Juvenes Translatores

Juvenes Translatores (bil-Latin għal "tradutturi żgħażagħ") hu konkors annwali tat-traduzzjoni mniedi fl-2007 għal studenti li jistudjaw fi skejjel postsekondarji fl-Unjoni Ewropea (UE) organizzat mid-Direttorat Ġenerali tat-Traduzzjoni (DGT) fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea.
Il-konkors li jmiss se jsir f'Novembru 2015 bejn l-10 ta' filgħodu u nofsinhar (ħin ta' Brussel).[1]
Għanijiet
[immodifika | immodifika s-sors]L-għanijiet prinċipali tal-konkors Juvenes Translatores huma li jippromwovi:
- it-tagħlim tal-lingwi
- il-multilingwiżmu
- it-traduzzjoni bħala karriera
Il-konkors jimmira li jġib liż-żgħażagħ iktar konxji ta' kif ħiliet fil-lingwi jgħinu lill-Ewropej jikkomunikaw u jiftiehmu aħjar. Il-konkors jenfasizza wkoll l-importanza li niddiversifikaw il-lingwi li nitgħallmu biex jiżdied il-multilingwiżmu u l-ftehim interkulturali, kif ukoll jenfasizza l-benefiċċju tal-istudju tat-traduzzjoni bħala tweġiba għad-domanda dejjem tiżdied għat-tradutturi fl-Ewropa.
Regoli bażiċi
[immodifika | immodifika s-sors]


Juvenes Translatores hu konkors annwali miftuħ għal studenti li jagħlqu 17 f'dik is-sena – il-konkors tal-2015 hu miftuħ għal dawk li twieldu fl-1998. Il-konkorrenti jittraduċu test ta' paġna minn waħda mill-552 possibilitajiet ta' lingwi pari mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE, billi jużaw biss dizzjunarji ppubblikati (mezzi elettroniċi mhumiex permessi). L-iskejjel f'kull pajjiż tal-UE jistgħu jdaħħlu massimu ta' 5 studenti ta' kull nazzjonalità li jkunu membri ta' dik l-istess skola. In-numru ta' skejjel parteċipanti (massimu ta' 751) minn kull pajjiż jiddipendi min-numru ta' siġġijiet li dak il-pajjiż għandu fil-Parlament Ewropew.
| Pajjiż tal-UE | Numru ta' skejjel parteċipanti |
|---|---|
| 18 | |
| 21 | |
| 17 | |
| 6 | |
| 13 | |
| 6 | |
| 13 | |
| 74 | |
| 96 | |
| 21 | |
| 11 | |
| 73 | |
| 11 | |
| 8 | |
| 11 | |
| 6 | |
| 6 | |
| 26 | |
| 51 | |
| 21 | |
| 73 | |
| 21 | |
| 32 | |
| 8 | |
| 13 | |
| 54 | |
| 21 | |
| 20 | |
| Total | 751 |
Jekk in-numru ta' skejjel li japplikaw minn xi pajjiż jaqbeż in-numru massimu ta' skejjel, il-Kummissjoni tagħżel min se jieħu sehem permezz ta' polza. It-tradutturi tad-DGT jevalwaw it-traduzzjonijiet u jagħżlu dik rebbieħa minn kull pajjiż. It-28 parteċipant rebbieħa jiġu mistiedna għaċ-Ċerimonja ta' Premjazzjoni fi Brussell fejn jirċievu l-premjijiet tagħhom.
Kalendarju
[immodifika | immodifika s-sors]| 1 ta' Settembru – 20 ta' Ottubru | applikazzjonijiet sottomessi permezz tas-sit tal-Juvenes Translatores |
| L-aħħar ta' Ottubru | polza biex jintgħażlu l-iskejjel li se jieħdu sehem |
| L-aħħar ta' Novembru | data tal-konkors – studenti mill-iskejjel magħżula jagħmlu t-traduzzjoni fl-istess ħin madwar l-Ewropa taħt il-ħarsa tal-għalliema tagħhom. |
| Diċembru/Jannar | is-sottomissjonijiet jiġu evalwati mit-tradutturi tad-DGT – il-ġurija tagħżel l-aqwa traduzzjoni minn kull pajjiż tal-UE. |
| Rebbiegħa | it-28 rebbieħ (wieħed minn kull pajjiż tal-UE) jirbħu vjaġġ għal Brussell biex jattendu ċerimonja tal-premjazzjoni |
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Il-konkorrenti kollha jibdew il-konkors fl-istess ħin minkejja li jista' jkun hemm differenza bejn il-ħin lokali u l-ħin ta' Brussell. Territorji barranin li huma ta' pajjiż Ewropew xorta huma parti mill-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, pereżempju, il-konkors jista' jiġi organizzat minn skola fl-Olanda tal-Karibew, u oħra mid-dipartiment barrani Franċiż Réunion. F'dal-każ, id-differenza bejn iż-żewġ skejjel parteċipanti tkun ta' 8 sigħat.