Aqbeż għall-kontentut

Giuseppe Calì

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Giuseppe Calì
Ħajja
Twelid Valletta, 14 Awwissu 1846
Nazzjonalità Kolonja ta' Malta
Mewt Valletta, 1 Marzu 1930
Post tad-dfin Ċimiterju tal-Addolorata
Edukazzjoni
Alma mater Accademia di Belle Arti di Napoli (en) Translate
Lingwi Malti
Għalliema Giuseppe Mancinelli (en) Translate
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni pittur
disinjatur tal-bolol tal-posta

Giuseppe Calì (twieled il-Belt Valletta fl-14 ta' Awwissu 1846 - miet fil-Belt Valletta fl-1 ta' Marzu 1930) kien pittur Malti ta' nisel Naplitan ta' bejn is-sekli 19 u 20, li pitter ħafna pitturi reliġjużi fil-knejjes ta' Malta u Għawdex.

Giuseppe kien iben Raffaele, xenografu fit-Teatru Rjal[1], u Giovanna Padiglione li kienet mezzosopran.[2] Il-ġenituri tiegħu kienu t-tnejn Naplitani. Ġie mgħammed fil-Knisja ta' Portu Salvu l-Belt Valletta. Fost familtu kien hemm ukoll żewġ artisti li setgħu wasslu sabiex Calì jrawwem fih imħabba lejn l-arti. Fl-1871 iżżewweġ lil Perennia Pace, mill-Isla, u kellu għaxart itfal, fosthom Ramiro Calì li kien ukoll pittur.

Sa minn età żgħira, Calì kien wera potenzjal u talent kbir. Ta' sbatax-il sena mar jistudja l-arti taħt in-Neoklassiku Giuseppe Mancinelli fl-Accademia delle Belle Arti f'Napli.

L-akbar xogħlijiet tiegħu li għadhom meqjusa bħala fost l-aqwa kapulavuri tiegħu huma Il-Mewt ta' Dragut (1867) fil-Mużew tal-Arti[3], il-Belt Valletta, u dik ta' San Ġlormu (1881) li tinstab fil-Knisja tas-Sacro Cuor f'Tas-Sliema.[4]

Ritratt ta' Giuseppe Calì mpinġi mill-istudent tiegħu Edward Caruana Dingli

Calì kien għamel impatt immedjat fuq is-soċjetà Maltija ta' dak iż-żmien u ismu kien sar magħruf sew. Kien magħruf għat-tpittir tar-ritratti. Beda jaħdem fuq ħafna xogħol kummissjonat għal tiżjin ta' djar privati, veduti, kif ukoll ritratti ta' suġġetti Maltin. L-ewwel xogħol b'tema reliġjuża ta' Calì kienet il-pittura intitolata Il-Verġni tar-Rużarju li kienet maħduma għall-knisja parrokjali tal-Mosta. Numru kbir ta' knejjes f'Malta jagħtu xhieda tas-sengħa u l-versatilità ta' dan il-pittur prolifiku. Kien ukoll il-fundatur tal-iskola moderna tal-arti Maltija.[5][6]

Il-kapaċità u l-virtwożitá ta' Calì jidhru sew fil-pittura titulari ta' San Duminku għall-knisja parrokjali tal-Belt Valletta ddedikata lill-Madonna ta' Porto Salvo, Il-Profeti; fil-knisja tal-Mosta, ir-ritratti tan-negozjant Agostino Cassar Torregini u l-maġistrat Carbone; It-Tre Rome u Natività fil-parroċċa ta' Ħal Luqa. L-Apoteosi ta' San Franġisk fil-knisja ta' San Franġisk fil-Belt Valletta hija ukoll xhieda tal-virtwożità kbira ta' dan il-pittur. Hemm għajdut li kien magħruf bħala "ix-xitan tal-pinzell", għall-ħeffa u l-kilba li kellu għax-xogħol. Barra li kien pittur, kien ukoll skultur, minjaturista u kif ukoll ritrattista.[7]

Giuseppe Calì miet il-Belt Valletta fl-1 ta' Marzu 1930, fl-eta ta' 84 sena. Huwa ġie kommemorat mir-Repubblika ta' Malta b'sett ta' erba' bolol fl-1996, u b'munita fl-2004.

Uħud mix-xogħlijiet ta' Calì fil-knejjes Maltin

[immodifika | immodifika s-sors]
Il-Mewt ta' Dragut

L-isem ta' Giuseppe Calì hu isem marbut mal-knejjes Maltin. Uħud mix-xogħlijiet tiegħu jinkludu:

Il-Belt Valletta

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Il-Mewt ta' Dragut, ikkunsidrata bħala l-aqwa xogħol tiegħu, fil-Mużew tal-Arti, il-Belt Valletta, 1867.
  • Pittura titulari ta' San Duminku, il-Knisja Parrokkjali ta' Porto Salvo, il-Belt Valletta.
  • Koppla tal-Knisja Parrokkjali ta' Porto Salvo, il-Belt Valletta.
  • Apoteosi ta' San Franġisk, il-Knisja Parrokkjali ta' San Franġisk, il-Belt Valletta.
  • San Lawrenz u San Stiefnu, il-Knisja Parrokkjali ta' San Pawl, il-Belt Valletta.
  • Pitturi fl-apside ewlenija, fl-apside tal-kappella minuri u fil-Kappella ta' San Ġużepp, u fil-Bażilika ta' Sant'Elena.
  • David, Eżekjel, Mosè u Isaija, il-Koppla tal-Knisja Parrokkjali ta' Bormla.
  • Kristu s-Samaritan, il-Knisja Parrokkjali ta' Bormla.
  • Is-Saqaf tal-Knisja Parrokkjali tal-Furjana.
  • Ritratt tal-Kardinal Logue, il-Knisja Parrokkjali tal-Furjana.
In-Natività (Ħal Lija)
  • In-Nativita, il-Koppla tal-Knisja Parrokkjali ta' Ħal Lija.
  • Kristu mdawwar bit-tfal, il-Knisja Parrokkjali ta' Ħal Lija.
  • Is-Salib Imqaddes, il-Knisja Parrokkjali ta' Ħal Lija.
  • Tre Rome u Natività, il-Knisja Parrokkjali ta' Ħal Luqa.
  • Il-Madonna tar-Rużarju, il-Knisja Parrokkjali ta' Ħal Luqa.
  • Santa Katerina, il-Knisja Parrokkjali ta' Ħal Luqa.
  • San Ġorġ fil-Glorja, il-Knisja Parrokkjali ta' San Ġorġ, Ħal Qormi.
  • L-Adorazzjoni tal-Maġi, il-Knisja Parrokkjali ta' Ħal Tarxien.
  • San Franġisk ta' Paola, il-Knisja Parrokkjali ta' Ħal Tarxien.
  • Id-Duluri, il-Knisja Parrokkjali ta' Ħal-Tarxien.
  • Il-Ħarba lejn l-Egittu, il-Knisja Parrokkjali ta' Ħal Tarxien.
  • San Vinċenz Ferreri, il-Knisja Parrokkjali ta' Ħal Tarxien.
Il-Madonna tal-Karmnu (Ħamrun), 1879
  • San Ġużepp u l-Bambin, il-Knisja Parrokkjali tal-Ħamrun.
  • Il-Madonna tal-Karmnu, il-Knisja Parrokkjali tal-Ħamrun.
  • Il-Madonna tad-Duttrina, il-Knisja Parrokkjali tal-Ħamrun.
  • Il-Martirju ta' San Dimitri, il-Bażilika tal-Isla.
  • Ir-Ragħaj it-Tajjeb, il-Kappella Anglikana, Bighi.
  • San Ġużepp Patrun tal-Knisja Universali, il-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara.
  • San Ġużepp, il-Knisja Parrokkjali ta' Marsaxlokk.
  • San Vinċenz Ferreri, il-Knisja Parrokkjali ta' Marsaxlokk.
  • Il-Madonna tal-Vitorja, il-Pittura Titulari tal-Knisja tal-Mellieħa.
Madonna tal-Isperanza (Mosta)
  • Il-Madonna tar-Rużarju, il-Bażilika tal-Mosta.
  • Il-Mewt ta' Santu Wistin, il-Bażilika tal-Mosta.
  • Il-Madonna tar-Ruzarju, il-Knisja Parrokjali tal-Imqabba.
  • Santa Marija, il-Knisja Arċipretali tal-Qrendi.
  • Pittura titulari ta' San Ġlormu u San Lawrenz, il-Knisja Parrokkjali tas-Sacro Cuor, Tas-Sliema, 1881.
  • Il-Madonna tad-Duttrina, l-Oratorju tal-Knisja Parrokkjali taż-Żurrieq.
  • Il-Qalb Imqaddsa ta' Ġesù, il-Knisja tal-Fontana.
  • Sant'Andrija, il-Knisja l-Qadima ta' Għajnsielem.
  • Il-Familja Mqaddsa, il-Bażilika ta' San Ġorġ, ir-Rabat.
  • Il-Glorja ta' San Lawrenz, il-Knisja Parrokkjali ta' San Lawrenz, San Lawrenz (Għawdex), 1889.

Uħud mix-xogħlijiet ta' Calì f'kollezzjonijiet privati u postijiet oħra

[immodifika | immodifika s-sors]
Edeline Sackville, Lady Strickland
  • 1906, Il-Pjagi ta' San Franġisk, għand id-dixxendenti ta' Ġużeppi Cauchi.
  • għall-ħabta tal-1912, Ciclo, affreski, fil-Palazz Verdala, is-Siġġiewi.
  • L-Erba' Staġuni, fid-daħla tal-Alhambra, f'Rudolph Street, Tas-Sliema.
  • Ritratt tal-merkant Agostino Cassar Torregiani.
  • Ritratt tal-Maġistrat Carbone.
  • Ritratt tal-Prim Imħallef Sir Adrian Dingli.
  • Ritratt tar-Rettur tal-Università Napuljun Tagliaferro.
  • Ritratt tal-Papa Piju IX.
  • Ritratt tal-Maġistrat Paolo Debono.
  • Ritratt tal-Konti u l-Kontessa Messina.
  • Ritratt ta' Lord u Lady Strickland.
  • Ritratt tal-Kardinal Lavigerie.
  • Ritratt tal-Gvernatur Richard More O'Ferrall, il-Kamra tal-Kummerċ, il-Belt Valletta.
  • Ritratt tal-Markiż Emmanuel Scicluna, il-Kamra tal-Kummerċ, il-Belt Valletta.
  • Ritratt ta' Giovanni Battista Schembri, il-Kamra tal-Kummerċ, il-Belt Valletta.
  • Ritratt ta' Achille Camilleri, il-Kamra tal-Kummerċ, il-Belt Valletta.
  • Ritratt ta' Edward V. Ferro, il-Kamra tal-Kummerċ, il-Belt Valletta.
  • Ritratt ta' Sir Victor Houlton, is-Segretarju Ewlieni tal-Gvern, il-Palazz Sant'Anton, Ħ'Attard.

Biblijografija

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Fiorentino, Emmanuel; Grasso, Louis A. (1991). Giuseppe Calì: 1846-1930 (bl-Ingliż). Said International. ISBN 978-1871684858.
  • Dominic Cutajar, "The 19th Cent. Realism of Giuseppe Calì (1846-1930) - an artistic sway that lasted 50 years", in: Giuseppe Calì, edit. Edwin A. Camilleri, Malta, 1991.
  • E. Fiorentino, "Maltese art astride two centuries (1860-1921)" in V. Malta Milanes 9ed., The British Colonial Experience 1800-1964, pub, Mireva Publications, Malta, 1988, pp. 263-265.
  • R. Bonnici Calì, Giuseppe Calì Centenary Exhibition 1846-1946, Malta, 1946, p. 18.
  • P. Ilario Dimech OFM, Le Pitture di Giuseppe Calì nelle Chiese dei Frati Minori Conventuali a Malta, Malta, 1940, pp. 27-30.
  1. ^ Cutajar, Dominic. "Giuseppe Calì". Ċitazzjoni journal għandha bżonn |journal= (għajnuna)
  2. ^ "Għajnsielem". www.ghajnsielem.com. Miġbur 2022-08-21.
  3. ^ Reporter, Staff (2021-11-19). "Giuseppe Calì's artistic evolution explored in Heritage Malta masterclass" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-21.
  4. ^ "We Connect by FIDEM Charity Foundation - Giuseppe Calì's Private Works – The Man and Artist". We Connect by FIDEM Charity Foundation (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-21.
  5. ^ "PressReader.com - Your favorite newspapers and magazines". web.archive.org. 2021-04-29. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-04-29. Miġbur 2022-08-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  6. ^ "Distinguished Maltese personalities series - Giuseppe Calì (1846-1930) - Central Bank of Malta". web.archive.org. 2016-12-23. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-12-23. Miġbur 2022-08-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  7. ^ "Cali-Galizia Gem threatenedWho is able and willing to preserve this piece of Maltese heritage from being lost? asks Mary Attard - The Malta Independent". web.archive.org. 2017-05-28. Arkivjat mill-oriġinal fl-2017-05-28. Miġbur 2022-08-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]