin ghandhom hafna ghal qalbhom il-festi taghhom u li dejjem komplew jitkabbru matul is-snin. L-armar mat-toroq kollha tar-rahal fiz-zewg festi, il-brijju, nar, il-knisja parrokjali imzejna bl-isbah libsa u fuq kollox id-dedikazzjoni juri kemm fuq kollox l-Ghaxqin ihobbu b'imhabba liema bhala lil Patruna Ewlenija, Protetrici u l-Omm wahdanijha li tghaqqadhom Santa Marija taht it-titlu tat-tlugh fis-sema taghha, kif ukoll zewgha San Guzepp li flimkien haddnu is-Sagra Familja. Ghal dan il-ghan, tul is-snin twaqfu zewg Ghaqdiet Muzikali biex ikomplu jkabbru l-festi tar-rahal.


L-Ghaqda Muzikali Santa Marija Hal Ghaxaq A.D 1873[1] [2]

Kif juri l-isem din l-ghaqda muzikali ghaxqija twaqqfet ufficjalment f' Hal Ghaxaq fl-1873 bil-ghan li tkompli tkabbar il-festa Titulari, specjalment fil-festi ta' barra u tkabbar l-element muzikali u kulturali fir-rahal ta' Hal Ghaxaq.

Il-Pjazza ta' Hal Ghaxaq armata fil-festa Titulari ta' Santa Marija

Fl-1934 twaqqfet ukoll il-Banda fi hdan din l-ewwel ghaqda socjali fir-rahal u llum hadet isimha ghal kuncerti mill-isbah li torganizza ta' kull sena fil-jiem tal-festa Titulari.Ilum il-gurnata l-partitarji stillieri jiltaqghu f'bini gdid u mill-isbah fil-Pjazza Ewlenija ta' Hal Ghaxaq.Dan il-Kazin igib l-isem ta' "PALAZZ SANTA MARIJA" u nfetah ufficjalment fit-30 ta' Lulju 2009 mill-Onor.Prim Ministru Dr.Lawrence Gonzi wara programm mill-isbah fejn indaqqu bosta siltiet muzikali tal-aqwa kompozituri fid-dinja.Il-ftuh ufficjali ta' dan il-kazin habat mal-25sena mill-anniversarju tal-ftuh tal-ewwel binja li kien infetah mill-Presidenta emiritus is-sinjorina Agatha Barbara.Matul is-snin il-festa Titulari kompliet tikber f'hafna aspetti u dejjem gholliet isem ir-rahal.Fejn jidhol in-nar,din l-ghaqda hadet sehem ghal diversi drabi; kemm fil-festival Nazzjonali tan-nart tal-art fil-Furjana kif ukoll fil-festival Internazzjonali tan-nar tal-arju gewwa l-Port il-Kbir u qatt ma regghet lura r-rahal minghajr xi unur(il-lista kollha tidher ftit aktar l'isfel). Appart dawn il-festivals ta' kull sena tohrog bl-unuri kollha bl-ispettaklu tan-nar sinkronizzat mal-muzika li jsir fl-14 t'Awwissu lejliet il-festa tal-Patruna tar-rahal imsejjah "THE CONVOY".Anke' fil-qasam tal-armar,din l-ghaqda taghti hafna importanza lit-talent Ghaxqi, filfatt il-parti l-kbira tal-armar fil-festa Titulari isir kollu mill-Ghaxqin Stillieri.Propju fl-2008 fl-okkazzjoni tal-200 sena mill-migja tal-istatwa meraviljuza tal-Assunta, giet inawgurata statwa ta' San Gorg Preca mahduma minn artist Ghaxqi stess. Il-festa tigi ccelebrata ta' kull sena mit-30 ta' Lulju(bidu tal-Kwindicina) sal-qofol tal-festi fil-15 t'Awwissu. Din l-ghaqda hija wkoll maghrufa ghal bosta kuncerti kbar li torganizza qabel il-festa li jafu l-bidu taghhom fl-ahhar tas-snin 90, bl-isem ta' "STREET CONCERT".F'dawn l-ahhar snin dawn hadu xghira differenti ghall-ahhar u bdew jigbdu eluf kbar ta' nies minn Malta,Ghawdex u sahansitra minn pajjizi barranin. Il-kuncert beda jigi organizzat fuq 3 ijiem fejn fl-ahhar jum jiehdu sehem kemm tributes kif ukoll gruppi originali bhal; "Tracy Shields in Celine Dion Tribute" fl-2008, l-Queen "Rhapsody" UK Tribute fl-2009 u l-2011, l-ABBA UK fl-2010, Sheila Bonnick bhala l-kantanta mill-ewwel line up ufficjali tal-Boney M fl-2011 u l-grupp originali SMOKIE fis-7 t'Awwissu 2012. B'hekk l-Ghaqda Muzikali Santa Marija ta' Hal Ghaxaq kitbet u sabet postha fl-istorja bhalha l-ewwel u l-unika Ghaqda Muzikali tax-xorta taghha li organizzat kuncerti ta' livell gholi hafna u gabet kantanti barranin u originali hawn Malta. Haga sabiha hija l-att ta' karita' li ssir fil-festa kif ukoll fil-Milied, permezz tar-radju tas-socjeta' "RADJU MARIJA ASSUNTA 98.9FM STEREO" fejn f'dawn l-'iSTREET CONCERTS" u z-zminjiet tal-Milied jingabru l-flus ghal min hu fil-bzonn.

REBH TA' UNURI MILL-GHAQDA TAN-NAR SANTA MARIJA GHAXAQ:

FESTIVAL NAZZJONALI TAL-LOGHOB TAN-NAR TAL-ART

  • 2007: L-AQWA ORIGINALITA'
  • 2010: L-AQWA XOGHOL BIL-KTAJJEN

FESTIVAL INTERNAZZJONALI TAL-LOGHOB TAN-NAR TAL-AJRU

  • 2009: L-AQWA FOROM/DISSINJI,L-AQWA MURTALETTI,2009 FESTIVAL OVERALL WINNER
  • 2010: REBBIEHA UFFICJALI TAL-FESTIVAL

L-Ghaqda Muzikali San Guzepp

Din kienet it-tieni socjeta' li twaqqfet fir-rahal.Filfatt din l-ghaqda muzikali twaqqfet biex tiehu hsieb il-festa Sekondarja ta' l-istess qaddis li ggib isimha u twaqqfet fl-1874.L-ewwel forma ta' banda li projament kienet orkestra fi hdan din is-socjeta' twaqqfet fl-1888 izda kellha tieqaf hesrem wara biss ftit snin minhabba problemi li ma kienx hemm kontroll fuqhom.Din regghet bdiet tiffunzjona ufficjalment bhala banda kif nafuha llum fl-1935.Il-Partitarji Guzeppini jipposjedu kazin mill-isbah ukoll imsejjah "il-MERAVILJA" u jinsab fi Triq Santa Marija ezattament qabel tidhol fil-pjazza min-naha tal-knisja.Bhal l-Ghaqda muzikali ta' Santa Marija din l-Ghaqda tahdem hafna wkoll biex tgholli isemm tar-rahal fl-aspetti muzikali u kulturali tal-lokal. Il-festa Sekondarja fir-rahal hadet xghira ohra u kibret aktar meta fl-1975, il-kurja nehhiet ir-regolamenti fuq il-festi Sekondarji.



POSTIJIET TA' INTERESS

Fost il-hafna bini importanti insibu dar unika imsejha id-Dar tal-Bebbux.Din hija dar unika f'Malta u dan ghaliex hija miksija bil-bebbux li joholqu hafna disinji religjuzi.Dan ix-xoghol kien sar minn sid id-dar fil-bidu tas-seklu 19 meta id-dar kienet ghadha bhalha hanut tax-xorb.Din id-dar kienet ukoll il-post fejn nibtet ix-xewqa biex f'Hal Ghaxaq isir ukoll l-ewwel kazin socjali,dak tal-festa Titulari ta' Marija Assunta (maghrufha aktar bhalha Santa Marija).

Post iehor hija it-Turetta li kienet tintuza mill-ghassiesa tal-gzejjer biex jghassu ir-rahal u l'madwar.


Kappelli

Kappella Santa Lucija

'Il barra sew mir-rahal ta' Hal Ghaxaq wiehed isib kappella ckejkna li minflok in-natura li kienet iddawwara fl-antik, illum wiehed jara bosta fabbriki u bini li nistghu nghidu telfu mill-isbuhija naturali li kienet tgawdi din il-kappella. Din tinsab ezattament fil-bidu tat-triq li mit-triq tal-Barrani f'Hal Tarxien wiehed jaqsam biex jidhol il-Gudja. propju ftit aktar l'isfel mill-kappella wiehed isib ic-cimiterju tal-Gudja. Din il-knisja ġiet mibnija fl-1535 fuq art u bi flus il-knisja Kattedrali tal-Imdina, għalhekk hija propjeta' tagħhom. Wara ġiet irrangata mill-gdid min-Nobbli Pawlu Pellegrino. Fiha artal wieħed, u s-sagristija tagħha ġiet mibnija minn Wiġi Agius. Ricentament din il-kappella regghet giet irrangata minn hafna Ghaxqin stess.

Tajjeb li nghidu li għalkemm storikament u parrokjalment tagħmel parti mill-Parroċċa ta’ Ħal Għaxaq u fil-bidu tat-twaqqif tal-Kunsilli Lokali kienet parti mill-istess rahal, illum il-ġurnata saret parti mill-lokalita ta’ Santa Luċija wara talba li saret mill-Kunsill Lokali t’hemmhekk.

Kappella San Filippu

F'misrah zghir li jinsab fuq wara tal-knisja parrokjali u jgib l-isem tal-qaddis San Filippu insibu kappella zghira fil-kobor izda kbira fix-xoghol artistiku ta' pitturi li jzejnuha u fil-lavur tal-gebla Maltija. Hija ddedikata lil San Filippu Neri u fl-1796 lahqet ghad-dinjita' ta' bazilika minuri affiljata mal-knisja ta' San Gwann Lateran f'Ruma. Il-knisja bdiet tinbena fit-23 ta’ Jannar 1761, u tlestiet fit-3 ta’ Lulju, 1762, fuq id-disinn tal-Perit Sebastjan Saliba, l-istess perit tal-knisja parrokjali ta' Hal Ghaxaq iddedikata lill-Assunta. Din tbierket minn Dun Gwann Filippu Zammit fid-9 ta’ Mejju, 1763 li taghha hu kien is-sid u l-hsieb biex tinbena.


Kappella Santu Kristu

Hekk kif minn tal-Barrani f'Hal Tarxien taqsam fit-triq il-Belt Valleta f'Hal Ghaxaq issib kappella zghira li tilqek f'dan ir-rahal pittoresk.Il-knisja hija ddedikata lir-Redentur u msejha TA' SANTU KRISTU" u tgawdi devozzjoni kbira mhux biss mill-parruccani ta' Hal Ghaxaq imma anke mill-irhula tal-madwar.Jingħad li l-istimatur ta’ l-art, Mikielanġ Żammit, fl-1806, ġieħ il-ħsieb li jwassal fir-raħal tiegħu d-devozzjoni lejn il-Passjoni ta’ Ġesu’ Kristu, billi jibni niċca fit-triq ewlenija li twasslek ghal Hal Ghaxaq, preċiż fil-quċċata fejn kienu isibuh bħala Kalamija. F’waħda min-niċeċ fl-1808 ġiet imqiegħda l-istatwa tar-Redentur, xoghol Mastru Pawl Cassar, minn Bormla, student ta’ Marjanu Ġerada. Twajjeb ieħor inqala’ sabiex jagħmel minn butu n-niċċa tal-Veronika. Sal-1808 kien hemm dejjem id-devozzjoni lejn dik ix-xbieha, li din tat ħsieb lil qassis mill-istess raħal, Dun Ġużepp Demicoli, li jibni knisja minflok in-niċċa, u fiha jqiegħed l-istatwa ta’ Ġesu’ Kristu mghobbi bis-salib. Fis-17 t’ Ottubru, 1852, il-Kappillan Dun Tumas Naudi ġie purċissjonalment għal-lok, bierek l-ewwel ġebla u niseġ kelmtejn għall-okkażjoni. Il-knisja l-ġdida fil-għodwa tal-25 ta’ Settembru 1859, ġiet imbierka mir-Reverendissmu Kanonku Dun Filippu Amato, Vigarju Ġenerali. Biswit dan is-santwarju hemm dar ċkejkna li kinet tintuza mis-Sorijiet Franġiskani meta kienu f'dan ir-rahal. Ssir ukoll festa zghira b'quddiesa u festin hdejn il-kappella fil-15 ta' Settembru ta' kull sena.



KUNSILL LOKALI

Il-kunsill lokali f'Hal Ghaxaq twaqqaf fl-1993 u l-ewwel elezzjoni saret f'Jannar tal-1994.Il-kunsilliera prezenti huma;

SINDKU

  • Sur.Emanuel Vassallo(PL)

VICI-SINDKU

  • Sur.Joe M.Abdilla(PL)

KUNSILLIERA

  • Sinjura.Rose Agius(PN)
  • Sur.Angelo Attard(PL)
  • Sur.Alan Picco(PL)
  • L-informazzjoni kollha hija mehuda mis-sit tal-Kunsill Lokali ta' Hal Ghaxaq [3]






Għodda personali
Spazji tal-isem

Varjanti
Azzjonijiet
Navigazzjoni
Komunità
Għodda
F'lingwi oħrajn