Cáceres (Spanja)
Cáceres (Spanja) | |||
---|---|---|---|
Spanja | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Stat sovran | Spanja | ||
Autonomous community of Spain | Extremadura | ||
Provinċja ta' Spanja | provinċja ta' Cáceres | ||
Kap tal-Gvern | Luis Salaya (en) | ||
Isem uffiċjali | Cáceres | ||
Ismijiet oriġinali | Cáceres | ||
Kodiċi postali |
10001–10005, 10195 | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 39°28′23″N 6°22′16″W / 39.4731°N 6.3711°WKoordinati: 39°28′23″N 6°22′16″W / 39.4731°N 6.3711°W | ||
Superfiċjenti | 1,750,330,000 metru kwadru | ||
Għoli | 459 m | ||
Fruntieri ma' | Alcuéscar (en) , Aldea del Cano (en) , Aliseda (en) , Botija (en) , Brozas (en) , Carmonita (en) , Casar de Cáceres (en) , Casas de Don Antonio (en) , Cordobilla de Lácara (en) , Garrovillas de Alconétar (en) , Herreruela (en) , Malpartida de Cáceres (en) , Mérida, Montánchez (en) , Plasenzuela (en) , Puebla de Obando (en) , Santiago del Campo (en) , Sierra de Fuentes (en) , Torremocha (en) , Torreorgaz (en) , Torrequemada (en) , Arroyo de la Luz (en) , Talaván (en) , Trujillo (en) , Santa Marta de Magasca (en) , Badajozu Alburquerque (en) | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 96,215 abitanti (2023) | ||
Informazzjoni oħra | |||
Żona tal-Ħin | UTC+1 | ||
bliet ġemellati | Netanya, Blois (en) , Gaża, Santiago de Compostela, La Roche-sur-Yon (en) , Castelo Branco (en) , Portalegre (en) , Piano di Sorrento (en) , Santo Domingo Province (en) u Quillota Province (en) | ||
ayto-caceres.es |
Cáceres (bl-Ispanjol: [ˈkaθeɾes]) hija belt li tinsab fil-komunità awtonoma ta' Extremadura, Spanja. Hija l-belt kapitali u l-iżjed muniċipalità popolata tal-provinċja ta' Cáceres.
Cáceres tinsab qabel is-Sierra de la Mosca[1], katina mudesta ta' għoljiet. Hija parti mill-Vía de la Plata ("Rotta tal-Fidda") tal-Pellegrinaġġ ta' San Ġakbu li tgħaddi mill-Punent tal-Peniżola Iberika mit-Tramuntana għan-Nofsinhar.
Il-muniċipalità għandha erja ta' 1,750.33 km2 (675.81 mil kwadru), l-ikbar fi Spanja. Fl-2014 il-popolazzjoni tal-belt kienet tammonta għal madwar 96,000 ruħ. Il-belt iffortifikata Medjevali ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[2]
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]Kien hemm insedjamenti qrib Cáceres minn żmien il-preistorja. Evidenza ta' dan tinstab fl-għerien ta' Maltravieso u ta' El Conejar.[3] Il-belt ġiet stabbilita mir-Rumani fil-25 Q.K.
Iċ-ċentru storiku (Parte Antigua) għad għandha s-swar antiki tagħha; dan il-parti tal-belt hija magħrufa sew għall-bosta bejtiet taċ-ċikonji. Is-swar jipproteġu ambjent ta' belt Medjevali bl-ebda sinjal ta' modernità, u minħabba f'hekk bosta programmi u films televiżivi nħadmu hemmhekk.[4][5] L-Università ta' Extremadura, u żewġ osservatorji astronomiċi, jinsabu f'Cáceres. Il-belt hija s-sede wkoll tad-Djoċesi Kattolika Rumana ta' Coria-Cáceres.
Cáceres ġiet iddikjarata Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1986 minħabba t-taħlita ta' arkitetturi Rumani, Għarab, Gotiċi tat-Tramuntana u Rinaxximentali Taljani. B'kollox hemm tletin torri minn żmien il-Musulmani f'Cáceres, u l-iżjed wieħed famuż huwa t-Torre de Bujaco.
L-oriġini ta' Cáceres imorru lura għall-preistorja, kif joħroġ fid-dieher mit-tpittir fl-Għar ta' Maltravieso. L-għar fih mijiet ta' pitturi, inkluż l-eqdem tpittir fl-għerien fid-dinja tal-kontorn ta' id bl-aħmar li għandha iktar minn 67,000 sena. Din saret 20,000 sena qabel il-wasla tal-Homo sapiens fl-Ewropa u b'hekk huwa maħsub li t-tpittir sar min-Neanderthal.[6] Il-viżitaturi jistgħu jaraw fdalijiet minn żmien il-Medju Evu, mill-okkupazzjoni Rumana, mill-okkupazzjoni Għarbija u mill-epoka tad-deheb tal-kultura Lhudija fi Spanja. Cáceres għandha erba' żoni prinċipali li jistgħu jiġu esplorati: iċ-ċentru storiku, il-kwartier Lhudi, iċ-ċentru modern u l-periferiji.[7]
L-ewwel evidenza ta' bnedmin li għexu f'Cáceres tmur lura għall-era Paleolitika Aħħarija, għall-ħabta tal-25,000 Q.K. Cáceres bħala belt ġiet stabbilita bħala Castra Caecilia minn Quintus Caecilius Metellus Pius u bdiet tikseb l-importanza bħala belt strateġika taħt l-okkupazzjoni Rumana, u minn fdalijiet li nstabu fil-belt jidher ċar li diġà mill-25 Q.K. kienet belt fejn kien qed joktor il-ġid. Xi fdalijiet tal-ewwel swar tal-belt li nbnew mir-Rumani fis-sekli 3 u 4 għadhom jeżistu, inkluż daħla, l-Arco del Cristo.
Wara l-waqgħa tal-Imperu Ruman tal-Punent, il-belt ġiet okkupata mill-Viżigoti, u daħlet f'perjodu ta' deklin sal-ħakma tal-Għarab fis-seklu 8. Il-belt qattgħet il-ftit sekli ta' wara l-iktar taħt it-tmexxija tal-Għarab, għalkemm is-setgħa alternat diversi drabi bejn l-Għarab u l-Kristjani. Matul dan iż-żmien, l-Għarab reġgħu bnew il-belt, inkluż is-swar, palazzi, u diversi torrijiet, inkluż it-Torre de Bujaco. Cáceres reġgħet inħakmet mill-Kristjani fis-seklu 13 (1229). Matul dan il-perjodu l-belt kellha kwartier importanti tal-Lhud: fis-seklu 15 meta l-popolazzjoni totali kienet tlaħħaq l-2,000 ruħ, kważi 140 familja Lhudija kienet tgħix f'Cáceres. Il-popolazzjoni Lhudija ġiet imkeċċija mir-Reġina Isabella u Ferdinandu ta' Aragona fl-1492, iżda ħafna fdalijiet tal-preżenza Lhudija tal-perjodu għadhom viżibbli llum il-ġurnata fil-Barrio San Antonio.
Cáceres iffjorixxiet matul ir-Reconquista u l-Iskoperta tal-Amerki, meta bosta familji influwenti u nobbli Spanjoli bnew id-djar u l-palazzi ż-żgħar tagħhom hemmhekk, u bosta membri tal-familji minn Extremadura pparteċipaw fi vjaġġiu lejn l-Amerki fejn stagħnaw. Fis-seklu 19, Cáceres saret il-belt kapitali tal-provinċja, u dan immarka perjodu ta' tkabbir li waqaf ħesrem minħabba l-Gwerra Ċivili Spanjola. Illum il-ġurnata, is-sede tal-università kif ukoll diversi dipartimenti tal-gvern reġjonali jinsabu f'Cáceres.
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]Iċ-Ċentru Storiku ta' Cáceres fi Spanja ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1986 u ż-żona ta' lqugħ tas-sit ġiet immodifikata fl-2016.[2]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[2]
Klima
[immodifika | immodifika s-sors]Il-belt ta' Cáceres tinsab fil-provinċja ta' Cáceres fir-reġjun ta' Extremadura tal-Punent ċentrali ta' Spanja. Il-belt għandha klima Mediterranja bi sjuf sħan (Köppen: Csa) li hija wkoll miti bis-saħħa tal-prossimità tagħha mal-Oċean Atlantiku. Fix-xitwa, it-temperatura medja ma taqbiżx massimu ta' 14 °C (57 °F), u tilħaq minimu ta' 8 °C (46 °F), bi ftit ġlata. Fis-sajf, it-temperatura massima medja tkun 34 °C (93 °F) u t-temperatura minima medja tkun 19 °C (66 °F). Ix-xita tinżel qliel fix-xhur ta' Ottubru, Novembru, Marzu, April u Mejju, iżda tinżel b'mod intermittenti ħafna.[8]
Data klimatika għal Cáceres, 459 m 'il fuq mil-livell tal-baħar (1991-2020, temp. estremi mill-1920) | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Xahar | Jan | Fra | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
Temp. għolja rekord f'°C (°F) | 21.2
(70.2) |
23.0
(73.4) |
26.8
(80.2) |
31.2
(88.2) |
36.6
(97.9) |
42.0
(107.6) |
44.0
(111.2) |
44.3
(111.7) |
42.6
(108.7) |
37.0
(98.6) |
27.2
(81.0) |
21.0
(69.8) |
44.3
(111.7) |
Temp. għolja medja f'°C (°F) | 12.2
(54.0) |
14.2
(57.6) |
17.6
(63.7) |
19.9
(67.8) |
24.5
(76.1) |
30.3
(86.5) |
34.0
(93.2) |
33.7
(92.7) |
28.7
(83.7) |
22.4
(72.3) |
16.1
(61.0) |
12.7
(54.9) |
22.2
(72.0) |
Temp. medja ta' kuljum f'°C (°F) | 8.1
(46.6) |
9.4
(48.9) |
12.3
(54.1) |
14.3
(57.7) |
18.3
(64.9) |
23.2
(73.8) |
26.4
(79.5) |
26.3
(79.3) |
22.3
(72.1) |
17.3
(63.1) |
11.8
(53.2) |
8.8
(47.8) |
16.6
(61.9) |
Temp. baxxa medja f'°C (°F) | 4.0
(39.2) |
4.6
(40.3) |
6.9
(44.4) |
8.7
(47.7) |
12.0
(53.6) |
16.1
(61.0) |
18.9
(66.0) |
19.0
(66.2) |
15.9
(60.6) |
12.1
(53.8) |
7.6
(45.7) |
4.9
(40.8) |
10.9
(51.6) |
Temp. baxxa rekord f'°C (°F) | −5.6
(21.9) |
−5.6
(21.9) |
−3.6
(25.5) |
−1.4
(29.5) |
2.8
(37.0) |
5.4
(41.7) |
10.0
(50.0) |
9.0
(48.2) |
4.8
(40.6) |
2.4
(36.3) |
−2.2
(28.0) |
−5.4
(22.3) |
−5.6
(21.9) |
Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) | 53.6
(2.11) |
50.9
(2.00) |
54.3
(2.14) |
52.6
(2.07) |
47.3
(1.86) |
12.8
(0.50) |
4.7
(0.19) |
6.7
(0.26) |
31.8
(1.25) |
82.7
(3.26) |
79.6
(3.13) |
67.2
(2.65) |
544.2
(21.42) |
Medja ta' Jiem ta' Preċipitazzjoni (≥ 1.0 mm) | 7.2 | 6.2 | 6.7 | 7.6 | 6.4 | 2.2 | 0.6 | 1.0 | 3.7 | 7.5 | 7.9 | 7.9 | 64.9 |
Medja ta' Sigħat ta' Xemx fix-Xahar | 156 | 185 | 232 | 260 | 310 | 353 | 391 | 359 | 274 | 214 | 163 | 137 | 3,034 |
Sors: Météo Climat[9] |
Data klimatika għal Cáceres, 459 m 'il fuq mil-livell tal-baħar (1982-2010) | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Xahar | Jan | Fra | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
Temp. għolja rekord f'°C (°F) | 21.2
(70.2) |
23.0
(73.4) |
26.8
(80.2) |
31.2
(88.2) |
36.6
(97.9) |
42.0
(107.6) |
43.2
(109.8) |
42.6
(108.7) |
42.3
(108.1) |
33.8
(92.8) |
26.6
(79.9) |
21.0
(69.8) |
43.2
(109.8) |
Temp. għolja medja f'°C (°F) | 12.0
(53.6) |
14.0
(57.2) |
17.7
(63.9) |
19.3
(66.7) |
23.7
(74.7) |
29.9
(85.8) |
33.7
(92.7) |
33.2
(91.8) |
28.8
(83.8) |
22.0
(71.6) |
15.9
(60.6) |
12.5
(54.5) |
21.9
(71.4) |
Temp. medja ta' kuljum f'°C (°F) | 7.8
(46.0) |
9.3
(48.7) |
12.2
(54.0) |
13.8
(56.8) |
17.6
(63.7) |
22.9
(73.2) |
26.2
(79.2) |
26.0
(78.8) |
22.4
(72.3) |
17.0
(62.6) |
11.7
(53.1) |
8.7
(47.7) |
16.3
(61.3) |
Temp. baxxa medja f'°C (°F) | 3.7
(38.7) |
4.7
(40.5) |
6.7
(44.1) |
8.3
(46.9) |
11.5
(52.7) |
16.0
(60.8) |
18.8
(65.8) |
18.7
(65.7) |
16.0
(60.8) |
11.9
(53.4) |
7.5
(45.5) |
4.9
(40.8) |
10.7
(51.3) |
Temp. baxxa rekord f'°C (°F) | −5.6
(21.9) |
−5.6
(21.9) |
−3.6
(25.5) |
−1.4
(29.5) |
2.8
(37.0) |
5.4
(41.7) |
10.0
(50.0) |
11.0
(51.8) |
7.4
(45.3) |
2.4
(36.3) |
−2.2
(28.0) |
−4.6
(23.7) |
−5.6
(21.9) |
Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) | 54
(2.1) |
48
(1.9) |
36
(1.4) |
52
(2.0) |
50
(2.0) |
20
(0.8) |
6
(0.2) |
7
(0.3) |
30
(1.2) |
77
(3.0) |
89
(3.5) |
77
(3.0) |
551
(21.7) |
Medja ta' Jiem ta' Preċipitazzjoni (≥ 1.0 mm) | 7 | 7 | 5 | 7 | 7 | 3 | 1 | 1 | 4 | 8 | 8 | 8 | 64 |
Medja ta' Sigħat ta' Xemx fix-Xahar | 156 | 175 | 232 | 247 | 297 | 336 | 379 | 348 | 261 | 205 | 158 | 129 | 2,922 |
Sors 1: Agencia Estatal de Meteorología[10] | |||||||||||||
Sors 2: Agencia Estatal de Meteorología[11] |
Ċentru storiku
[immodifika | immodifika s-sors]Il-"Belt Monumentali ta' Cáceres" ġiet iddikjarata mill-Kunsill tal-Ewropa bħala t-Tielet Kumpless Monumentali tal-Ewropa fl-1968 (wara Praga u Tallinn) u bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1986.[2] Cáceres ingħatat ukoll premjijiet oħra: Pomme d'Or għall-"Merti għat-Turiżmu", mogħti mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Ġurnalisti u tal-Kittieba tat-Turiżmu fl-1996; Les Etoiles d'Or du Jumelage, mogħtija mill-Kummissjoni Ewropea fl-1999; il-Premju Archival mogħti mill-Assoċjazzjoni għall-Irkupru taċ-Ċentri Storiċi fl-2004 u l-Premju taċ-Ċittadini tal-2008 mogħti mill-Assoċjazzjoni tal-Entitajiet tar-Radju u tat-Televiżjoni Diġitali, bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Awdjoviżiv taċ-Ċittadini għall-appoġġ li ċ-ċittadini taw għall-kandidatura tal-belt bħala l-Kapitali Ewropea tal-Kultura tal-2016. Cáceres hija membru wkoll tan-Networks tat-Toroq ta' Sefarad, tal-Vía de la Plata, u ntgħażlet mill-Komunità Awtonoma bħala l-Kapitali Kulturali ta' Extremadura fl-1992, flimkien mal-isforz ta' solidarjetà tal-amministrazzjonijiet, tal-kumpaniji privati, tal-entitajiet uffiċjali u taċ-ċittadini privati bejn l-2003 u l-2010 biex il-belt issir il-Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2016.
Attrazzjonijiet prinċipali
[immodifika | immodifika s-sors]Katidrali, knejjes, kunventi u monasteri
[immodifika | immodifika s-sors]- il-Kunvent ta' San Pawl (is-seklu 15);
- il-Kunvent ta' Santa Klara;
- il-Kunvent ta' San Ġlormu;
- il-Kunvent tal-Kumpanija ta' Ġesù, bi stil Barokk, li llum il-ġurnata tintuża għall-wirjiet tal-arti;
- il-Knisja ta' Santa Marija, katidral mibni fis-seklu 13, bi stil Gotiku;
- il-Knisja ta' San Mattew, knisja tas-seklu 15 mibnija fis-sit ta' eks moskea;
- il-Knisja ta' San Franġisk Javier (is-seklu 18), bi stil Barokk;
- il-Knisja ta' San Ġwann, knisja monastika kbira mibnija bejn is-sekli 13 u 15;
- il-Knisja ta' San Duminku;
- il-Monasteru ta' San Marija ta' Ġesù;
- il-Parroċċa ta' San Blas;
- il-Parroċċa tal-Madonna tar-Rużarju ta' Fátima;
- il-Parroċċa tal-Familja Mqaddsa;
- il-Parroċċa ta' San Ġużepp;
- il-Parroċċa ta' San Ġwann Macías;
- l-Eremitaġġ tax-Xemgħat;
- l-Eremitaġġ tal-Kalvarju;
- l-Eremitaġġ tal-Paċi;
- l-Eremitaġġ ta' Sant'Antnin;
- l-Eremitaġġ ta' Vaquero;
- l-Eremitaġġ ta' Kristu ta' Amparo;
- l-Eremitaġġ ta' San Marcos el Nuevo (San Marquino);
- l-Eremitaġġ ta' San Ildefonso;
- is-Santwarju tal-Madonna tal-Muntanja.
Edukazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]L-Università ta' Extremadura, stabbilita fl-1973, għandha kampus f'Cáceres.
Trasport
[immodifika | immodifika s-sors]Cáceres tinsab qrib l-Awtostrada A-66 minn Sivilja sa Gijón. L-istazzjon ferrovjarju ta' Cáceres taqdi madwar 100,000 passiġġier fis-sens.
Festivals
[immodifika | immodifika s-sors]- Il-Festival tal-Martri (La Fiesta de los mártires) issir f'Jannar.
- Il-Karnival, il-Festival tax-Xemgħat (La Fiesta de las Candelas) u l-Festa ta' San Blas isiru fi Frar.
- Il-Festival tal-Għid u s-Semana Santa jsiru matul il-ġimgħa qabel Ħadd il-Għid. Isiru purċissjonijiet fit-toroq dojoq taċ-ċentru storiku.
- Il-Festival ta' San Ġorġ, isir fit-22 u fit-23 ta' April, u jinvolvi l-ħruq ta' dragun f'ħuġġieġa fil-pjazza prinċipali tar-raħal (La Plaza Mayor), akkumpanjat bil-logħob tan-nar.
- Il-Festival mużikali WOMAD li jsir fil-bidu ta' Mejju.
- Il-Ferias de San Fernando jsiru fl-aħħar ta' Mejju.
- Il-Fleadh Cáceres huwa avveniment kulturali ġdid li ilu jsir mill-2003 bejn ix-xhur ta' Ottubru u Novembru. L-idea ġiet minn Fleadh Cheoil li huwa avveniment mużikali Irlandiż li jsir kull sena f'Awwissu fl-Irlanda.
- Il-Festival tal-Films ta' Cáceres.
Mużewijiet
[immodifika | immodifika s-sors]- Il-Mużew ta' Cáceres - ALJIBE - ospitat f'La Casa de las Veletas y la Casa de los Caballos fiċ-ċentru storiku.
- La Casa-Museo Árabe, bejn il-Pjazza ta' San Ġorġ u l-Arco del Cristo huwa mużew dwar il-kultura, l-arti u l-fdalijiet tal-Għarab.
- Museo Concatedral de Cáceres, fil-Pjazza ta' Santa Marija huwa mużew tal-arti reliġjuża.
- Museo Piedrilla - Guayasamín.
Riżervi naturali u turiżmu rurali
[immodifika | immodifika s-sors]- Il-Park Nazzjonali ta' Monfragüe: huwa magħmul minn 85 km2 (33 mil kwadru) jew 17,852 ettaru. Il-park fih waħda mill-ikbar żoni b'xagħri u b'foresti Mediterranji fi Spanja b'iktar minn 1,400 speċi ta' siġar. Għall-qalb dawk li jħobbu l-għasafar, il-park għandu l-ikbar kolonja ta' avvultun iswed u ta' ajkli imperjali Spanjoli fid-dinja.
- Il-Monument Naturali ta' Los Barruecos: jinsab 14-il kilometru (9 mili) 'il bogħod mill-belt, fil-lokalità ta' Malpartida de Cáceres. Fih ħaġar enormi tal-granit bl-unika kolonja ta' ċikonji bojod ibejtu fuqhom. Hemm ukoll ġibjun Medjevali u mitħna għall-ħasil tas-suf. Il-kumpless ġie rrestawrat u jospita kollezzjoni sorprendenti ta' arti tal-artist Ġermaniż Wolf Vostell, li kien membru importanti tal-moviment tax-xogħol bis-suf. Ir-rebbiegħa ġġib magħha splużjoni ta' kuluri meta jkun hemm l-inwar tal-ġinestri bojod Spanjoli.
- Il-pjanuri ta' Cáceres u ta' Trujillo huma protetti bħala Żona tal-Protezzjoni Speċjali għall-għasafar.
Kwartieri
[immodifika | immodifika s-sors]- Ċentru: 26,914-il abitant.
- Punent (ġdid): 15,726 abitant.
- Nofsinhar: 14,738 abitant.
- Mejostilla: 11,484 abitant.
- Aldea Moret: 6,756 abitant.
- Ċentru Storiku: 5,799 abitant.
- Punent: 4,591 abitant.
- Tramuntana: 4,656 abitant.
- Lvant: 2,646 abitant.
- Pedanías (Rincón de Ballesteros Valdesalor u Arroyo-Malpartida Station): 749 abitant.
- Kumplament: 295 abitant.
Palazzi u vilel
[immodifika | immodifika s-sors]- Palacio de los Golfines de Arriba.
- Palacio de los Golfines de Abajo. Ir-Reġina Isabella I ta' Kastilja u r-Re Fernando I kienu jgħixu hemmhekk.
- Palacio del Comendador de Alcuescar.
- Palacio-Fortaleza de los Torreorgaz, illum lukanda Parador.
- Palacio de Carvajal (is-seklu 15). Issa huwa s-sede tal-Uffiċċju għall-Patroċinju tat-Turiżmu u tal-Artiġjanat tal-provinċja.
Xiri u gastronomija
[immodifika | immodifika s-sors]It-toroq iż-żgħar fiċ-ċentru storiku fihom bosta ħwienet li jbigħu l-prodotti tipiċi. Il-kunventi jbigħu l-ħelu u l-pasti tradizzjonali. L-inbejjed tipiċi ħomor minn Extremadura ma jiswewx ħafna flus u għandhom korporatura sħiħa. Il-likers lokali jinkludu l-liker taċ-ċirasa mill-wied ta' Jerte fil-qrib, jew likers oriġinali oħra bħal tal-qastan u tat-tut. Prodotti oħra tal-provinċja jinkludu l-ġobon tan-nagħaġ (Torta del Casar, li mhux magħmul mill-ħalib tal-mogħoż, iżda bil-ħalib min-nagħaġ tat-tip merino), it-torti tat-tin, il-qastan, il-prieżet u prodotti oħra tal-majjal, il-ħaruf, iż-żejt taż-żebbuġa u l-paprika (pimentón de la Vera).
Il-prieżet ippreservati u l-inbid aħmar jiġu prodotti lokalment u huma uffiċjalment rikonoxxuti mill-gvern Spanjol. Il-ġobon tal-mogħoż u tan-nagħaġ jiġu prodotti minn metodi tradizzjonali u huma rinomati fil-pajjiż kollu. Cáceres hija famuża wkoll għall-istuffat, għal-laħam mixwi (speċjalment il-laħam tal-majjal, tal-ħaruf u tal-annimali tal-kaċċa), il-frak tal-ħobż moqli (migas), it-trota, il-pasti u l-għasel.
Sport
[immodifika | immodifika s-sors]Fost it-timijiet sportivi notevoli, Cáceres tospita t-tim tal-assoċjazzjoni tal-futbol CP Cacereño li attwalment jilagħbu fit-Tielet Diviżjoni u t-timijiet professjonali tal-basketball Cáceres Basket, li jilgħab fil-Liga LEB Oro, u l-Club Baloncesto Al-Qazeres, li jilgħab fil-Liga Femenina. Hemm ukoll it-tim tar-Rugby Union Extremadura CAR Cáceres li jilgħab fid-DHB, it-tieni diviżjoni nazzjonali.
Trasport
[immodifika | immodifika s-sors]Il-belt moqdija mill-istazzjon ferrovjarju ta' Cáceres. Barra minn hekk, faċċata hemm il-venda tal-karozzi tal-linja, b'diversi karozzi tal-linja b'servizz lejn bliet oħra.
Ġemellaġġi
[immodifika | immodifika s-sors]- Santiago de Compostela, Spanja (mill-1973);
- La Roche-sur-Yon, Franza (mill-1982);
- Castelo Branco, il-Portugall;
- Portalegre, il-Portugall (mill-2006);
- Piano di Sorrento, l-Italja (mill-2008);
- Netanya, Iżrael (mill-2010);
- Lumbini, in-Nepal (mill-2021).
Swar
[immodifika | immodifika s-sors]- Torre de Bujaco (is-seklu 12);
- Arco de la Estrella (is-seklu 18);
- Torre de Sande (is-sekli 14-15).
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Calvo Muñoz, Salvador (2012). "Cáceres, patrimonio natural". Alcántara. Cáceres: Diputación Provincial de Cáceres (75): 121. ISSN 0210-9859.
- ^ a b ċ d Centre, UNESCO World Heritage. "Old Town of Cáceres". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-12-14.
- ^ "Paper by Enrique CERRILLO CUENCA on the Conejar Cave" (PDF).
- ^ 20minutos (2016-12-02). "El rodaje de Juego de Tronos llega al centro de Cáceres". www.20minutos.es - Últimas Noticias (bl-Ispanjol). Miġbur 2022-12-14.
- ^ ORTIZ, CARLOS (2011-10-19). "Vuelve a Cáceres el rodaje de la serie de TVE sobre Isabel la Católica". El Periódico Extremadura (bl-Ispanjol). Miġbur 2022-12-14.
- ^ D. L. Hoffmann; C. D. Standish; M. García-Diez; P. B. Pettitt; J. A. Milton; J. Zilhão; J. J. Alcolea-González; P. Cantalejo-Duarte; H. Collado; R. de Balbín; M. Lorblanchet; J. Ramos-Muñoz; G.-Ch. Weniger; A. W. G. Pike (2018). "U-Th dating of carbonate crusts reveals Neandertal origin of Iberian cave art". Science. 359 (6378): 912–915.
- ^ "Turismo Cáceres". Turismo Cáceres (bl-Ispanjol). Miġbur 2022-12-14.
- ^ "Bot Verification". www.albertharris.me. Miġbur 2022-12-14.
- ^ "Climate and average monthly weather in Cáceres (Extremadura), Spain". World Weather & Climate Information. Miġbur 2022-12-14.
- ^ Meteorología, Agencia Estatal de. "Cáceres: Cáceres - State Meteorological Agency - AEMET - Spanish Government". www.aemet.es (bl-Ingliż). Miġbur 2022-12-14.
- ^ Meteorología, Agencia Estatal de. "Extreme values: Cáceres - Absolute extreme values - Selector - State Meteorological Agency - AEMET - Spanish Government". www.aemet.es (bl-Ingliż). Miġbur 2022-12-14.