Ħad-Dingli

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Dingli)
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Ħad-Dingli
Emblema

Mottu: Non Segnis Quies Ruris
(Is-Skiet tar-Raba Mhux Għażżien)

Isem uffiċjali: Kunsill Lokali ta' Ħad-Dingli
Stat: Malta Malta
Isem tal-abitanti: Dingli (m), Dinglija (f), Dinglin (pl)

Mappa

Latitudni: 35°51' N
Lonġitudni: 14′22' E
Erja: 5.7km²
Popolazzjoni:
 – Total:
 – Densità:

3,347
690/km2
Konfini: Rabat, Ħal Għaxaq, Marsaskala, Żejtun
Sindku: Ian Borġ (PL)
Qaddis patrun:
 – Ġurnata:
Santa Marija
Il-ewwel Ħadd wara l-15 ta' Awissu
Sit elettroniku: Sit Uffiċjali

Koordinati: 35°51′37″N 14°22′53″E / 35.86028°N 14.38139°E / 35.86028; 14.38139 Ħad-Dingli huwa raħal żgħir fil-punent ta' Malta, jinsab eżattament bejn il-lokalitajiet tas-Siġġiewi u r-Rabat. Dan ir-raħal jinsab fl-ogħla parti ta' Malta, bl-ogħla parti tiegħu hi dik Ta' Dmejrk.

Dan ir-raħal ilu parroċċa minn qabel l-1463, fil-fatt huwa wieħed mill-eqdem irħula f'Malta li kellhom il-parroċċa tagħhom. Imma qabel il-parroċċa kienet taħt l-isem ta' Ħal-Tartarni. Illum il-ġurnata l-knisja parrokkjali ta' Ħad-Dingli hija ddedikata lil Marija Assunta, jew aħjar lil Santa Marija, u l-festa f'ġieh din il-patruna ssir Ħadd wara l-15 ta' Awissu.

Dan ir-raħal l-iżjed li hu magħruf għal l-Irdum li għandu jħarsu lejn il-baħar u lejn il-gżira żgħira ta' Filfla. Fil-konfini ta' Ħad-Dingli nsibu wkoll il-ġonna kbar tal-Buskett.