Żurrieq

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Żurrieq
Isem tal-abitanti: Żrieraq
Qaddis patrun:
 – Ġurnata:
Santa Katerina ta' Lixandra
Sit elettroniku: http://www.zurrieq.gov.mt/

Iż-Żurrieq hu wieħed mill-eqdem irħula ta' Malta b'popolazzjoni ta' madwar 12,000 ruħ. Jinsab fin-nofs in-nhar ta' Malta. Kien diġa paroċċa fl-1436 u l-knisja parrokkjali hi dedikata lil Santa Katerina ta' Lixandra.

[editja] Attrazzjonijiet turistiċi

L-akbar attrazzjoni turistika Fiz Zurrieq Hija Wied Iz Zurrieq u ma ninsewx l-Ħnejja, magħrufa bħala Blue Grotto bl-Ingliż għar-raġunijiet turistiċi. Iż-Żrieraq għadhom isejjħulha l-Ħnejja. Magħrufa l-aktar minħabba l-kulur kaħlani tal-baħar ta' ġo fiha. Biex tasal sal-Ħnejja trid taqbad dgħajsa minn Wied iż-Żurrieq.

Ġawhra kulturali oħra fiż-Żurrieq hi l-Mitħna tax-Xarolla. Dil-mitħna tinsab fit-tarf taż-Żurrieq, ħdejn Ħal-Safi. Waqt xi restawr li kien qed isir ftit tas-snin ilu kienu nkixfu wkoll xi katakombi, sewwasew taħt il-mitħna. Insibu ukoll Torri ta' epoka Punika gewwa d-dar ta' l-arcipriet, fdalijiet ta'kapella f'tal-Bakkarija li hija mibnija fuq fdalijiet Rumani, fdalijiet ta' Torrijiet Rumani jinsabu ukoll qrib din iz-Zona. INsemmu ukoll numru sabih ta' Knejjes u kapelli u li nsibu f'dan ir-rahal pitoresk fosthom il-knisja parrokjali iddedikata lil Santa Katarina ta' lixandra u il-Kapella Medjevali li nsibu f'Hal-Millieri ddedikata lin-Nuzjata.

Iż-Żurrieq magħruf ukoll għall-festi tiegħu li jiġu miżmuma fis-Sajf. L-ewwel waħda, iddedikata għall-Madonna tal-Karmnu tiġi ċċelebrata fit-tielet Ħadd ta' Lulju. Il-festa tal-patruna, Santa Katerina ta' Lixandra, tiġi ċċelebrata fl-ewwel Ħadd ta' Settembru. Il-festi jibdew mit-Tnejn ta' qabel u jdumu għaddejjin ġimgħa sħiħa. Fihom zewg lati magurri, dak intern li jirigwarrda il-Funzjonijiet religjuzi, it-Tridu, il-Panigirku w il-Purcisjoni, u l-Festi esterni li jinkludu l-Murtali w il-marċi

[editja] Ħajriet

Iż-Żurrieq maqsum f'seba' ħajriet, li huma;

  • Il-Qalba jew il-Pjazza - madwar il-Knisja, u toroq fil-qrib u tal-madwar
  • Ix-Xarolla - il-parti li tmiss ma' Ħal-Safi
  • In-Nigret - L-ogħla parti taż-Żurrieq
  • Bubaqra - Bejn ix-Xarolla u n-Nigret
  • Taħt ir-raħal - Il-parti li minnha tibqa' sejjer lejn Wied iż-Żurrieq
  • Tal-Bebbux - Il-parti li tmiss mal-Qrendi
  • Ħal-Far - Il-parti li tmiss ma Birżebbuga, li ġgiet żvilupata bħala żona industrijali

[editja] Ġemellaġġi

Iż-Żurrieq għandu ftehim fuq bażi ta' ġemmellaġġ ma' tliet postijiet fl-Ewropa. Dawn huma:

Il-ftehim mal-belt ta' Angermünde sar fit-2 t'Ottubru 2007. Fih iż-żewġ lokalitajiet qablu li jippromovu r-rabtiet kulturali, sportivi u bdil ta' żgħażagħ bejniethom.

Għodda personali
Spazji tal-isem

Varjanti
Azzjonijiet
Navigazzjoni
Komunità
Għodda
F'lingwi oħrajn