Aqbeż għall-kontentut

Tazza tal-Konfederazzjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Tazza tal-Konfederazzjonijiet
Staġun jew kompetizzjoni attwali:
Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2013
Sport Futbol
Fundazzjoni 1992
Nru. ta' timijiet 8
Reġjun Internazzjonali (FIFA)
Ċampjin attwali  Brażil
L-aktar rebħiet  Brażil (3 titli)
Sit elettroniku fifa.com

It-Tazza tal-Konfederazzjonijiet hija kompetizzjoni internazzjonali tal-futbol għat-timijiet nazzjonali, li ssir kull erba' snin mill-FIFA. Dan it-turnew jinvolvi lir-rebbieħa individwali tal-kampjonati tas-sitt konfederazzjonijiet tal-FIFA (CAF, CONMEBOL, UEFA, AFC, OFC, CONCACAF) flimkien mar-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja u l-pajjiż ospitu, biex iġib in-numru ta' parteċipanti għal tmienja.

L-ewwel Tazza tal-Konfederazzjonijiet (li kienet għadha ma tissejaħx hekk) saret fl-1992 ġewwa l-Arabja Sawdija, u dan l-istess pajjiż ospita ż-żewġ edizzjonijiet suċċessivi tal-1995 u l-1997. L-ewwel edizzjoni rat lill-Arġentina terfa' l-"King Fahd Cup", f'isem ir-Re u l-Prim Ministru tal-Arabja Sawdija li kien beda dan it-turnew, quddiem tliet avversarji oħra li kienu l-Istati Uniti, il-Kosta tal-Avorju u l-Arabja Sawdija. Fl-1995 in-numru ta' parteċipanti ġie estiż għal sitt f'żewġ gruppi ta' tlieta. Ir-rebbieħa kienet id-Danimarka b'rebħa sorpriża fil-finali kontra l-Arġentina bl-iskor ta' 2–0.

Fl-1997 il-FIFA organizzat direttament dan it-turnew u n-numru ta' parteċipanti kiber għal tmienja. Il-Brażil ta' Romario rebħet din l-edizzjoni b'rebħa ta' 6–0 fuq is-sorpriża tal-kampjonat, l-Awstralja. L-edizzjoni tal-1999 rat it-trijonf tal-ospiti tal-Messiku; suċċess li kellu aktar importanza wara r-rebħa ta' 4–3 fil-finali kontra l-finalisti telliefa tat-Tazza tad-Dinja preċedenti, il-Brażil, li kienu għadhom iżommu t-titlu ta' din il-kompetizzjoni f'idejhom. L-edizzjoni tal-2001 saret fil-Korea t'Isfel u l-Ġappun u serviet ta' prova ġenerali għall-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja tas-sena suċċessiva organnizzata mill-istess żewġ pajjiż. Franza ħarġu rebbieħa fuq il-finalisti Ażjatiċi tal-Ġappun bl-iskor ta' 1–0.

Fl-2003 it-turnew sar fi Franza, u kienu huma stess li baqgħu jżommu dan it-titlu; din id-darba l-vittma fil-finali kien il-Kamerun. Din l-edizzjoni tibqa' mfakkra għat-telfa traġika tal-Kameruniż Marc Viven Foe, waqt il-partita tas-semifinali bejn il-Kolombja u l-Kamerun; fis-73 tal-partita, il-midfilder waqa' mal-art wara li tilef sensieh. Minkejja t-tentattivi kollha mit-tobba u l-assistenti mediċi, il-plejer miet siegħa wara.

Sa issa, l-aħħar edizzjoni tal-2005, ġiet ospitat fil-Ġermanja, il-pajjiż li ospita fis-sena ta' wara t-Tazza tad-Dinja. Il-Brażiljani reġgħu ħarġu rebbieħa, din id-darba bl-iskor ta' 4–1 fuq ir-rivali eterni tal-Arġentina. Protagonista ta' din l-edizzjoni kien Adriano, li spiċċa l-aqwa skorer b'ħames gowls.

King Fahd Cup

[immodifika | immodifika s-sors]
Sena Ospitu Finali Partita għat-tielet post
Rebbieħ Riżultat Finalista tellief It-tielet post Riżultat Ir-raba' post
1992[1]
Dettalji
Bandiera tal-Arabja Sawdija Arabja Sawdija
Arġentina
3–1
Arabja Sawdija

Stati Uniti
5–2
Kosta tal-Avorju
1995[1]
Dettalji
Bandiera tal-Arabja Sawdija Arabja Sawdija
Danimarka
2–0
Arġentina

Messiku
1–1
(5–4 pen)

Niġerja

Tazza tal-Konfederazzjonijiet

[immodifika | immodifika s-sors]
Sena Ospitu Finali Partita għat-tielet post
Rebbieħ Riżultat Finalista tellief It-tielet post Riżultat Ir-raba' post
1997
Dettalji
Bandiera tal-Arabja Sawdija Arabja Sawdija
Brażil
6–0
Awstralja

Repubblika Ċeka
1–0
Urugwaj
1999
Dettalji
Bandiera tal-Messiku Messiku
Messiku
4–3
Brażil

Stati Uniti
2–0
Arabja Sawdija
2001
Dettalji
Bandiera tal-Korea t'Isfel Korea t'Isfel
Bandiera tal-Ġappun Ġappun

Franza
1–0
Ġappun

Awstralja
1–0
Brażil
2003
Dettalji
Bandiera ta' Franza Franza
Franza
1–0
(gowl tad-deheb)

Kamerun

Turkija
2–1
Kolombja
2005
Dettalji
Bandiera tal-Ġermanja Ġermanja
Brażil
4–1
Arġentina

Ġermanja
4–3
(ħb)

Messiku
2009
Dettalji
Bandiera tal-Afrika t'Isfel Afrika t'Isfel
Brażil
3–2
Stati Uniti

Spanja
3–2
(ħb)

Afrika t'Isfel

Timijiet nazzjonali ta' suċċess

[immodifika | immodifika s-sors]
Tim Titli Finalista tellief
 Brażil 3 (1997, 2005, 2009) 1 (1999)
 Franza 2 (2001, 2003*) -
 Arġentina 1 (1992) 2 (1995, 2005)
 Danimarka 1 (1995)
 Messiku 1 (1999*)
 Awstralja - 1 (1997)
 Kamerun - 1 (2003)
 Ġappun - 1 (2001*)
 Arabja Sawdija - 1 (1992*)
 Stati Uniti - 1 (2009)
*: ospiti

L-aqwa skorers

[immodifika | immodifika s-sors]
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Lista tal-iskorers fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet.
Poż. Plejer Gowls Dettall
1 Messiku Cuauhtémoc Blanco 9 3 fl-1997 u 6 fl-1999
Brażil Ronaldinho 9 6 fl-1999 u 3 fl-2005
3 Brażil Adriano 7 2 fl-2003 u 5 fl-2005
Brażil Romário 7 7 fl-1997
5 Arabja Sawdija Marzouk Al-Otaibi 6 6 fl-1999

Parteċipazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]
Tim Arabja Sawdija
1992
Arabja Sawdija
1995
Arabja Sawdija
1997
Messiku
1999
Korea t'Isfel
Ġappun
2001
Franza
2003
Ġermanja
2005
Afrika t'Isfel
2009
Total
 Brażil - - R F 4 1R R R 6
 Messiku - 3 1R R 1R - 4 - 5
 Ġappun - 1R - - F 1R 1R - 4
 Arabja Sawdija F 1R 1R 4 - - - - 4
 Stati Uniti 3 - - 3 - 1R - F 4
 Arġentina R F - - - - F - 3
 Awstralja - - F - 3 - 1R - 3
 New Zealand - - - 1R - 1R - 1R 3
 Kamerun - - - - 1R F - - 2
 Eġittu - - - 1R - - - 1R 2
 Franza - - - - R R - - 2
 Ġermanja - - - 1R - - 3 - 2
 Afrika t'Isfel - - 1R - - - - 4 2
 Bolivja - - - 1R - - - - 1
 Kanada - - - - 1R - - - 1
 Kolombja - - - - - 4 - - 1
 Kosta tal-Avorju 4 - - - - - - - 1
 Repubblika Ċeka - - 3 - - - - - 1
 Danimarka - R - - - - - - 1
 Greċja - - - - - - 1R - 1
 Iraq - - - - - - - 1R 1
 Italja - - - - - - - 1R 1
 Korea t'Isfel - - - - 1R - - - 1
 Niġerja - 4 - - - - - - 1
 Spanja - - - - - - - 3 1
 Tuneżija - - - - - - 1R - 1
 Turkija - - - - - 3 - - 1
 Emirati Għarab Magħquda - - 1R - - - - - 1
 Urugwaj - - 4 - - - - - 1
  • 1R: Eliminat fl-Ewwel Rawnd
  • F: Finalist
  • R: Rebbieħ
  1. ^ a b L-ewwel żewġ edizzjonijiet kienu fil-fatt taħt l-isem King Fahd Cup. Il-FIFA irrikonoxxiet dawn l-edizzzjonijiet bħala Tazez tal-Konfederazzjoni. Ara http://www.fifa.com/tournaments/archive/tournament=101/awards/.