Aqbeż għall-kontentut

Edward Caruana Dingli

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Edward Caruana Dingli
Ħajja
Twelid Valletta, 1876
Nazzjonalità Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda
Renju Unit
Kolonja ta' Malta
Mewt 9 Mejju 1950
Post tad-dfin Ċimiterju tal-Addolorata
Edukazzjoni
Lingwi Malti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni pittur

Edward Caruana Dingli (twieled fl-10 ta' Awwissu 1876 – miet fid-9 ta' Mejju 1950) kien pittur Malti.[1]

Il-ġenituri tiegħu kienu Raphael Caruana Dingli u Martha Caruana Dingli. Huwa segwa lil missieru permezz ta' karriera mas-servizzi ċivili, fejn ġie kkummissjonat lill-Royal Malta Regiment of Militia, u wara ġie ttrasferit għall-Artillerija Rjali ta' Malta.[2] Huwa telaq mis-servizz militari fl-1913 u sar artist full-time fl-età ta' 37.[3] Peress li twieled fi ħdan familja artistika u kien konness sew mal-Maltese Elite kif ukoll mal-gvern Brittaniku f'Malta, Caruana Dingli sab xogħol bħala artist permezz tal-konnessjonijiet ta' familtu max-xena artistika f'Malta kif ukoll mal-klassi politika tal-pajjiż.[4]

Xogħol Caruana Dingli jħaddan pitturi biż-żejt tan-nies. Is-suġġetti prinċipali tiegħu kienu figuri Maltin ewlenin, fosthom il-politiki, kleriki u prelati. Min-naħa l-oħra, Caruana Dingli pitter ukoll xogħlijiet folkloristiċi bil-watercolour u l-gouache li jixhdu l-pajsaġġ Malti ul-kampanja Maltija, kif ukoll xeni lokali tat-triq bil-merkanti, bdiewa, u tfal jilagħbu logħob tradizzjonali Malti. Xogħlu jista' jinstab f'numru ta' kollezzjonijiet bħall-Casino Maltese u l-Mużew Nazzjonali tal-Arti, illum il-ġurnata magħrufa bħala MUŻA, fil-Berġa tal-Italja. Giuseppe Calì, li kien il-mentur tiegħu kif ukoll ħabib mill-qrib, ħeġġeġ lil Caruana Dingli jiffoka xogħlu fuq ir-realiżmu filwaqt li jżomm fihom idealiżmu romantiku.[5][6]

  1. ^ Caruana Dingli, Gordon (2018-05-25). "Edward Caruana Dingli". Geni (bl-Ingliż).
  2. ^ "Major Raphael Caruana Dingli". Geni (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-07.
  3. ^ "Edward Caruana Dingli (1876-1950) - Portraits, Views and Folkloristic Scenes". Fondazzjoni Patrimonju Malti. 2016-11-16. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-11-16. Miġbur 2021-08-07.
  4. ^ "A Maltese artistic great: Edward Caruana Dingli exhibition" (bl-Ingliż). Malta InsideOut. 2010-04-16. Miġbur 2021-08-07.
  5. ^ "Caruana Dingli paintings under the hammer" (bl-Ingliż). Times of Malta. Miġbur 2021-08-07.
  6. ^ Sammut, Joe. "Edward Caruana Dingli (1876 – 1950)" (bl-Ingliż). Belgravia. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-08-07. Miġbur 2021-08-07.