Imperu Ottoman: Differenza bejn il-verżjonijiet
m Removing Link GA template (handled by wikidata) |
No edit summary |
||
Linja 35: | Linja 35: | ||
|} |
|} |
||
L-'''Imperu Ottoman''' kien |
L-'''Imperu Ottoman''' kien potenza li kienet teżerċita saħħitha max-xtut tal-[[Baħar Mediterran]] li beda jeżisti fl-[[1281]] (jew [[1299]]) sal-[[1923]]. kien wieħed mill-ikbar Imperi li qatt dehru fuq wiċċ id-dinja, u, meta kien b'saħħtu, kien jinkludi t-[[Turkija]], il-[[Lvant Nofsani]], l-[[Afrika ta' Fuq]] u l-[[Balkani]]. Ġie fondat minn tribu ta' Torok Oghuz fil-Punent tat-Turkija, u kien immexxi mid- dinastija ''Osmanlı'', dixxendenti minn dawn it-Torok. |
||
F'ċirkli diplomatiċi, l-Imperu kien jissejjaħ ''la Sublime Porte'' jew sempliċement ''Porte'', dderivat mit-traduzzjoni franċiża tat-terminu ''Bâb-i-âlî'', li tfisser "il-bieb l-għolja", minħabba ċ-ċerimonji ta' merħba lill-ambaxxaturi barranin mill-bieb tal-[[Palazz Imperjali Topkapi]]. Ġieli jiġi interpretat bħala riferenza għal qagħda tan-nazzjon u speċjalment tal-kapitali [[Istanbul]]; filfatt l-Imperu kien jidher bħala l-bieb bejn l-[[Ewropa]] u l-[[Asja]]. Fi żmienu, l-Imperu Ottoman kien jissejjaħ ukoll l-Imperu Tork jew it-Turkija minn barranin Ewropej, però l-isem tal-pajjiż ta' llum m'ghandux jitħawwad ma' ta' l-Imperu Ottoman. |
F'ċirkli diplomatiċi, l-Imperu kien jissejjaħ ''la Sublime Porte'' jew sempliċement ''Porte'', dderivat mit-traduzzjoni franċiża tat-terminu ''Bâb-i-âlî'', li tfisser "il-bieb l-għolja", minħabba ċ-ċerimonji ta' merħba lill-ambaxxaturi barranin mill-bieb tal-[[Palazz Imperjali Topkapi]]. Ġieli jiġi interpretat bħala riferenza għal qagħda tan-nazzjon u speċjalment tal-kapitali [[Istanbul]]; filfatt l-Imperu kien jidher bħala l-bieb bejn l-[[Ewropa]] u l-[[Asja]]. Fi żmienu, l-Imperu Ottoman kien jissejjaħ ukoll l-Imperu Tork jew it-Turkija minn barranin Ewropej, però l-isem tal-pajjiż ta' llum m'ghandux jitħawwad ma' ta' l-Imperu Ottoman. |
Reviżjoni ta' 22:03, 29 Mejju 2015
| |||
1299-1923 Espansjoni tal-Imperu Ottoman bejn l-1481 u l-1683 (esklużi l-Alġerija, Sudan, Hejaz, Asir u l-Jemen) | |||
Kapitali | Söğüt (1299–1309) Yarhisar (1309-1314) İnegöl (1314-1326) Bursa (1326–1365) Adrianople (1365–1453) Kostantinopli (1453–1922) | ||
Gvern | Monarkija assoluta (1299-1876) (1878-1908) (1918-1922) Monarkija kostituzzjonali (1876-1878) (1908-1918) | ||
Erja -1683 -1914: |
5,200,000 km² (2,007,731 mi kw) 1,800,000 km² (694,984 mi kw) | ||
Popolazzjoni -1856 est. -1906 est. -1912 est. |
35,350,000 20,884,000 24,000,000 | ||
Munita | Akçe, Para, Kuruş, Lira, Sultanî | ||
Preċedut minn | Imperu Biżantin u diversi pajjiżi oħra | ||
Suċċessut minn | Gvern tal-Gran Assemblea Nazzjonali u diversi pajjiżi oħra | ||
Pajjiżi llum | Abkażja (de facto) Albanija Alġerija Arabja Sawdija Armenja Ażerbajġan Baħrejn Bożnija u Ħerżegovina Bulgarija Ċipru Ċipru ta' Fuq (de facto) Eġittu Emirati Għarab Magħquda Eritrea Ġeorġja Ġordan Greċja Iran Iraq Iżrael Jemen Kosovo (de facto) Kroazja Kuwajt Libanu Libja Repubblika tal-Maċedonja Moldova Montenegro Repubblika Nagorno-Karabakh (de facto) Oman Ossezja t'Isfel (de facto) Palestina Qatar Rumanija Russja Serbja Sirja Slovakkja Slovenja Somalja Sudan Tuneżija Transnistrija (de facto) Turkija Ukraina Ungerija |
L-Imperu Ottoman kien potenza li kienet teżerċita saħħitha max-xtut tal-Baħar Mediterran li beda jeżisti fl-1281 (jew 1299) sal-1923. kien wieħed mill-ikbar Imperi li qatt dehru fuq wiċċ id-dinja, u, meta kien b'saħħtu, kien jinkludi t-Turkija, il-Lvant Nofsani, l-Afrika ta' Fuq u l-Balkani. Ġie fondat minn tribu ta' Torok Oghuz fil-Punent tat-Turkija, u kien immexxi mid- dinastija Osmanlı, dixxendenti minn dawn it-Torok.
F'ċirkli diplomatiċi, l-Imperu kien jissejjaħ la Sublime Porte jew sempliċement Porte, dderivat mit-traduzzjoni franċiża tat-terminu Bâb-i-âlî, li tfisser "il-bieb l-għolja", minħabba ċ-ċerimonji ta' merħba lill-ambaxxaturi barranin mill-bieb tal-Palazz Imperjali Topkapi. Ġieli jiġi interpretat bħala riferenza għal qagħda tan-nazzjon u speċjalment tal-kapitali Istanbul; filfatt l-Imperu kien jidher bħala l-bieb bejn l-Ewropa u l-Asja. Fi żmienu, l-Imperu Ottoman kien jissejjaħ ukoll l-Imperu Tork jew it-Turkija minn barranin Ewropej, però l-isem tal-pajjiż ta' llum m'ghandux jitħawwad ma' ta' l-Imperu Ottoman.
L-Imperu twaqqaf minn Osman I, bl-Għarbi ʿUthmān b'hekk l-isem tal-Imperu. Fis-Seklu XVI u s-Seklu XVII, l-Ottomani kellhom wieħed mill-iktar imperi kbar u b'saħħitom fid-dinja, u xi pajjiżi Ewropej bdew iħossuhom skomdi minħabba l-avvanzi tagħhom fil-Balkani. Però l-Ottomani twaqqfu fl-Assedju ta' Malta, fil-Battalja ta' Lepanto u f'dik ta' Vjenna.
Fl-1453, l-aħħar fdal tal-Imperu Biżantin sfaxxa meta Kostantinopli saret il-kapitali Ottomana bl-isem ta' Istanbul. Mill-1517 'il quddiem, is-Sultan Ottoman kien ukoll Kaliff tal-Islam, u l-Imperu Ottoman mill-1517 sa l-1922 (jew 1924) kien sinonimu mal-Kaliffat, l-Istat Islamiku.
Wara l-Ewwel gwerra dinjija, fl-istess gwerra li parti kbira tal-Imperu waqa' f'idejn l-Alleati, filwaqt li l-istat Ottoman kien f'taħwid kbir, xi nazzjonalisti Torok, ħafna kienu uffiċjali għolja fil-militar, waqqfu l-istat Tork permezz tal-gwerra tal-Indipendenza Torka, kontinwazzjoni tal-gwerra bejn il-Griegi u t-Torok, il-maġġoranza fuq art li saret Torka fit-Trattat ta' Lausanne.