Irħula ta' Malta

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jump to navigation Jump to search

Din hija lista' ta' Irħula ta' Malta.

Malta[immodifika | immodifika s-sors]

Għawdex[immodifika | immodifika s-sors]

Laqmijiet ta' xi rħula[immodifika | immodifika s-sors]

Il-laqam huwa ħaġa mill-aktar komuni f'kull soċjetà, kemm dawk l-imsejjħa żviluppati, kif ukoll f'dawk li mhumiex meqjusa bħala tali. L-artiklu li ġej ma jiddiskutiex il-laqam in ġenerali imma jiffoka fuq it-tradizzjoni antika ta' laqmijiet mogħtija lill-irħula Maltin u lil min jgħamarhom. Qed jitniżżlu wkoll l-aktar tifsiriet komuni l-għaliex ir-raħal partikolari għandu dak il-laqam.


L-Isla[immodifika | immodifika s-sors]

Fi żmien l-Assedju l-kbir il-kmandant li kien inkarigat mill-Isla kien jismu xi ħaġa tixbah Ċejċu . Jum minnhom, it-truppi li kienu jiehdu hsieb l-Isla għamlu attakk b'saħħtu fuq l-għedewwa. La Vallette staqsa minn kienu u ta' madwaru weġbuh li kienu grupp taht ta' Ċejċu. B'hekk in-nies tal-Isla bdew jissejħu ta' Ċejċu, Ċacu. Zmien wara, kien hemm drawwa li meta nies issajru xi tjur, kienu jitfghu r-rix wara il-bieb biex kulhadd ikun jaf u biz-zmien Ta' Ċaċu sar il-laqam sinonomu għan-nies ta l-Isla li jħobbu jiftaħru.

Il-Birgu[immodifika | immodifika s-sors]

Lin-nies tal-belt tal-Birgu jgħidulhom tat-Tokba. Din hija l-kelma Maltija "toqba", biss tingħad bil-"k" minflok bil-"q" minħabba d-drawwa li għandhom in-nies tal-Birgu, bħan-nies ta' xi rħula oħra li jlissnu l-"q" bil-ħoss ta' "k". Jingħad li t-Tokba hija referenza għal-post fejn imorru jgħumu n-nies tal-Birgu. Oħrajn jgħidu li t-Tokba hija referenza għal bieb ċkejken li hemm fis-sur u li jissejjaħ b'dan l-isem.

Bormla[immodifika | immodifika s-sors]

Il-laqam tan-nies ta' Bormla huwa "Ta' baħarhom" jew "Ta' baħar iċ-ċwieċ". Dan jingħad minħabba li l-baħar tagħhom ġie meħud kollhu mit-tarzna. Dan il-laqam illum ma jregix ghax it-tarzna f'Bormla giet zarmata.

Ir-Rabat[immodifika | immodifika s-sors]

Rabti kibx. Hekk jissejħu r-Rabtin. Kibx hija kelma oħra Maltija għal muntun. Jista' jkun li b'dan il-laqam iridu jfissru li r-Rabtin huma nies ta' rashom iebsa. Filfatt teżisti l-idjoma li tgħid Rabti u Żebbuġi jagħmlu Lhudi (Il-Lhud huma meqjusa bħala nies ta' rashom iebsa u li jagħmlu li jfettlilhom u għall-flus.)

Il-Furjana[immodifika | immodifika s-sors]

Tal-kagħka u tal-Irish. Tal-kagħka gej minn traffic island żgħira li hemm waqtli tal-Irish ġej mir-rabta li hemm bejn il-Furjana u ħafna Irlandiżi li kienu jgħixu hemm u mill-gear tal-futbol li jilbsu Floriana FC aħdar u abjad li ġie mgħoti lit-tim fl-1905 mill-Royal Irish Fusiliers.

Ħal Għargħur[immodifika | immodifika s-sors]

Fil-passat dan ir-raħal kien jiġi msejjaħ pajjiż it-tewm, peress li ħafna tewm kien jiġi prodott u mnixxef f'dan ir-raħal. L-Għargħurin ta' dari kienu magħrufin illi jisirqu t-tewm ta'xulxin, illi kien ikun fuq il-bjut biex jinxef. Dan kien jinsteraq billi kienu jdendlu qattus minn denbu ma' lasta u jresquh lejn tarf bejt. Il-qattus kien jibda jipprova jaqbad mal-bejt u b'hekk kien iwaqqa` fl-art it-tewm li kien ikun hemm fuq il-bejt.

Partijiet minn ħal Għargħur li llum jagħmlu parti mis-Swieqi kienu jissejħu pajjiż il-baqar. Dan minhabba li kien hemm ħafna rziezet tal-baqar fl-inħawi.

L-Għargħurin, fil-passat, kienu magħrufin ukoll bħala tas-sikkina fost in-nies l-oħra tan-naħa ta' fuq ta' Malta. Dan minħabba illi ħafna rġiel minn dan ir-raħal kienu jġorru sikkina jew mus magħhom, fil-waqt illi n-nisa kienu jżommu fuqhom tip ta'arma msejjħa dies, illi kienet forma ta virga kemxejn ħoxna ġejja għall-ponta miż-żewġ naħat. L-Għargħurin kellhom ukoll il-fama ta'nies ħorox, u dan seta` wassal iktar biex jinħoloq dan il-laqam.

Il-Ħamrun[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Ħamruniżi huma magħrufa bħala tas-sikkina minħabba li huma meqjusa bħala nies ġellidin.

Tas-Sliema[immodifika | immodifika s-sors]

Tax-Xelin u Tal-pepè huma żewġ laqmijiet tas-Slimiżi. L-ewwel wiehed gej mill-fatt li meta tas-Sliema kienet taht l-Inglizi, dawn kienu jharsu l-isfel lejn il-Maltin kollha inkluzi is-Slimizi, u biex juru superjorita, kienu jistidnuwhom imorru l-knisja u hemm kienu jghatuhom "hobza u xelin" biex jitrejjqu. It-tieni wieħed ġej mill-fatt li n-nies ta' Tas-Sliema kienu meqjusa bħala ta' klassi għolja u li jħobbu jitfgħu ħafna kliem bl-Ingliż. B'hekk b'pepè jkunu jridu juru ċertu snobbiżmu. Hemm min jgħid li l-kelma pepè ġejja mill-fatt li s-Slimiżi kienu jsejjħu lil missierhom papà b'ċertu tgħawwiġ tal-ilsien minflok missier, jew kif kienu jsejjħulu n-nies t'irħula oħra. B'hekk ħadu l-laqam tal-papà li bit-tgħawwiġ tal-ilsien inbidel f'pepè.

L-Imsida[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Misidjani huma msejjħa Tal-Ħama. Meta tinżel ħafna xita l-Imsida kien (u f'xi postijiet għadu) jsofri minn għargħar. Għalhekk, mal-ilma li kien jinżel l-Imsida u jgħerreq il-post, kien jinżel ħafna ħama.

Birkirkara[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Karkariżi huma magħrufa bħala ta' sormhom ċatt. Ma hemm ebda referenza ufficjali li tindika minfejn gej dan il-laqam izda hafna isostnu li il-karkarizi setghu kienu assocjati ma nies ghazzenin, li dejjem bilqegheda. Hemm storja li tghid li darba il-Karkarizi kienu qedin itellghu il-qampiena l-kbira tal-Parrocca ta' Santa Elena, inqata' l-habel u kulhadd mar ghal sormu.....

Ħal-Qormi[immodifika | immodifika s-sors]

Sa nofsinhar irġiel. Dan hu l-laqam marbut mal-Qriema. Hemm bosta tifsiriet għal dan. Xi wħud jgħidu li dan il-laqam ġej għax il-Qriema kienu jħobbu l-qatra wara l-ikel u għalhekk wara ma jibqgħux daqshekk f'tagħhom. Tifsira oħra hija li minħabba li Ħal-Qormi huwa magħruf għall-furnara tiegħu, dawn peress li jgħaddu l-lejl jagħmlu l-ħobż, wara nofsinhar kienu jmorru jistrieħu. Tifsira oħra, mhux daqshekk popolari hija li l-arloġġ tal-knisja kien waqaf fuq nofsinhar u ma baqax jaħdem u b'hekk ingħatalhom dan il-laqam.

Birżebbuġa[immodifika | immodifika s-sors]

In-nies ta' Birżebbuġa jsibuhom bħala Ta' Wara l-Muntanji għaliex ir-raħal ta' Birżebbuġa jinsab fin-nofsinhar nett ta' Malta f'ħalq il-ħuta maqtugħ minn irħula oħrajn.

Valletta[immodifika | immodifika s-sors]

Tal-Iljun. Il-Beltin maghrufin ta l-iljun minhabba li l-arma tal-belt kapitali, li hija mehuda mill-istemma tal-Gran Mastru La Valette. Huma ukoll maghrufin Tal-Palestina, ghaliex huma nies gellieda u passjonali hafna, specjalment ghal Belt taghhom.