Żejtun
| Iż-Żejtun | |
|---|---|
| Isem tal-abitanti: | Żwieten |
| Qaddis patrun: – Ġurnata: |
Santa Katarina ta' Lixandra it-Tielet Ħadd ta' Ġunju |
Iż-Żejtun huwa raħal ta' daqs medju fin-nofsinhar ta' Malta, b'popolazzjoni ta' 13,522 ruħ (Uffiċju Nazzjonali ta' l-Istatistika 2010). Huwa maħsub illi sa l-2010, il-popolazzjoni tilħaq it-13,133 ruħ. Iż-Żejtun ħa ismu mil-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġ. Huwa jmiss ma' Ħal Tarxien, Marsaxlokk, Ħal [Għaxaq]], il-Fgura, Ħaż-Żabbar, Wied il-Għajn (Marsaskala), u Santa Luċija.
Ir-raħal ingħata it-titlu ta' Belt mil-Gran Mastru Hompesch fl-1797. Hemm bosta fdalijiet rumani f'dan ir-raħal.
Il-Knisja Parrokkjali hija ddedikata lil Santa Katerina V.M. ta' Lixandra. L-ewwel ġebla tal-knisja ġiet imbierka minn Dun Pawl Branchel. Il-knisja ġiet kompluta fl-1720, u ħadet post oħra eqdem, li għadha teżisti sa llum u hija mlaqqma ta' San Girgor, minħabba l-purċissjoni li ssir kull sena sa minn żminijiet medjevali għal din il-knisja.
Hemm numru ta' kapelli, fosthom dawk ta' San Klement, lil Madonna tal-Bon Kunsill, is-Salvatur u Santa Marija, l-Ispirtu S-Santu u Sant' Anġlu. Fost il-ħariet hemm dawk ta' Ħal Tmim, Ħal Ġinwi, Ħabel ix-Xgħir u Tal-Ħniena.
Fi żminijiet nofsana l-inħawi ta' madwar iż-Żejtun kienu magħrufa bħala Le Terre di Santa Catarina. Numru ta' parroċċi ħarġu miż-Żejtun - bħal dawk ta' Ħal-Għaxaq u ta' Marsaxlokk.
Matul dan l-aħħar ħamsin sena iż-Żejtun jibqa' msemmi għar-rivalità politika, bil-quċċata tintlaħaq fl-1981, bl-inċidenti ta' tal-Barrani, bejn partitarji Nazzjonalisti u l-pulizija. Għadu ma ħariġx fil-beraħ il-għan dwar min seħaq li jagħmel il-mass meeting politiku hemm, anki meta nafu li fiż-Żejtun, il-Partit Nazzjonalista ftit li xejn għandu appoġġ.
Minn dak inhar ma nħassitx il-ħtieġa li l-Partit Nazzjonalista jagħmel aktar mass meetings fiż-Żejtun. Tant li fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali ta' l-2005, dan irtira l-kandidatura ta' tnejn f'ismu sabiex ma ssirx votazzjoni.
Il-festa ta' Santa Katerina - l-aktar avveniment fil-kalendarju tas-sena importanti għal dan il-villaġġ issir fit-tielet Ħadd ta' Ġunju, hu mhux fid-data uffiċjali fil-25 ta' Novembru. Hemm żewġ baned - il-Banda Beland, u il-Banda Żejtun. L-innu li jitkanta fil-knisja iddedikata lil Santa Katerina, għandu il-kliem ta' Emmanuele Palmier-Cecy u l-mużika ta' Dun Lawrenz Mifsud.
Kompożitur Żejtun famuż ieħor kien Karlu Diacono, li għalih ġiet imsemmija il-Junior Lyceum tal-bniet fiż-Żejtun stess. Skola oħra fiż-Żejtun hija dik Primarja, mibnija mill-Ingliżi fuq stil neo klassiku. Din fiha wkoll il-librerija pubblika, meqjusa fost l-aqwa fl-irħula Maltin.
Is-sindku huwa is-Sur Joe Attard, fil-waqt li l-arċipriet huwa Dun Eric Overand.
[editja] Id-Djalett Żejtuni
Fiż-Żejtun insibu kliem li f'Malta kollha jintuża biss miż-Żwieten u minn xi ftit nies oħra fl-irħula tal-madwar. Fost dawn il-kliem insibu l-kelma 'manoċċa' li tfisser tajra tal-karti, hemm ukoll 'ċulqana' li hi kelma minflok għonella. Barra li fiż-Żejtun insibu kliem uniku għal dan ir-raħal bi storja antika, insibu wkoll id-djalett Żejtuni, li għadu jiġi mitkellem min-nies ta' żoni antiki taż-Żejtun, fosthom ġo Bisqallin, Ħal-Bisbut, Gwiedi, u Ta' Tavlin.
Hawn taħt hawn silta miktuba bid-djalett Żejtuni:
Biż-Żejtuni: "Mele ħa ngħajdilkom dawn il-ġiex pruspar li ma ġrawx il-biereħ imme snin ilu mite kien għod kelli xa ħuġa foq it-tlitijn sene. Mele f'daqqa waħde it-televixen berreq tnejn, intife u telaq għall kullox, l-għade ġebt wieħet biex jirranġajuli u melli ruħ, qalli: 'Ħebijp, dun ġu għamlu żmienu tu, jekk fursi msewwilek ma ntijkx garanzija li tura sa l-aħbarijiet tal-lelje, eħsep għall wieħet ġdijt sijap, u sa jkewn għandek, dun mowr aqtaw ħelli ma tħallaslowx il-liċenzje għalxejn'. Qalli x'nagħmel u għadt mele l-ġimgħe d-dieħle mmowr ħelli ningassuh. L-għade mort il-Belt għand tax-xandijr u hemm qaluli biex immowr il-qurti biex qebel nagħmel avvidavit li t-televixen vieru ma jeħdemx."
Issa hawn taħt hawn l-istess silta miktuba bil-Malti standard, biex tidher id-differenza mid-djalett Żejtuni:
Bil-Malti standard: "Mela ħa ngħidilkom dawn iż-żewġ praspar li ma ġrawx il-bieraħ imma snin ilu meta kien għad kelli xi ħaġa fuq it-tletin sena. Mela f'daqqa waħda t-televiżjoni teptep tnejn, intefa' u telaq għal kollox, l-għada ġibt wieħed biex jirranġahuli u malli rah, qalli: 'Ħabib, dan diġa' għamlu żmienu ta, jekk forsi nsewwilek ma nagħtikx garanzija li tara sa l-aħbarijiet tal-lejla, aħseb għal wieħed ġdid sieħbi, u sa jkun għandek, dan mur aqtgħu ħalli ma tħallaslux il-liċenzja għalxejn'. Qalli x'nagħmel u għedt mela l-ġimgħa d-dieħla mmur ħalli ningassah. L-għada mort il-Belt għand tax-xandir u hemm qaluli biex immur il-qorti biex qabel nagħmel ġurament li t-televiżjoni veru ma jaħdimx."
[editja] Ħoloq
|
||||||||||