Għajn Tuffieħa
Ir-Ramla ta' Għajn Tuffieħa[1] (jew sempliċiment Għajn Tuffieħa, u magħrufa ma' xi wħud bħala 'r-Riviera' jew 'ir-Riviera Martinique', għalkemm dan huwa isem mhux korrett) hija bajja bir-ramel ħamrani li tinsab fil-limiti tal-Imġarr, Malta. Il-bajja tinsab 345 metru fin-Nofsinhar tar-Ramla tal-Mixquqa (magħrufa wkoll bl-isem 'Golden Bay'). Normalment bħala bajja tkun iktar kwieta mill-Mixquqa u spiss iżuruha kemm il-Maltin kif ukoll it-turisti.[2] Sabiex wieħed jasal f'din il-bajja, irid jinżel 187 tarġa.[3][4]
Fuq l-irdumijiet fil-Punent tar-Ramla ta' Għajn Tuffieħa hemm torri antik tad-difiża li nbena fl-1637, imsejjaħ 'it-Torri ta' Għajn Tuffieħa'.[5][6][7] Dan huwa wieħed mis-seba' torrijiet li nbnew mill-Gran Mastru Giovanni Paolo Lascaris tal-Kavallieri ta' San Ġwann.[8]
Fit-tarf tax-xellug ta' din il-bajja hemm 'Ras il-Qarraba', ilsien ta' art ħiereġ 'il barra għal ġol-baħar.[1] [9]
Skont l-istudjuz Godfrey Wettinger, it-tifsira tal-isem 'Għajn Tuffieħa' mhijiex ċara. Fl-artiklu 'Stramberiji fl-ismijiet ta' l-inħawi Maltin' tar-rivista 'L-Imnara', Wettinger jikteb li "tista' tkun l-għajn qrib is-siġra tat-tuffieħ" imma jżid ukoll li l-isem 'Tuffieħa' kien sikwit jingħata "bħala isem ta' persuna".[10]
Kif wieħed jinżel it-taraġ tar-Ramla ta' Għajn Tuffieħa, lejn il-lemin, wieħed jista' jsib ristorant.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b Camilleri, Alex. "Il-Mellieħa u Madwarha (II)".
- ^ "Ghajn Tuffieha Bay Malta | Everything You Need To Know". Malta Info Guide. Miġbur 2022-04-10.
- ^ "Organisation Information". Visit Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-10.
- ^ "Discover Għajn Tuffieħa (Riviera) The Ultimate Guide" (bl-Ingliż). 2020-05-15. Miġbur 2022-04-10.
- ^ "Day 5 in Malta - Ghajn Tuffieha bay" (bl-Ingliż). 2017-09-03. Miġbur 2022-04-10.
- ^ "Għajn Tuffieħa Bay | Malta Attractions". Lonely Planet (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-10.
- ^ miklem (2019-02-25). "Il-Mellieħa u Madwarha (II)". Il-Miklem (bl-Ingliż). Miġbur 2022-10-27.
- ^ "Għajn Tuffieħa: Malta's most beautiful beach". MaltaUncovered.com (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-10.
- ^ "Glossarju ta' termini ġeografiċi użati fis-sensiela tal-kotba Id-Dinja Darna niskopru l-ambjent ġeografiku ta' madwarna" (PDF).
- ^ Wettinger, Godfrey (2008). "Stramberiji fl-ismijiet ta' l-inħawi Maltin" (PDF) (bil-Malti).