Palazz Verdala
Pajjiż | Malta |
---|---|
Entità amministrattiva territorjali fejn tinstab | Dingli, Siġġiewi |
Koordinati | 35°51′42″N 14°24′2″E |
Propjetarju | Gvern ta' Malta |
Arkitett | Ġlormu Cassar |
Stil arkitettoniku | arkitettura rinaxximentali |
Il-Palazz Verdala huwa palazz fil-Buskett, limiti tas-Siġġiewi, Malta. Huwa nbena bi żvilupp fuq loġġa tal-kaċċa fl-1586 matul ir-renju tal-Gran Mastru Hugues Loubenx de Verdalle, u issa sservi bħala r-residenza uffiċjali tas-sajf tal-President ta' Malta.
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]Is-sit tal-Palazz Verdala kien oriġinarjament okkupat minn kamra tal-kaċċa, li nbniet fis-snin 1550 jew 1560 matul ir-renju tal-Gran Mastru Jean Parisot de la Valette. Il-loġġa nbniet fil-Boschetto, żona kbira magħrufa aħjar bħala l-Buskett, li kienet tintuża mill-kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann primarjament għall-kaċċa tat-tjur. Il-loġġa tal-kaċċa ġiet estiża f'palazz fl-1586, matul ir-renju ta ' Hugues Loubenx de Verdalle.[1] Il-palazz kien imżejjen aktar fis-sekli 17 u 18, matul ir-renji ta’ Giovanni Paolo Lascaris u António Manoel de Vilhena.
Matul l-imblokk Franċiż tal-1798–1800, il-palazz serva bħala ħabs militari għas-suldati Franċiżi maqbuda mill-Maltin jew l-Ingliżi. Matul il-ħakma Brittanika, inbidel f'fabbrika tal-ħarir, iżda din eventwalment ġiet abbandunata u l-binja waqgħet fi stat ta’ abbandun. Saru xi tiswijiet matul il-gvernatur ta' Frederick Cavendish Ponsonby, u l-palazz ġie restawrat kompletament mill-Gvernatur Sir William Reid fl-1850ijiat. Għal xi żmien qabel ma sar dan ir-restawr serva ukoll bħala sptar temporanju bejn l-1915 u l-1916.[2] Sussegwentement il-palazz sar ir-residenza uffiċjali tas-sajf tal-Gvernaturi ta' Malta. Il-binja ġiet inkluża fil-Lista tal-Antikitajiet tal-1925.[3] Meta faqqgħet it-Tieni Gwerra Dinjija fl-1939, xogħlijiet tal-arti mill-Mużew Nazzjonali ġew maħżuna f'dan il-palazz, bogħod mill-ibliet li fuqhom kien hemm il-ħbit mill-ajru.
Il-palazz ġie restawrat mill-ġdid fl-1982 u kompla jintuża biex jospita kapijiet ta’ stat waqt iż-żjarat uffiċjali tagħhom.
Dawn huma uħud mill-mistednin distinti li laqa' l-palazz matul is-snin:
- Edward VII u Alexandra tad-Danimarka, Re u Reġina tar-Renju Unit
- Maria Feodorovna, Imperatriċi tar-Russja (1909)
- George V u Mary ta' Teck, Re u Reġina tar-Renju Unit (1912)
- George VI, Re tar-Renju Unit (1913 u 1943)
- Wilhelm II, Imperatur tal-Ġermanja (1919)
- Muammar Gaddafi, dittatur Libjan
- Josip Broz Tito, President tal-Jugoslavja
- Nicolae Ceaușescu, President tar-Rumanija
- Giovanni Leone, President tal-Italja
Fl-1987, il-Palazz Verdala beda' jintuża bħala r-residenza tas-sajf tal-President ta’ Malta, u ġeneralment huwa magħluq għall-pubbliku ħlief għall-Ballu tal-Qamar ta’ Awwissu li jsir kull sena b’risq il-Malta Community Chest Fund.[4]
Arkitettura
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Palazz Verdala kien iddisinjat minn Girolamo Cassar, perit Malti magħruf l-aktar għad-disinn ta' ħafna bini fil-kapitali Valletta.[5] Il-palazz huwa eżempju ta' arkitettura Rinaxximentali, u d-disinn tiegħu huwa possibbilment influwenzat minn Villa Farnese f'Caprarola.[6]
Il-bini mibni fuq pjanta rettangolari, b'turretti pentagonali f'kull kantuniera. Il-bini innifsu għandu żewġ sulari, filwaqt li t-turretti tal-kantunieri huma għoljin madwar ħames sulari. L-istruttura kollha hija mdawra wkoll b'foss imħaffer fil-ġebel. Għalkemm it-turretti u l-foss jagħtu lill-palazz id-dehra ta’ forti minn barra, dan l-aspett huwa prinċipalment simboliku, u l-palazz qatt ma kien maħsub biex jiflaħ għal xi attakk. Minkejja dan, il-palazz xorta kien armat b’erba’ bċejjeċ ta’ artillerija fuq il-bejt.[7] L-intern tal-palazz huwa mżejjen sew, b’affreski ma' xi wħud mis-soqfa.[8]
Kappella, stalel u kwartieri tal-qaddejja jinsabu viċin il-palazz.[9]
Storja ta' fatat
[immodifika | immodifika s-sors]Fil-Palazz Verdala allegatament tidher is-"Sinjura l-Kaħla", li kienet neputija tal-Gran Mastru de Rohan.[10] Suppost kellha tiżżewweġ lil wieħed raġel li ma għoġbithiex, u għax ma riditx tiżżewwġu, l-uniku mod biex taħrab lill-għarus ħasset li kien s-suwiċidju. Allura hija qabżet mill-gallarija fil-kamra tas-sodda tagħha u mietet. Allegatament, il-fatat tagħha jidher il-palazz, liebes l-istess libsa blu li libset meta mietet; il-libsa tat-tieġ tagħha.[11]
Gallerija
[immodifika | immodifika s-sors]-
Veduta tal-Palazz Verdala mill-Buskett
-
Il-kanċell ta' barra tal-Palazz Verdala
-
Is-saqaf tal-kamra tal-pranzu
-
Affreski fil-palazz
-
Bolla tal-1938 li turi l-Palazz Verdala
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Buskett Gardens - The only extensive woodland on the Maltese Islands". Malta Bulb. Arkivjat minn l-oriġinal fl-18 May 2015. Miġbur 11 May 2015.
- ^ "Military Hospitals in Malta during the Great War".
- ^ "Protection of Antiquities Regulations 21st November, 1932 Government Notice 402 of 1932, as Amended by Government Notices 127 of 1935 and 338 of 1939". Malta Environment and Planning Authority. Arkivjat mill-orġinal fl-19 April 2016. Miġbur 10 February 2016.
- ^ "Il-Palazz Verdala". president.gov.mt (bil-Malti). Arkivjat minn l-oriġinal fl-13 April 2015.
- ^ Progetti Importanti mill-Kavallieri. Retrieved on 12 October 2016.
- ^ Spiteri, Stephen C. (2013). "In Defence of the Coast (I) - The Bastioned Towers". Arx - International Journal of Military Architecture and Fortification (bl-Ingliż). 3: 72–77.
- ^ Graham, Jimmy (27 September 2014). "Verdala Palace". Le Crac. Miġbur 11 May 2015.
- ^ "Verdala Palace". Dingli Local Council. Arkivjat minn l-oriġinal fl-11 January 2015. Miġbur 11 May 2015.
- ^ "Verdala Palace - Virtual Tour". maltain360.com. Arkivjat minn l-oriġinal fl-11 August 2016. Miġbur 11 May 2015.
- ^ miklem (2021-01-04). "L-erwieħ, l-ispirti u l-ħares fil-folklor Malti". Il-Miklem (bl-Ingliż). Miġbur 2023-07-20.
- ^ "Malta's most haunted". Times of Malta. 16 March 2009. Miġbur 24 June 2015.