Aqbeż għall-kontentut

Storja ta' Chelsea FC

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Artiklu prinċipali: Chelsea FC.

Din il-paġna tittrata dwar l-istorja ta' Chelsea Football Club mill-1905 sal-ġurnata tal-lum.

Oriġini u fundazzjoni fl-1905

[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-1896, Henry Augustus Mears, negozjant appassjonat tal-futbol, kiseb flimkien ma' ħuh Joseph Mears il-kampi tal-atletika ta' Stamford Bridge f'Fulham, fil-punent ta' Londra, bil-għan li jorganizza partiti tal-futbol tal-aqwa livell. Kellhom jistennew sal-1904 biex jakkwsitaw il-propjetà, però l-aħwa ma rnexxielhomx jikkonvinċu lil Fulham Football Club biex jaddottaw il-grawnd ta' Stamford Bridge bħala l-grawnd fejn jintlagħbu l-partiti interni tal-klabb, għalhekk kienu qed jaħsbu biex ibigħuh lil kumpanija tal-ferroviji. M'hemmx storja li tikkonferma x'ġara u skont leġġenda din tgħid li Mears kien kważi se jbigħ lill-klabb, u kien ippersawdit mill-kollega tiegħu Fred Parker biex ma jbigħux, meta l-kelb tiegħu gidmu fuq saqajh. Parker ħa l-inċident fi spirtu tajjeb kif ukoll Mears, u mpresjonat b'dan, iddeċieda li jieħu l-parir tal-kollega tiegħu u ffonda klabb ġdid li jilgħab fi Stamford Bridge.

Snin tal-bidu

[immodifika | immodifika s-sors]
It-tim ta' Chelsea fl-1905

Il-Chelsea FC kien fondat fil-14 ta' Marzu 1905 fil-pub The Rising Sun, faċċata tad-daħla attwali tal-grawnd ta' Fulham FC, il-Craven Cottage. L-għażla tal-isem waqgħet fuq Royal Borough of Kensington and Chelsea, wara li ismijiet oħra bħal London FC, Kensington FC u Stamford Bridge FC kienu ġew rifjutati. Għall-ewwel kien rifjutat l-ingress fis-Southern League wara objezzjonijiet min-naħa ta' Fulham u Tottenham Hotspur. Il-kandidatura ġiet approvata fid-29 ta' Mejju 1905. Chelsea allura kien ammess għall-Football League.

Mears adotta flokkijiet ta' kulur blu, xorts bojod u kalzetti blu skuri. L-ewwel logħba tal-kampjonat kienet kontra Stockport County fit-2 ta' Settembru 1905 barra minn darhom, fejn kien tilfu 1–0. L-ewwel logħba ġewwa darhom kienet logħba ta' ħbiberija kontra Liverpool u spiċċat b'rebħa ta' 4–0.

Bħala l-ewwel plejer-kowċ tal-iskwadra kien ingaġġat l-Iskoċċiż John Tait Roberston. It-tim kien kompost minn plejers parti minn timijeit oħra, bħall-gowlkiper William "Fatty" Foulke, rebbieħ tal-FA Cup flimkien ma' Sheffield United, u l-attakkant Jimmy Windridge, minn Small Heath. Fl-ewwel staġun huma laħqu t-tielet post, imma l-irwol ta' Roberston kien konstatament indebolit b'kawża ta' indħil min-naħa tad-diriġenza. F'Novembru 1906 hu tilfu l-liberta li jagħżel it-tim u f'Jannar 1907 hu telaq biex ingħaqad ma' Glossop. Is-segretarju tal-klabb William Lewis ħa temporanjament il-kariga u rnexxielu jiggwida l-iskwadra għall-promozzjoni fl-aħħar tal-istaġun, fuq kollox grazzi għall-gowls ta' Windrige u George "Gatling Gun" Hilsdon. Dan tal-aħħar kien l-ewwel fuq il-ħafna skorers prolifiċi ta' Chelsea. Skorja ħames gowls fid-debutt tiegħu u sebgħa u għoxrin fl-istaġun, biex kompla hekk sakemm sar l-ewwel plejer li laħaq it-tragward ta' 100 gowl bil-flokk ta' Chelsea.

Chelsea jirbħu lil West Brom fi Stamford Bridge f'Settembru 1905

David Calderhead ħa post Lewis, li kompla bħala kowċ ta' Chelsea għas-sitta u għoxrin sena ta' wara. Għall-ewwel ma tantx gawdex minn suċċessi u raw lill-klabb bejn l-ewwel u t-tieni diviżjoni. Fl-istaġun 1909–1910 raw l-ewwel relegazzjoni, li kienet segwita minn ritorn fl-aqwa serje s-sena ta' wara u l-post ta' qabel tal-aħħar fl-1911–1912, l-aħħar staġun qabel is-sospensjoni tal-futbol Ingliż kawża tal-Ewwel Gwerra Dinjija. Il-klabb suppost kellu jkun relegat, imma wara l-espansjoni tal-kampjonat, Chelsea kien invitat biex jingħaqad mal-First Division.

Minkejja l-fortuni alternati, il-popularità ta' Chelsea kibret mhux ħażin. Il-klabb sar b'fost l-akbar numru ta' benjamini, attiri minn plejers bħal Ben Warren u Bob Whittingham. Fil-Ġimgħa l-Kbira tal-1906 kienu 67,000 l-ispetatturi preżenti fil-grawd biex jassistu għal-logħba tal-kampjonat kontra Manchester United. L-ewwel derby ta' Londra ra lil Chelsea jaffrontaw lil Woolwich Arsenal u rreġistra 55,000 spettatur, l-aktar numru ta' spettaturi għal partita fil-First Division. 77,952 spettatur ippreżentaw ruħhom fl-istadju għar-raba' rawnd tal-FA Cup kontra Swindon, fit-13 ta' April 1911.

Fl-1915, Chelsea laħqu l-ewwel finali tal-FA Cup, li kienet magħrufa bħala t-tazza "Khaki", minħabba n-numru ta' suldati bl-uniformi fost l-ispettaturi. Il-partita kontra Sheffield United intlagħbet f'Old Trafford. L-iżball tal-gowlkiper Jim Molyneux ippermetta lil United biex jiftħu l-iskor qabel tmiem l-ewwel taqsima, imma l-"Blues" baqgħu jżommu sħiħ sal-aħħar sitt minuti, meta t-tim oppost żied tnejn oħra għal riżultat finali ta' 3–0.

L-ewwel staġun sħiħ wara l-konflitt mondjali, fl-1919–1920, kellu jkun bħala l-aqwa wieħed sa dak il-punt. L-akwist ta' Jack Cock, attakant ta' 24 gowl, kien wieħed deċiżiv: huma spiċċaw it-tielet fil-kampjonat - sa dak inhar kienet l-aqwa pożizzjoni għal klabb minn Londra - u semi-finalisti tal-FA Cup wara li spiċċaw eliminati minn Aston Villa, u tilfet b'hekk l-okkażżjoni li tilgħab il-finali fi Stamford Bridge. Fl-1923–1924 il-klabb reġa' ġie relegat. Fl-erba tal-ħames staġuni ta' wara kienu kważi laħqu l-promozzjoni. Fl-1929–1930 kisbu l-promozzjoni għall-First Division, fejn minn dakinhar baqgħet hemm għat-tnejn u tletin sena ta' wara.

Biex jikkapitalizzaw il-promozzjoni tal-1930 il-klabb investa £25,000 għall-akkwist ta' plejers ta' fama, l-Iskoċċiżi Hughie Gallacher, Alex Jackson u Alec Cheyne. Partikularment, Gallacher kien wieħed mill-akbar talenti ta' dik l-era, magħruf l-aktar għall-attitudni tiegħu u li kien wassal lil Newcastle United għall-kampjonat 1926–1927. Hu u Jackson kienu membri tal-Wembley Wizards ("Sħaħar ta' Wembley"), il-komponenti tat-tim nazzjonali Skoċċiż li għeleb lill-Ingilterra 5–1 f'Wembley Stadium fl-1928. Minkejja s-suppożizzjoni li se jirnexxu, l-ebda mit-tlieta ma espressa għal livell ta' logħob deżiderat. Kienu f'okkażżjonijiet rari bħar-rebħa ta' 6–2 kontra Manchester United u r-rebħa ta' 5–0 kontra Sunderland, li t-tliet urew impressjoni favorevoli. Fil-verità Gallacher kien l-awa skorer ta' Chelsea f'kull staġun tal-erba' staġuni li dam mat-tim, fejn skorja total ta' 81 gowl, imma l-perjodu mat-tim ta' Londra kien karatterizzat minn sospensjonijiet minħabba indixxiplina. Jackson u Cheyne damu biex jidraw fl-ambjent u ma rnexxielhomx jirkupraw il-forma li darba kellhom. Jekk wieħed jgħaqqad it-total ta' preżenzi ta' dawn it-tliet, it-triju għamel total minimu ta' 300 apparenza u sal-1936, kien wera li l-akkwist tagħhom kien telf finanzjarju. Il-flus kienu jiġu wżati, imma ħafna drabi inadegwatament u fuq kollox għall-akkwist ta' attakanti, waqt li d-difiża kienet tibqa' traskurata.

Kien fl-FA Cup li l-klabb avviċina għall-midalja tal-fidda. Fl-1932 kien protagonista ta' rebħiet notevoli kontra Liverpool u Sheffield Wednesday, qabel ma spiċċaw pari ma' Newcastle United fis-semi-finali. Newcastle marru 2–0, imma Gallacher naqqas l-iżvantaġġ għal Chelsea. Il-plejers ta' Chelsea assedjaw l-kaxxa ta' United fit-tieni taqsima, imma ma rnexxielhomx jiskurjaw. Kienu l-"Geordies" li laħqu l-finali. Calderhead ta d-dimissjonijiet fl-1933 u kien sostitwit minn Leslie Knighton, imma l-bidla ma tantx bidlet il-fortuni tat-tim. Diversi drabi matul id-deċennju, l-iskwadra setgħet tiddependi minn Tommy Law, Sam Weaver, Syd Bishop, Harry Burgess, Dick Spence u Joe Bambrick, li kollha kienu jagħmlu parti mit-timijiet nazzjonali tagħhom, imma l-aqwa post f'dawk l-għaxar snin kien it-tmien post. Kurżitament tnejn mill-aqwa elementi tal-iskwadra matul din l-epoka ma kienu swew xejn lid-diriġenza: il-gowlkiper Vid Woodley, li rnexxielu jagħmel 19-il apparenza mat-tim nazzjonali Ingliż, u l-attakkant ċentrali George Mills, l-ewwel plejer li skorja 100 gowl fil-kampjonat ma' Chelsea. Ir-relegazzjoni kienet evitata għal żewġ punti fl-1932–1933 u fl-1933–1934 u b'punt fl-1938–1939. Il-formazzjoni tal-1939 irnexxielha tagħmel mixja oħra fit-tazza nazzjonali, fejn wara r-rebħiet kontra Arsenal u Sheffield Wednesday kien hemm it-telfa ġewwa darhom fil-kwarti tal-finali kontra Grimsby Town.

Chelsea baqgħet waħda mill-iskwadri l-aktar sostenuti fil-pajjiż. Il-vista ta' Arsenal fit-12 ta' Ottubru 1935 attira 82,905 persuna għal Stamford Bridge. Dan hu rekord assolut għall-klabb u t-tieni l-aktar numru ta' spettaturi li attendew partita fil-kampjonat Ingliż. Folla ta' 50,000 persuna assitew għad-debutt ġewwa darhom ta' Gallacher u Jackson. Fl-1939 Knighton ma baqax kowċ tal-iskwadra minħabba li t-tim ma marx viċin tas-suċċess. Kien sostitwit minn Billy Birrell, li kien kowċ ta' Queens Park Rangers, raġel li l-ideat tiegħu biddlu radikalment il-fortuni tal-klabb.

Gwerra, viżita ta' Dynamo u s-settur ġovanili ġdid (1940–1952)

[immodifika | immodifika s-sors]

Birrell kien nominat bħala kowċ ta' Chelsea ftit qabel il-bidu tat-Tieni Gwerra Dinjija. Wara tliet ġranet tal-kampjonat 1939–1940, l-attività tal-futbol kienet sospiża fir-Renju Unit għaż-żmien tal-konflitt. Ir-riżultati tal-partiti matul dan iż-żmien kienu inuffiċjali. Chelsea komplew jikkompetu f'xi kampjonati reġjonali u, bħal kull klabb ieħor, rat l-iskwadra tonqos fl-ammont minħabba li xi wħud kienu msejjħin għall-gwerra. Kien f'dan iż-żmien li d-diriġenza ġabet "plejers-ospiti", fosthom Matt Busby, Walter Winterbottom u Eddie Hapgoood. Huma wkoll ikkompetew fil-Football League War Cup, fejn dak inhar għamlu d-debutt f'Wembley, fejn tilfu 3–1 kontra Charlton Athletic fil-finali tal-1944. Sena wara huma rebħu 2–0 lil Millwall quddiem folla ta' 80,000 spettatur. Wara dan, John Harris sar l-ewwel kaptan ta' Chelsea li refa' t-trofew f'Wembley. Fil-fatt hu rċieva t-trofew mill-Prim Ministru Winston Churchill.

F'Ottubru 1945, fejn il-gwerra kienet għadha kemm spiċċat, l-awtorita tal-futbol Ingliż sabu l-mod li jiċċelebraw ir-ritorn tal-futbol fi żmien tal-paċi. Kien imħabbar li FC Dynamo Moscow, ċampjin kurrenti tal-Unjoni Sovjetika, kienet se jilgħabu xi logħob fir-Renju Unit. Il-logħba kontra Chelsea saret fit-13 ta' Novembru fi Stamford Bridge. Il-klabb li kien qed jilgħab ġewwa daru kellu jilbes flokk aħmar minħabba l-kuntrast tal-kulur blu mal-flokkijiet tal-avversarji. Ir-Russi taw prova ta' talent kbir u teknika, fejn irnexxielhom jagħmlu rimonta minn 2–0 minn taħt għal 2–3, biex laħqu r-riżultat ta' 3–3 meritat, minkejja li l-gowl kien offside. Kien hemm folla ta' madwar 100,000 persuna, mingħajr ma jingħadd in-numru ta' nies li daħlu fl-istadju illegatament. Hi l-attendza l-aktar numeruża li kien hemm fi Stamford Bridge.[a]

Fl-aħħar tal-gwerra, Chelsea investew ċifri konsiderevoli għall-akkwist ta' plejers ġodda. Waslu tliet attakkanti ta' kalibru kbir bħal Tommy Lawton, Len Goulden u Tommy Walker, għal madwar 22,000 sterlina. It-triju pproduċa gowls u spettaklu: Lawton skorja 26 gowl f'34 partita fl-1946–1947, imma Chelsea ikklassifikaw fil-ħmistax-il post u b'Birrell ma marrux aktar mit-tlettax-il post. L-aqwa kontribuzzjoni ta' Birrell kien barra l-grawnd. Hu ħa ħsieb it-tfittxija u l-iżvilupp intensiv ta' atleti ġovanili, megħjun minn Dickie Foss, Dick Spence u Jimmy Thompson li kienu plejers. Parikularment, fit-tliet deċennji ta' wara, il-politika kellha tkun li s-settur ġovanili jipprovdi talent ġdid kontinwament għall-ewwel tim. F'dak il-perjodu, wasal ma' Chelsea l-attakkant Roy Bentley, akkwistat minn Newcastle United għal £11,000 fl-1948, wara t-tluq ta' Lawton.

L-1950 kienet qisha s-sena ta' Chelsea fl-FA Cup wara tant drabi li waslu viċini. Wara li għelbu lil Manchester United fil-kwarit tal-finali bl-iskor ta 2–0, l-iskwadra affrontat lil Arsenal. F'White Hart Lane żewġ gowls ta' Bentley taw vantaġġ ta' 2–0, imma gowl qabel tmiem l-ewwel taqsima ta' Arsenal wara żball tal-gowlkiper ta' Chelsea, reġa' fetaħ il-logħba. Chelsea ma rnexxielhomx jerġgħu jieħdu f'idejhom il-logħba u l-Arsenal approfittaw billi kisbu l-pari ta' 2–2, 15-il minuta qabel tmiem il-partita. Meta reġgħet intlagħbet il-logħba, il-"Gunners" rebħu bl-iskor ta' 1–0. Sena wara, Chelsea kien mistenni li jkun relegat: b'erba' logħbiet biex jintlagħbu huma kienu fl-aħħar post, b'distanza ta' sitt punti miż-żona salva, mingħajr rebħa wara erbatax-il logħba. Wara li rebħu inaspettatament tlieta mill-erbgħa li kien għad baqa', l-iskwadra affrontaw fl-aħħar ġurnata lil Bolton Wanderers, fejn kienu jafu li rebħa u riżultat favorevoli fil-partita bejn Everton u Sheffield Wednesday li kienu wkoll qedgħin fiż-żona ta' relegazzjoni, kien iffiser salvezza. Chelsea rebħu 4–0 u Sheffield għelbu lit-tim ta' Everton 6–0, biex b'hekk Chelsea baqgħu fl-aqwa serje. Fl-1952 affrontaw fis-semi-finali tal-FA Cup lil Arsenal. Wara li l-ewwel logħba spiċċat 1–1, il-partita biex tiddeċiedi r-rebbieħ tat ir-rebħa lil Arsenal bl-iskor ta' 3-0. Birrell irriżenja minn kowċ ta' Chelsea ftit wara.

Ted Drake: modernizazzjoni u l-ewwel titlu (1952–1961)

[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-1952 kien nominat Ted Drake bħala kowċ, li qabel kien attakkant tal-Arsenal u tat-tim nazzjonali Ingliż. Waħda mill-ewwel azzjonijiet tiegħu kienet li jbiddel il-logo storiku fejn kienu juri pensjonant ta' Chelsea (suldati Brittaniċi), biex b'hekk il-laqam storiku ta' "The Pensioners" ma jibqax użat, u jkun sostitwit għal "The Blues". Drake introduċa sessjonijiet ta' eżerċitazzjoni bil-ballun, prattika li kienet rari fl-Ingilterra f'dik l-epoka. Is-settur ġovanili u s-sistemà ta' tfittxija ta' plejers ġodda li l-predeċessur tiegħu kien ħalla baqa' jiżviluppaha, però abbanduna l-politika li jixtri talenti li ma kinux jagħmlu prestazzjoni tajba mal-klabb. Drake appella lill-benjamini biex jipparteċipaw aktar fil-logħob ta' Chelsea. L-ewwel sentejn ma kinux promettenti: Chelsea kklassifikaw fid-19-il post, punt biss 'il bogħod mir-relegazzjoni, u s-sena ta' wara fit-8 post.

Fl-1954–1955, f'għeluq il-ħamsin sena ta' fundazzjoni, is-sitwazzjoni tbiddlet. Chelsea rebħu mingħajr mistenni l-First Division bi skwadra magħrufa għan-nuqqas ta' stilel, fotshom il-gowlkiper Charlie "Chic" Thomson, plejers non-professjonisti bħal Derek Saunders u Jim Lewis, il-midfilder ċentrali Johnny "Jock" McNichol, il-ġwejnħa Eric "Rabbit" Parsons, Frank Blunstone, id-difensur Peter Sillett, il-kowċ futuri tal-Ingilterra Ron Greenwood fi rwol ta' midfilder ċentrali, Ken Armstrong, Stan Willemse u l-veteran John Harris. Forsi l-unika stella tal-iskwadra kien il-kaptan u l-aqwa skorer (b'21 gowl fil-kampjonat) Roy Bentley. Chelsea bdew il-kampjonat bħal ma spiċċaw fl-istaġun ta' qabel, b'erba' telfiet konsekuttivi, fosthom t-telfa entużjażmanti ta' 6–5 kontra Manchester United. F'Novembru kienet diġà fit-tnax-il post. Minn dak il-mument, it-tim minn Londra kiseb diversi riżultati favorevoli, fejn tilfu biss tliet darbiet minn 25 partita li segwew u assiguraw it-titlu ġurnata qabel ma spiċċa l-kampjonat, grazzi għas-suċċess ta' 3–0 kontra Sheffield Wednesday fil-ġurnata ta' San Ġorġ. Għar-rebħ tat-titlu kienu fundamentali ż-żewġ rebħiet kontra t-tieni klassifikata, Wolverhampton Wanderers. L-ewwel partita spiċċat 4–3 għal Chelsea f'Molineux wara li huma kienu fi żvantaġġ ta' 2–3. Il-partita ta' ritorn spiċċat 1–0 favur it-tim minn Londra ġewwa Stamford Bridge, wara gowl permezz ta' penalty. Chelsea kisbu total ta' 52 punt (medja ta' 1.71 punti f'kull partita), li jirrapreżentaw illum waħda mill-inqas kwoti ta' rebħ tal-kampjonat Ingliż wara l-Ewwel Gwerra Mondjali. Fl-aħħar partita tal-istaġun tal-"Blues", fejn huma kienu diġà ċampjins, ingħataw midalja ta' unur mill-Busby Babes ta' Manchester United ta' Matt Busby.

Ir-rebħa taċ-Championship kellha tagħti lil Chelsea l-parteċipazzjoni fl-ewwel Tazza taċ-Ċampjins, kompetizzjoni li kienet se tibda' fis-sena ta' wara u b'hekk il-"Blues" kienu se jkunu l-ewwel tim Ingliż li se jieħu sehem. Il-poloz tal-ewwel rawnd raw lil Chelsea jaffrontaw liċ-ċampjins Żvediżi ta' Djurgårdens. Però, Chelsea kellhom jirtiraw wara l-intervent tal-Football League u l-FA, fejn ħafna membri raw li l-prijorità kellha tingħata għall-kompetizzjonijiet domestiċi.[2] Chelsea lagħbu verament logħba ta' ħbiberija inuffiċjali kontra ċ-ċampjins tal-Iskozja Aberdeen, fejn Aberdeen rebħu. Bħala rikompensa, it-tim ta' Chelsea offra lil Aberdeen platt bl-emblema tal-klabb.

L-iskwadra ma kinitx kapaċi li tibni rebħiet ġodda wara s-suċċess tal-1955. Fl-istaġun 1955–1956 ikklassifikaw fis-sittax-il post. Fis-snin ta' wara l-formazzjoni, fejn l-età medja kienet qed tikbet, kisbet serje ta' pożizzjonijiet modesti fin-nofs tal-klassifika. L-unika nota pożittiva ta' dan il-perjodu kien il-bidu tal-skorer prolifiku Jimmy Greaves, wieħed mill-aqwa prodotti tas-settur ġovanili tat-tim ta' Chelsea, u skorer ta' 122 f'erba' kampjonati. Flimkien ma' Greaves ħarġu diversi żgħażagħ ta' valur, magħrufin aktar bħala Drake's Duckings ("Il-Papri Żgħar ta' Drake") u l-inesperjenza tagħhom, kienet riżultat ta' prestazzjonijiet li ftit li xejn kienu kontinwi. Waħda mill-punti l-aktar baxxi tal-klabb f'dawn is-snin, kienu l-eliminazzjoni fit-tielet rawnd tal-FA Cup kontra skwadra tal-Fourth Division, Crewe Alexandra, f'Jannar 1961. Wara li Greaves kien ċedut għat-tim ta' Milan f'Ġunju ta' wara, il-konsegwenzi kienu evidenti: mingħajr il-gowls tal-attakkant tagħhom, l-iskwadra batiet. Drake kien imkeċċi f'Settembru wara telfa ta' 4–0 kontra Blackpool, b'Chelsea fl-aħħar tal-klassifika. Kien sostitwit mill-plejer-kowċ ta' tlieta u tletin sena Tommy Docherty.

Emerġenza (1963–1971)

[immodifika | immodifika s-sors]

Tommy Docherty

[immodifika | immodifika s-sors]

Docherty impona dixxiplina stretta u ċeda diversi plejers anzjani, biex issostwixxihom ma' akkwisti astuti u uża' talent aktar żagħżugħ permezz tas-sistemà ġovanili adottata minn Birrell. Fil-wasla tiegħu, f'Jannar 1962, l-iskwadra kienet kważi destinata għar-relegazzjoni, u hu uża' dan il-ħin biex jesperimenta u jippjana l-futur. Fl-ewwel staġun sħiħ ta' Docherty hu reġa ta l-promozzjoni lil Chelsea għas-Second Division. Il-partita deċiżiva, kontra Sunderland, kienet waħda kumbattuta u spiċċat b'rebħa ta' 1–0, grazzi għall-gowl ta' Tommy Harmer. Fl-aħħar ġurnata t-tim minn Londra rebħu 7–0 lil Portsmouth.

Chelsea rritornaw fil-First Division bi skwadra ġovanili, fejn ibbrillaw Ron "Chopper" Harris, il-gowlkiper Peter Bonetti, il-ġwejnħa Bobby Tambling, il-midfilder John Hollins, id-difensur Ken Shellito, l-attakkant Barry Bridges, il-ġwejnħa Bert Murray u l-kaptan Terry Venables, kollha prodotti tas-settur ġovanili. Ma' dawn, Docherty żied l-attakkant George Graham, Eddie McCreadie u d-difensur eleganti Marvin Hinton, akkwistati għal somma żgħira.

Fl-istaġun ta' ritorn fl-aqwa serje, Chelsea spiċċaw fil-ħames post, waqt li fis-sena ta' wara kienu qed jimmaraw lejn it-treble tal-kampjonat, FA Cup u l-League Cup. L-istil ta' logħob kien ibbażat fuq id-dinamiżmu fiżiku u fuq iċ-ċirkolazzjoni rapida tal-ballun. Chelsea bdew tajjeb il-kampjonat u fl-aħħar kienu flimkien ma' Manchester United u Leeds United, qed jiġġieldu għar-rebħ tal-kampjonat. Mas-suċċess fl-aqwa serje huma rebħu l-League Cup, meta fil-finali l-"Blues" għelbu 3–2 lil Leicester City (grazzi għall-prestazzjoni tajba ta' McCreadie) biex fil-partita ta' ritorn f'Fibert Street huma spiċċaw pari ta' 0–0, f'logħba kumbattuta.

Però, bdew jinħassu l-ewwel problemi fl-ambjent, hekk kif Docherty kellu xi jgħid ma xi plejers, partikularment Venables. F'Marzu sofrew telfa kontra Manchester United, rivali tat-titlu, u ftit wara riżultat negattiv (0–2) kontra Liverpool fis-semi-finali tal-FA Cup, minkejja l-fatt li Chelsea kienu favoriti f'din l-aħħar logħba. Fl-aħħar erbat ijiem tat-tmiem tal-kampjonat, Chelsea baqgħu xorta l-ewwel, imma fil-logħba ta' wara kontra Burnley Docherty ħalla barra mit-tim tmien plejers pedini (Venables, Graham, Bridges, Hollins, McCreadie, Hinton, Bert Murray u Joe Fascione). Li kien għad baqa' mit-tim kien grupp ta' riservi u żgħażagħ, u dawn tilfu 6–2 u ta ċans lir-rivali biex jersqu aktar qrib. Fl-aħħar, Chelsea spiċċaw it-tielet.

Fis-sena ta' wara reġgħet offriet ħafna avvenimenti, mingħajr ebda titlu mirbuħ. Chelsea ikkompetiet fuq tliet naħat: kampjonat, FA Cup u Tazza tal-Fieri. Huma lagħbu rekord ta' 60 logħba fit-tliet kompetizzjonijiet. Fl-aħħar ikklassifikaw fir-raba' post tal-kampjonat u fl-FA Cup kisbu s-semi-finali wara li rebħu f'Anfield liċ-ċampjins kurrenti, Liverpool. Fis-semi-finali affrontaw lil Sheffield Wednesday, għal darb'oħra f'Villa Park. Minkejja li kienu favoriti, it-tim minn Yorkshire għeleb lil Chelsea 2–0 u kien eliminat.

Fit-Tazza tal-Fieri huma eliminaw lil Roma, 1860 München u lil Milan (fejn f'din l-aħħar logħba, ir-rebħa kienet deċiża permezz tat-tfigħ tal-munita, wara li l-partita spiċċat pari wara l-ħin normali). Fis-semi-finali tilfu kontra Barcelona. Iż-żewġ timijiet tad-dar rebħu 2–0, u fil-partita ta' spareġġ li ntlagħbet f'Nou Camp, Barcelona rebħu 5–0. Docherty, li kellu relazzjoni ma' xi plejers li kienet imkissra, iddeċieda li jibni skwadra ta' età medja ta' 21 sena. Venables, Graham, Bridges u Murray kienu ġew mibjugħha matul is-sena, waqt li kien akkwistat il-ġwejnħa Skoċċiż Charlie Cooke għal £72,000, flimkien mal-midfilder Tommy Baldwin, li wasal fi Stamford Bridge bħala midfilder parzjali għall-bidla ma' Graham. Mis-settur ġovanili ħareġ attakkant ta' talent kbir, Peter Osgood.

L-operazzjonijiet tat-trasferimenti ta' Docherty kienu inizzjalment produttivi. Chelsea, b'Osgood bħala fulkru tat-tim sħiħ, marru fl-ewwel post tal-klassifika sa' Ottubru 1966, l-unika formazzjoni imbattuta wara għaxar logħbiet. Wara Osgood kiser saqajn f'partita fil-League Cup u l-pjanijiet ikkomplikaw. Biex jissostitiwixxi lil Osgood, Docherty kiser ir-rekord ta' trasferiment permezz tal-akkwist ta' Tony Hateley għal £100,000, però l-logħob fl-arja ta' Hateley, ma qabilx mal-istil ta' Chelsea. Huma bdew jinżlu fil-klassifika u spiċċaw fid-9 post. Ir-ribalta tal-istaġun kienet li laħqu l-finali tal-FA Cup. Fis-semi-finali l-"Blues" rebħu lil Leeds United f'dik li l-istoriċi[3] jgħidu li bdiet ir-rivalità bejn dawn iż-żewġ timijiet. F'waħda mill-aqwa mumenti ta' Hateley ma' Chelsea kien li skorja gowl bir-ras, fejn fl-aħħr kien wieħed deċiżiv, imma l-partita kienet waħda kontestata wara li tliet gowls ta' Leeds kienu mħassra.

Chelsea affrontaw lil Tottenham Hotspur fl-ewwel finali tal-FA Cup bejn żewġ timijiet minn Londra, magħrufa aktar bħala l-Finali tal-Cockney Cup. Kienet l-ewwel finali li Chelsea kienu preżenti fiha mill-1915 u l-ewwel preżenza fil-finali f'Wembley. Ron Harris, li dakinhar kellu 22 sena, kien l-aktar kaptan ġuvni li niżel fil-grawnd fil-finali tat-Tazza tal-Ingilterra. Il-"Blues" ma għamlux prestazzjoni tajba u madanakollu l-gowl lejn tmiem il-logħba ta' Tambling permezz ta' daqqa ta' ras, ma kienx biżżejjed hekk kif tilfu 2–1 kontra Tottenham li fost it-tim kien jinvolvi li Venables u Greaves. Docherty, figura li kienet kontinwament diskussa, kien imneħħi mill-kariga ta' kowċ wara li rebħu tnejn biss mill-ewwel għaxra logħbiet, flimkien ma' problemi ta' Docherty mal-plejers u hu serva skwalifikazzjoni ta' 28 ġurnata mill-FA.

Fl-ewwel sena wara t-tluq ta' Docherty, Chelsea tilfu 7–0 kontra Leeds United, fejn din saret waħda mill-akbar telfiet fl-istorja tal-klabb (fl-1953–1954 huma tilfu 8–1 kontra Wolverhampton Wanderers). Dave Secton, li kien eks-kowċ ta' Chelsea u Leyton Orient, b'temperament aktar kalm u riservat minn Docherty, ħa l-post ta' kowċ. Il-qalb tal-iskwadra eriditata minn Docherty baqa' fil-parti l-kbira tiegħu l-istess. Ġew miżjud żewġ plejers fid-difiża John Dempsey u David Webb, l-attakkant Ian Hutchinson, il-midfilder debuttant Alan Hudson u l-ġwejnħa Peter Houseman, li kien irritorna minn self. Sexton wera li kien influwenti u wassal lil Chelsea għal żewġ klassifikazzjoni fost l-ewwel sitta, kif ukoll għat-Tazza tal-Fieri 19681969, fejn il-"Blues" spiċċaw eliminati minn DWS Amsterdam wara t-tfigħ tal-munita.

Fil-kampjonat 1969–1970, il-klabb ikklassifika fit-tielet post wara Everton u Leeds United. Osgood u Hutchinson irnexxielhom jiskorjaw total ta' 53 gowl flimkien fl-istaġun, u laħqu l-finali tal-FA Cup tal-istess staġun. It-tim oppost kien propju il-Leeds United, dominant tal-kampjonat u fost l-aqwa timijiet ta' dik l-era. Fl-ewwel partita f'Wembley, Chelsea kienu dejjem minn taħt imma rnexxielhom jiksbu pari ta' 2–2 grazzi għall-gowls ta' Segnarono Houseman u fl-aħħar minuti Hutchinson. Il-partita ta' spareġġ saret f'Old Trafford ta' Manchester ġimgħatejn wara. Il-logħba baqgħet famuża għat-tattiċiżmu estrem tal-iskwadri u għat-talent u l-abilità kbira li kienet murija mill-plejers. Għal darb'oħra fi żvantaġġ, Chelsea reġgħu ġabu l-iskor l-istess għat-tielet darba fil-partita grazzi għad-daqqa ta' rus ta' Osgood minn passaġġ ta' Cooke. Il-partita kompliet fil-ħin supplementari, fejn Webb, minn assist ta' Hutchinson, ta daqqa ta' ras u kiseb il-gowl tar-rebħa, dak tat-2–1.

Is-suċċess tat-Tazza tal-Ingilterra ta lil Chelsea l-kwalifikazzjoni fit-Tazza tat-Tazez għall-ewwel darba fl-istorja tal-klabb. Ir-rebħiet kontra Aris Thessaloniki u CSKA Sofia fetħu t-triq tal-iskwadra lejn il-kwarti tal-finali, fejn elimaw lil Clube Brugge wara rimonta emozzjonali. Wara li tilfu l-ewwel leg barra minn darhom bl-iskor ta' 2–0, Chelsea kienu 0–0 b'disa' minuti mit-tmiem fil-partita ta' ritorn, imma gowl ta' Osgood dawwar l-istorja tal-logħba u ġab l-iskor taż-żewġ partiti l-istess. Fil-ħinijiet supplementari huma trijonfaw 4–0. Ir-rivali ta' Manchester City, kienu eliminati fis-semi-finali. L-ewwel finali bejn Chelsea u Real Madrid spiċċat 1–1, il-partita ta' spareġġ saret jumejn wara u kienet deċiża mill-gowls ta' Dempsey u Osgood: it-2–1 ta lil Chelsea biex jerfgħu għall-ewwel darba trofew Ewropew. Il-kanzunetta Blue is the Colour ("Blu hu l-Kulur"), li ħarġet fl-1972 u kantata mill-membri tat-tim, laħqet il-ħames pożizzjoni tal-UK Singles Chart. Din hi waħda mill-aktar kanzunetti famużi fil-futbol Ingliż, u legata għal dejjem mat-tim ta' Chelsea ta' dik l-era.

Il-kriżi (1972–1983)

[immodifika | immodifika s-sors]

Fid-deċennju ma kienx hemm aktar suċċessi hekk kif problemi finanzjarji kbar ġabu lill-klabb fuq irkubbtejh. Mill-bidu tas-snin sebgħin id-dixxiplina li kienet tirrenja fl-iskwadra saret debboli hekk kif Sexton kellu xi jgħid ma' xi plejers, fosthom Osgood, Hudson u Baldwin, dawr l-atteġġjament tagħhom u l-istil ta' ħajja tagħhom. Flimkien mad-dekadenza tal-ispirtu tal-iskwadra, hekk ukoll kienu r-riżultati. Eliminati mit-Tazza tat-Tazez Ewropej 1971–72 minn tim Żvediż inqas kwotat ta' Åtvidabergs FF, Chelsea kienu estromessi wkoll mill-FA Cup minn Leyton Orient, skwadra tas-Second Division, minkejja li kellhom vantaġġ ta' 2–0. Fl-aħħar tilfu l-finali tal-FA Cup kontra Stoke City fl-1972. F'dawn l-okkażżjonijiet kollha l-formazzjoni minn Londra ħarġet telliefa kontra rivali teknikament inferjuri u minkejja li ddominaw il-partita għal diversi ħinijiet. Fl-1972–1973 ippożizzjonaw fit-tnax-il post u fl-1973–74 fis-sbatax-il post. L-ostilità bejn Sexton fuq naħa u Osgood u Hudson fuq naħa oħra laħqet il-punt kruċjali wara telfa ġewwa darhom ta' 4–2 kontra West Ham United f'jum San Stiefnu fl-1973. Iż-żewġ plejers kienu ċeduti xahrejn wara, imma anke Sexton kien imkeċċi fil-bidu tal-istaġun 1974–1975 wara bidu diffikultuż. Is-suċċessur tiegħu kien l-assistent tiegħu Ron Suart, però ma setgħax jevita l-forma fqira tat-tim u dan spiċċa relegat fl-1975.

Il-kostruzzjoni tal-East Stand (Tribuna tal-Lvant), li għadha żżomm postha fl-impjant modern, irrappreżenta fonti ta' danni. Il-proġett kien parti minn pjan ta' potenzjmanet tal-istadju, biex il-kapaċità jiġi estiż għal 60,000 post, kollha biex ipoġġu bilqiegħda. Dan il-proġett ġie deskritt bħala "l-aktar ambizzjuż li qatt sar fir-Renju Unit"[4]. Dak iż-żmien kien hemm kriżi enerġetika mondjali u x-xogħol kien ostakolat mid-dewmien flimkien mal-istrajk tal-ħaddiema u tal-iskarsita tal-materjali, hekk kif dawn kienu l-fatturi li kien hemm aktar spiża milli kien qabel previst. Fl-1976, il-klabb sab ruħu b'dejn ta' £3.4 miljun. B'konsegwenza t'hekk, bejn Awwissu 1974 u Ġunju 1978, id-diriġenza ma akkwistat l-ebda plejer. Id-dekadenza tal-iskwadra kien akkompanjat minn dekandeza fl-attendenza: dawk li baqgħu kellhom reputazzjoni ta' vjolenza fi ħdan sezzjoni ta' sapport ta' Chelsea. Lejn tmiem is-sebgħinijiet u l-bidu tas-snin tmenin kien il-perjodu ta' żvilupp maġġuri tal-fenominu tal-hooligans. Il-benjamini vjolenti ta' Chelsea, il-Headhunters ta' Chelsea, kienu partikularmenti familjari mal-vjolenza u għal-legami ma' gruppi politi estremi, u dawn kellhom jagħmlu l-preżenza tagħhom fis-snin suċċessivi.

L-East Stand, waħda mill-kawżi tal-problemi finanzjarji ta' Chelsea fis-snin sebgħin u tmenin

Ftit qabel ir-relegazzjoni tal-1975, Eddie McCreadie kien nominat bħala kowċ. Wara sena ta' tranżazzjoni u konsolidament (Second Division 1975–76), il-kowċ reġa' poġġa lill-klabb fl-aqwa serje fl-1976-1977, bi skwadra komposta minn żgħażagħ (fosthom Ray Wilkins u l-attakkant Steve Finnieston, awtur ta' 24 gowl) u veterani taż-żminijiet tas-suċċessi (fosthom Cooke, Harris u Bonetti). McCreadie, però, ħalla lill-klabb wara argument ma' Brian Mears fuq kumpanija tal-karozzi. Postu ħadu eks-plejer ieħor, Ken Shellito.

Shellito żamm lil Chelsea fil-First Division fl-1977–1978, staġun fejn il-punt l-iktar kruċjali kienet ir-rebħa ta' 4–2 li l-"Blues" għamlu kontra ċ-ċampjins Ewropej Liverpool fl-FA Cup. Shellito irriżenja f'nofs l-istaġun ta' wara, wara li rebaħ tliet darbiet biss tal-kampjonat sal-Milied. Lanqas ir-ritorn ta' Peter Osgood ma serva biex itejjeb ir-rendiment tat-tim. Is-suċċessur ta' Shellito, Danny Blanchflower, li kien kaptan tat-tim ta' Tottenham Hotspur rebbieħ tad-double, ma rnexxielux jevita r-relegazzjoni, b'bilanċ ta' 5 rebħiet u 27 telfa. Kien qed jinfetaħ wieħed mill-aktar żminijiet imdallmin fl-istorja ta' Chelsea. Wilkins, wieħed mill-ftit stilel ta' Chelsea, kien mibjugħ lil Manchester United, waqt li f'Settembru 1979 kien assunt bħala kowċ l-eroj tat-Tazza tad-Dinja 1966 Geoff Hurst, b'Bobby Gould bħala assistent. Il-wasla tagħhom ta żvolta fl-ambjent. Għal perjodu twil, Chelsea ikkonduċew il-klassifika, però l-forma tagħhom naqset lejn l-aħħar parti tal-istaġun fejn ikkaġuna r-raba' post: l-iskwadra tilfet il-promozzjoni għad-differenzi tal-gowls. Fis-sena ta' wara it-tim minn Londra bata biex jiskorja, fejn irreġistra total ta' disa' partiti konsekuttivi mingħajr ma jiskorja gowl u bi tliet rebħiet minn għoxrin logħba. Fl-aħħar huma spiċċaw it-tnax fl-1980–1981 u Hurst kien eżonerat.

Fl-1981 Brian Mears irriżenja minn ċermen, fejn temm is-76 sena tal-assoċċazzjoni tal-familja tiegħu mal-klabb. Waħda mill-aħħar azzjonijiet ta' Mears kien li jappunta lil John Neal bħala kowċ. Sena wara, Chelsea Football & Athletic Company, kellhom dejn kbir u ma setgħux iħallsu lill-plejers, kienet akkwista, fl-iktar punt prekarju tal-istorja tal-klabb, min-negozjant Ken Bates, li f'dak iż-żmien kien president ta' Oldham Athletic u li kisibha mill-familja Mears għas-somma ta' £1. Bates, però, irrifjuta li jħallas il-grawnd u d-dejn tiegħu, deċiżjoni li batal-konsegwenza biha. Il-proprjetarju l-ġdid wera li hu vera ġellied fil-pożizzjoni ta' ċermen, anki jekk l-avversarji tiegħu kienu jinkludu wkoll il-benjamini (li ma ħadux gost bid-deċiżjoni li jiġi installat ċnut elettriċi biex iżommuhom barra mill-grawnd) u l-kumpanija tal-iżvilupp immobiljarju Marler Estates, li David Mears, ħu Brian, biegħ il-parti tiegħu ta' Stamford Bridge.

Fl-1981–1982, staġun ieħor deludenti spiċċa fit-tnax-il post tas-Second Division, Chelsea għamlu l-aqwa mixja fl-FA Cup wara ħafna snin u eliminaw lil Liverpool ċampjin tal-Ewropa fil-ħames rawnd. Il-"Blues" lagħbu aħjar tar-rivali nobbli u rebħulhom 2-0. Fil-kwarti tal-finali affaċċjaw l-avversarji antiki ta' Tottenham Hotspur, li, minkejja l-vantaġġ ta' Mike Fillery kellhom iċedu u ħarġu telliefa 3–2. L-istaġun 1982–1983 kien l-agħar fl-istorja ta' Chelsea. Wara bidu tajjeb, l-iskwadra beda nieżel aktar fil-klassifika, fejn minn disa' partiti ma rnexxielhomx jirbħu l-ebda minnhom fejn kienu qed jissugraw għal relegazzjoni fit-Third Dvision. F'dan l-istant, konsiderati l-problemi finanzjari tal-klabb, il-waqgħa fit-tielet diviżjoni kienet tfisser tmiem tas-soċjetà. Fil-ġurnata ta' qabel tal-aħħar kien hemm l-konfront dirett ma' Bolton Wanderers, li kien deċiż minn gowl minn 25 metru ta' Clive Walker, xutt li ta rebħa deċiżiva ta' 1–0. Fl-aħħar ġurnata kisbu pari ġewwa darhom kontra Middlesbrough biex b'hekk evitaw ir-relegazzjoni b'żewġ punti ta' marġni fil-klassifika.

Era ġdida (1983–1989)

[immodifika | immodifika s-sors]

Is-sajf tal-1983 kien wieħed importanti fl-istorja ta' Chelsea hekk kif il-kowċ John Neal għamel serje ta' akkwisti li kienu se juru li huma kruċjali biex ibiddlu l-futur tal-iskwadra. L-uċuh ġodda kienu l-attakkant Kerry Dixon, mixtri minn Reading, il-ġwejnħa Pat Nevin minn Clyde, li kellu kapaċità kbira fil-ġiri, il-midfilder Nigel Spackman minn Bournemouth u l-gowlkiper Eddie Niedzwiecki minn Wrexham. Ma' dawn il-plejers ġodda kien hemm ir-ritorn ta' John Hollins bħala plejer-kowċ, għal somma totali ta' £500,000. Dixon ifforma koppja tal-attakk prolifika mal-plejer il-ġdid David Speedie u t-tnejn li huma kkombinaw kemm huma ma' Nevin biex taw il-ħajja għal-triju li pproduċa 22 gowl fi tliet snin.

Chelsea l-ġdid beda l-istaġun 1983–1984 b'rebħa kbira ta' 5–0 kontra Derby County, u wara segwew rebħiet oħra ta' 5–3 kontra Fulham u 4–0 kontra Newcastle United ta' Kevin Keegan. Grazzi wkoll għall-gowls ta' Dixon, li rnexxielu jiskorja 36 fil-kompetizzjonijiet kollha - rekord staġonali megħlubb biss minn Bobby Tambling u Jimmy Greaves — il-promozzjoni kienet miksuba permezz ta' rebħa oħra ta' 5–0 kontra r-rivali antiki ta' Leeds United. L-iskwadra kienet ikoronata ċampjin tas-Second Division fl-aħħar ġurnata wara rebħa barra minn darhom kontra Grimsby Town. Għal din l-okkażżjoni, 10,000 benjamin ta' Chelsea għamlu l-vjaġġ lejn Lincolnshire.

Lura fil-First Division, Chelsea kienet konkorrenta għall-kwalifikazzjoni tat-tazez Ewropej fl-1984–85, fejn spiċċaw is-sitt post. L-iskwadra kienet ukoll fit-triq lejn it-tielet finali tal-League Cup, imma s-semi-finali kontra Sunderland, li kien kandidat għar-retroċessjoni kellu riżultat mhux mistenni. Il-plejer Clive Walker, li kien jilgħab ma' Chelsea iggwida għar-rebħa ta' 3–2 fi Stamford Bridge (5–2 ir-riżultat aggregat), fejn kien ukoll xi ġlied u rvellijiet. Il-partita kompliet fl-isfond tal-pulizija u xi benjamini li daħlu fil-grawnd, hekk kif il-ġlied kompla sejjer fit-toroq. Neal irtira fl-aħħar tal-istaġun għal raġuni ta' saħħa u kien sostitwit minn Hollins.

L-ewwel sena taħt Hollins ra lil Chelsea jiġġieldu għat-titlu. L-ewwel fil-klassifika fi Frar, it-tim kellu jirrinunzja lil Dixon u Niedzwiecki, vittmi ta' uġigħ gravi, u matul iż-żmien tal-Għid it-tim laqqat għaxar gowls f'żewġ partiti, fejn kien kważi jinsab barra mill-ġlieda għar-rebħ tal-kampjonat. Żewġ suċċessi ta' 2–1 kontra Manchester United f'Old Trafford u West Ham United f'Upton Park — fejn b'hekk qata' lil "Hammers" barra mill-ġirja għat-titlu — ħalla lil Chelsea tliet punti minn Liverpool li kienu fl-ewwel post, b'ħames partiti x'jintlagħbu. Minn dak inhar sal-aħħar ġurnata tal-kampjonat kisbu biss punt wieħed, u b'hekk reġa' tahom is-sitt post. Fl-istess staġun it-tim minn Londra rebħu l-ewwel edizzjoni tal-Full Members Cup, meta għelbu 5–4 lil Manchester City f'Wembley grazzi għal tripletta ta' Speedie u minkejja li l-oppożizzjoni kellha żvantaġġ ta' 1–5.

Wara dan il-bidu ġdid, il-forma tat-tim reġgħet niżlet u kisbu biss l-erbatax-il post. L-ispritu tal-iskwadra beda jiddiġenera hekk kif Hollins kellu argumenti ma' xi plejers pedini, l-aktar Speedie u Spackman, fejn fl-aħħar kienu ċeduti. Hollins kien imkeċċi f'Marzu tal-istaġun ta' wara, bl-iskwadra fil-ġirja għas-salvezza. Bobby Campbell, ħa l-irwol ta' kowċ imma dan ma setax jevita r-relegazzjoni li kienet b'riżultat ta' telfa fil-play-off kontra Middlesbrough, fejn għal darb'oħra l-partita kienet iddominata minn problemi min-nies u attentati biex jinvadu l-grawnd. Il-federazzjoni kkastiga lill-klabb, fejn tahom sitt partiti mingħahjr ma jidħlu nies fl-istadju. Mingħajr rebħa fl-ewwel sitt partiti tal-kampjonat, il-"Blues" irnexxielhom madanakollu jirbħu l-kampjonat tas-Second Division 1989–1989 b'99 punt, 17-il punt aktar mir-rivali Manchester City.

Is-snin '90: lura għall-ġirja

[immodifika | immodifika s-sors]

Fil-First Division 1989–90 Chelsea, li kienet għadha kemm ġiet promossa, kienet fost il-protagonisiti. Il-kowċ Bobby Campbell iggwida skwadra bi plejers li ma tantx kienu ta' esperjenza u rnexxielu jakkwista pożizzjoni tajba, dik tal-ħames post. Minkejja l-iskwalifika tal-klabb Ingliżi mill-kompetizzjonijiet Ewropej, Chelsea tilfu l-aċċess fit-Tazza UEFA minħabba li f'dak l-istaġun l-uniku post assenjat għall-Ingilterra mar għal Aston Villa viċi-ċampjin nazzjonali. FL-istess sena, Campbell iggwida l-formazzjoni ta' Londra għat-tieni suċċess fil-Full Members Cup, grazzi għar-rebħa minima ta' 1–0 kontra Middlesbrough fil-finali ta' Wembley. Campbell irriżenja sena wara u kien sostitwit minn Ian Porterfield, li wassal lit-tim ta' Chelsea f'pożizzjoni għolja tal-klassifika 1991–1992 biex setgħu jiksbu l-ewwel staġun tal-Premier League. Ħalla lill-klabb f'nofs l-istaġun 1992-1993, rimpjazzat minn David Webb, protagonist ieħor tar-rebħa tal-"Blues" fl-FA Cup tal-1970. Taħt Webb, it-tim spiċċa l-ħdax, pożizzjoni li ma tatux konferma ta' staġun ieħor mat-tim. Postu ħadu fl-aħħar tal-istaġun, Glenn Hoddle, li kien jilgħab midfilder mat-tim nazzjonali Ingliż u li kien għadu kemm kiseb il-promozzjoni fil-Premiership bħala plejer-kowċ ta' Swindon Town.

Fil-frattant, fl-1992, fil-konklużjoni tad-deċennju ta' inċertezza fuq il-futur ta' Stamford Brdige karaterizzat minn disputi legali u tal-kampanja Save the Bridge ("Salvaw il-Bridge", bħala riferiment għall-istadju), Bates finalment ħeles mill-iżviluppaturi mmobiljarji u għaqqad il-proprjetà mal-klabb. Hu approfitta tad-diffikulta tal-iżviluppaturi flimkien mal-waqgħa fis-suq u għamel ftehim mal-banek tagħhom. Kienet ikkrejata l-Chelsea Pitch Owners ("Il-Possidenti tal-Grawnd ta' Chelsea"), li fl-1997 akkwistaw il-proprjetà assoluta tal-grawnd, id-dritti tad-denominazzjonali tal-klabb u l-granwd, b'garanzija li sitwazzjoni bħal dik preċedenti ma kienet qatt se tiġi qatt ripetuta. Wara li ġiet sistemata s-sitwazzjoni legali, bdew ix-xogħlijiet ta' rinnovament tal-grawnd sħiħ (eskluża l-East Stand), fejn għamluh il-post kollu postijiet fejn jistgħu jpoġġu. Barra minn hekk, it-tribuni kienu mressqa lejn il-grawnd u għamluhom taħt koperta, operazzjonijiet li kienu mlestija lejn il-bidu tal-millenju.

L-ewwel staġun ta' Hoddle, l-1992–1993, ra lil Chelsea titlef bil-mod il-forma, imma r-riskju temporanju ta' relegazzjoni kien minsi grazzi għall-gowls tal-akkwist il-ġdid Mark Stein, imħallas £1,500,000 lil Stoke City, li kien figura mportanti fis-salvazzjoni tat-tim. Fl-istess staġun il-"Blues" waslu finalisti tal-FA Cup, fejn affrontaw liċ-ċampjins tal-Premiership, Manchester United, skwadra li l-Chelsea kienu rebħulhom 1–0 fiż-żewġ partiti tal-kampjonat. L-ewwel taqsima tal-logħob għalqet 0–0, imma f'ħin ta' ħames minuti fit-tieni parti tal-logħob lil Manchester United ingħataw żewġ penalties, fejn it-tnejn kienu traformati għal gowls. Chelsea marru fuq l-attakk imma r-rivali ħolqu għal darbtejn kontra-attakk għall-finali tal-logħba ta' 4–0. It-telfa kienet waħda kbira, imma xorta tat lil Chelsea l-kwalifikazzjoni għat-Tazza tat-Tazez Ewropej 1994–1995, wara li Manchester United kienu diġà akkwistaw il-kwalfifikazzjoni fil-UEFA Champions League. F'dik l-edizzjoni, Chelsea laħqu s-semi-finali, fejn sfaw eliminiat minn Real Zaragoza, rebbieħa eventwali tat-trofew.

Il-"Blues" kellhom issa skwadra diċenti bi plejers ta' klassi, fejn fost l-aktar importanti kien hemm il-kaptan Dennis Wise. Iċ-ċermen Ken Bates u d-direttur sportiv Matthew Harding kienu qed jiġbru somma ta' flus biex jinvestu fi plejers ġodda. Fis-sajf tal-1995 waslu fi Stamford Bridge żewġ stilel ta' fama mondjali, it-talent Netherlandiż Ruud Gullit (trasferiment b'xejn minn Sampdoria) u l-attakkant ta' Manchester United Mark Hughes (imħallas £1.5 miljun), flimkien mad-difensur Rumen Dan Petrescu. Hoddle wassal lil Chelsea għal darb'oħra fil-11-il post tal-istaġun 1995-96 u semi-finali oħra tal-FA Cup, u wara ħalla lill-klabb biex jieħu l-inkarigu ta' kowċ tat-tim nazzjonali Ingliż.

Twelid ġdid: Gullit, Vialli e Zola (1996–2000)

[immodifika | immodifika s-sors]

Għall-istaġun 1996–1997, Gullit ħa l-post ta' plejer-kowċ, fejn żied diversi plejers ta' livell għoli għall-iskwadra: l-attakkant ta' Juventus ċampjin tal-Ewropa Gianluca Vialli, id-difensur espert Franċiż Frank Lebœuf u l-plejers nazzjonali Taljani Gianfranco Zola, li maż-żmien sar wieħed mill-aktar maħbubin mill-benjamini ta' Chelsea u wieħed mil-aqwa plejers fl-istorja tal-klabb, u Roberto di Matteo, li ġie mixtri għal rekord tal-klabb, £4,900,000. Flimkien ma' dawn, waslu wkoll, il-midfilder prolifiku Urugwajan Gustavo Poyet, u l-attakkant Tore André Flo, ta' nazzjonalità Norveġiża. Kien b'dan it-tim li Gullit u s-suċċessur tiegħu ħarġu lil Chelsea bħala wieħed mill-aqwa timijiet Ingliżi, kapaċi li jesperimentaw futbol veloċi u pjaċevoli.

Gullit għamel debutt tajjeb bħala kowċ. L-iskwadra waslet is-sitt post, l-aqwa post mill-1989–90, u temm iż-żmien ta' mingħajr suċċessi wara li rebaħ l-FA Cup. Probabilment l-aktar partita mportanti kienet dik kontra Liverpool fir-raba' rawnd. Fi żvantaġġ ta' 2–0 fl-intervall, Gullit daħħal lil Hughes fil-grawnd, u dan mal-ewwel ħalla l-marka hekk kif skorja gowl ftit minuti mid-dħul tiegħu fil-logħob u assista lil Zola għal gowl minn 25 metru. Hekk kif irnexxielhom jagħmlu rimonta, Chelsea ibbenefikaw bid-doppjetta ta' Vialli (riżultat finali ta' 4–2). Il-finali kienet kontra Middlesbrough u din spiċċat bl-iskor favorevoli ta' 2–0: Di Matteo skorja l-aktar gowl veloċi fl-istorja tat-Tazza Ingliża wara biss 43 sekonda mit-tisfira tal-bidu; Eddie Newton għalaq il-partita fl-aħħar minuti. Ir-rebħa tat tmiem tajjeb tal-istaġun; staġun li kien dominat mit-telfa tad-direttur sportiv popolari u benefattur finanzjarju Matthew Harding, li miet f'Ottubru 1996, f'inċident tal-ħelikopter meta kien qed jirritorna lura mill-partita tal-League Cup kontra Bolton Wanderers.

Gullit kien eżonerat f'daqqa waħda fi Frar 1998, probabilment minħabba li ma kienx hemm qbil fuq il-kuntratt[5], bil-"Blues" it-tieni fil-Premiership u fis-semi-finali taż-żewġ kompetizzjonijiet nazzjonali. Kien deċiż li jippuntaw għal darb'oħra fuq il-formula ta' plejer-kowċ, fejn din id-darba kien Gianluca Vialli li kien se jieħu ħsieb l-iskwadra. It-Taljan beda l-karriera tiegħu tajjeb ħafna, fejn rebaħ żewġ trofej f'xahrejn. Fil-League Cup, it-tim minn Londra rebaħ b'riżultat ieħor ta' 2–0 kontra Middlesbrough f'Wembley (Di Matteo għal darb'oħra jiskorja gowl). Fit-Tazza tat-Tazez Ewropej 1997–98 eliminaw lil Vicenza fis-semi-finali mimlija emozzjonijiet: huma tilfu barra minn darhom 1–0 fl-ewwel leg, il-"Blues" sofrew gowl fil-partita ta' ritorn fi Stamford Bridge, imma rnexxielhom jirbħu 3–1 grazzi fuq kollox għal Hughes. Fil-finali huma rebħu lil VfB Stuttgart f'Råsunda Stadium fi Stokkolma, b'Zola jiskorja l-gowl rebbieħ meta kien għadu kemm daħal fil-grawnd 17-il sekonda qabel. Fis-sajf ta' dik i-sena waslet is-Supercup Ewropeja, mirbuħa għall-ispejjeż tal-favoriti Real Madrid fl-ewwel edizzjoni tal-kompetizzjonji f'logħba unika fi Stade Louis II ta' Monako (1–0, gowl ta' Poyet).

Fl-istaġun 1998–99, Chelsea reġgħu rritornaw għall-ġlieda għat-titlu Ingliż wara ħafna snin. Minkejja telfa inizzjali kontra Coventry City, baqgħet mhux megħluba sa' Jannar, fejn marru fil-quċċata tal-klassifika fil-Milied. Il-possibilità tar-rebħ tal-kampjonat sfumaw wara telfa ġewwa darhom kontra West Ham United u pari konsekuttivi kontra Middlesbrough, Leicester City u Sheffield Wednesday f'April. Il-klabb wasal fit-tielet post, erba' punti 'l bogħod miċ-ċampjins Manchester United. Id-difiża tat-Tazza tat-Tazez mirbuħa fis-sena ta' qabel tispiċċa meta fis-semi-finali kienu eliminati minn RCD Mallorca, waqt li fit-tazez nazzjonali l-oħra sfaw ukoll eliminati fil-kwarti tal-finali. It-tielet post fil-kampjonat tathom għall-ewwel darba fl-istorja tal-klabb, il-kwalifikazzjoni fiċ-Champions League.

Erbgħa u erbgħin sena wara li kienu miċħudin mill-aċċess għall-ewwel edizzjoni tal-kampjonat, Chelsea għamlu d-debutt tagħhom fl-aqwa kompetizzjoni Ewropeja f'Awwissu 1999 u huma rnexxielhom jagħmlu serje ta' prestazzjonijiet impressjonanti fosthom ir-rebħiet f'San Siro u fi Stadio Olimpico kontra Milan u Lazio rispettivament, kif ukoll rebħa kbira ta' 5–0 barra minn darhom kontra t-Torok ta' Galatasaray. Fl-ewwel leg tal-kwarti tal-finali fi Stamford Bridge kontra Barcelona, Chelsea marru 3–0 fil-vantaġġ u laqqat gowl fil-finali ta' Luís Figo barra minn daru. Seba' minuti mit-tmiem tal-partita ta' ritorn f'Camp Nou il-Chelsea, minkejja li kienu qed jitilfu 2–1, kien kwalifikat, imma l-Ispanjoli skurjaw il-gowl tat-3–1 li poġġa l-partita fil-ħinijiet supplementari. Hawnhekk, il-Katalani skurjaw żewġ gowls oħra u qatgħu qalbu l-Brittaniċi, biex tilfu 5–1 (skor aggregat ta' 6–4).

Chelsea, li issa kienet skwadra multinazzjonali li kienu jinkludu plejers bħal Magic Box Zola, Di Matteo, Poyet, il-gowlkiper Netherlandiż Ed de Goey u t-triju Franċiż rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja 1998 Frank Lebœuf, Marcel Desailly u Didier Deschamps. Taħt Vialli, it-tim kellu jsir l-ewwel tim fl-istorja tal-futbol Ingliż li mal-ewwel ħdax kellu biss plejers barranin, u dan juri l-internazzjonaliżmu li kien qed jikber fil-logħba. Fl-istaġun 1999–2000 il-formazzjoni minn Londra ma rnexxilhiex tkun involuta fuq iż-żewġ naħat tal-Premier League u Champions League u għalqet staġun deludenti fil-ħames post tal-kampjonat. Vialli rnexxielu jwassal lit-tim għat-tieni suċċess fil-finali tal-FA Cup f'erba' snin, din id-darba kontra Aston Villa fl-aħħar finali li ntlagħbet f'Wembley minħabba li kellu jingħalaq għal ristruttarazzjoni. Determinanti kien il-gowl għal darb'oħra ta' Di Matteo. F'Awwissu kienet konkwistata l-Charity Shield b'rebħa ta' 2–0 kontra Manchester United: Vialli sar l-aktar kowċ b'suċċess fil-gwida tat-tim ta' Chelsea.

Claudio Ranieri (2000–2004) u l-wasla ta' Abramovich (2003)

[immodifika | immodifika s-sors]

Vialli għamel użu ta' £26 miljun biex jinforza l-iskwadra matul is-sajf. Kienu mixtrija l-iskorer Netherlandiż Jimmy Floyd Hasselbaink u l-attakkant talentuż Iżandiż Eiður Guðjohnsen, imma l-kowċ Taljan kien imkeċċi f'Settembru 2000 wara li kien rebaħ partita waħda mill-ewwel ħamsa tal-kampjonat. Għal darb'oħra kien hemm għajdut li Vialli kellu xi jgħid ma xi plejers importanti.[6] Kien sostitwit minn Taljan ieħor, Claudio Ranieri, fejn minkejja l-problemi inizzjali bil-lingwa Ingliża, kien kapaċi jiggwida lill-klabb għal post ieħor fost l-ewwel sitt fl-ewwel staġun. Ranieri bena l-iskwadra mill-ġdid bil-paċenzja kollha, biex niżżel l-età medja bil-bejgħ ta' Wise u Poyet, u ssostwixxihom bi plejers żgħażagħ bħal John Terry, William Gallas, Frank Lampard u Jesper Grønkjær.

Roman Abramovich

It-tieni staġun ta' Ranieri ra xi progessi, speċjalment fit-tazez. Infatti, il-Chelsea laħqu s-semi-finali tal-League Cup u finali oħra tal-FA Cup, kompetizzjoni li tilfuha kontra Arsenal, li f'dik is-sena rebħu d-double. Fil-kampjonat il-passi l-quddiem ma tantx kienu kbar u Chelsea spiċċaw għal darb'oħra fis-sitt post. F'dak iż-żmien kien hemm għajdut fuq is-sitwazzjoni finanzjarja perikoluża tal-klabb, fejn huma ma setgħux jakkwistaw plejers. Inaspettatament huma kienu xorta fil-ġlieda għat-titlu tal-istaġun 2002–2003 u rebħu lil Liverpool 2–1 fl-aħħar ġurnata , f'waħda mill-aqwa partiti fl-istorja tal-kalabb. Is-suċċess kontra t-tim minn Merseyside ta r-raba' post u tahom l-aħħar post eliġibbli biex jikkwalifikaw għaċ-Champions League.

Bil-klabb fi kriżi ekonomika[7] f'Ġunju 2003 Bates, inaspettatament, biegħ il-klabb għal ċifra ta' £60 miljun lil billjunarju Russu.[8] Kien rappurat li Bates għamel profitt personali ta' £17-il miljun minn fuq il-klabb li kien akkwistah għal £1 fl-1982. Il-proprjetarju l-ġdid tal-klabb sar ir-Russu Roman Abramovich, u dan ħa mal-ewwel ir-responsabbilità li jħallas parti kbira tad-dejn ta' £80 miljun li kellu l-klabb. Wara hu għamel kampanja akkwisti, fi spiża totali ta' £100 miljun qabel il-bidu tal-istaġun u ġab plejers bħal Claude Makélélé, Geremi, Glen Johnson, Joe Cole u Damien Duff.

L-ispiża li saret tat ritorn tajjeb, hekk kif Chelsea spiċċaw it-tieni fil-Premiership (l-aqwa pożizzjoni fil-klassfika f'49 sena) u laħqu s-semi-finali taċ-Champions League wara li drammatikament eliminaw lil Arsenal fil-kwarti tal-finali. Imma Ranieri kien eżonerat wara li kien għamel deċiżjoni tattiċi ħżiena kontra AS Monaco u minħabba li spiċċa l-istaġun mingħajr ebda trofew. Il-pubbliku ta' Chelsea tah ħajr għas-servizz tiegħu lill-klabb speċjalment fl-aħħar partita kontra Leeds United. Kienet proprju din il-partita li tat lill-benjamini idea dwar kif kien ikun li kieku Abramovich ma kienx ħa f'idejh it-tim: l-iskwadra għelbet lit-tim oppost b'kowċ li kien se jkun eżonerat u b'theddida ta' instabilità finanzjarja. Abramovih ta l-post ta' Ranieri lil José Mourinho (li kien rebaħ żewġ titli tal-kampjonat Portugiż, Tazza Portugiża, Tazza taċ-Ċampjins u t-Tazza UEFA ma' FC Porto).

José Mourinho (2004–2007)

[immodifika | immodifika s-sors]

L-istaġun 2004–2005 jibqa' bħala l-akbar suċċess fl-istorja ta' Chelsea FC. Wara bidu diffiċli fil-kampjonat, fejn skurjaw biss tmien gowls fl-ewwel disa' logħbiet u b'distakk ta' ħames punti minn Arsenal, il-kampanja għat-titlu bdiet bl-għajnuna tal-aqwa skorer tagħhom Frank Lampard u anki bir-ritorn tal-plejer Netherlandiż Arjen Robben; bl-għajnuna tagħhom huma rnexxielhom jirbħu aktar u jiskurjaw aktar. Huma marru fl-ewwel post tal-klassifika f'Novembru 2004 b'rebħa kontra Everton, u minn dak inhar qatt ma ċedew posthom b'telfa waħda u jirbħu 29 logħba, b'total rekord ta' 95 punt. Id-difiża kienet l-inqas li sofriet gowls, b'total ta' 15-il gowl l-istaġun kollu. Chelsea ikkunsolidaw ir-rebħa tal-kampjonat wara r-rebħa barra minn darhom bl-iskor ta' 2–0 fuq Bolton Wanderers grazzi għal doppjetta ta' Lampard, biex b'hekk rebħu t-tieni titlu wara kważi ħamsin sena ta' stennija. Huma kienu wkoll rebħu lil Liverpool fil-finali tal-League Cup fil-Millenium Stadium.

Fiċ-Champions League, Chelsea għaddew mill-ewwel fażi b'żewġ partiti oħra x'jintlagħbu biex b'hekk iltaqgħu ma' waħda mill-aqwa timijiet tal-Ewropa, Barcelona. Fi Nou Camp, Chelsea marru fil-vantaġġ 1–0 u wara spiċċaw bi plejer inqas wara li Didier Drogba ġie mkeċċi; Barcelona spiċċaw rebħu 2–1. Mourinho, wara l-logħba, allega li l-kowċ ta' Barcelona Frank Rijkaard kien tkellem mar-referì Anders Frisk fi tmiem l-ewwel taqsima u li hu kien ikkorrotta r-riżultat.[9] Mourinho spiċċa sospiż għal żewġ partiti. Chelsea rebħu fi Stamford Bridge, b'gowl kontroversjali ta' John Terry bl-iskor ta' 4–2. Fil-kwarti tal-finali huma eliminaw lil Bayern Munich bl-iskor ta' 6–5. Kontra Liverpool, fis-semi-finali huma spiċċaw 0–0 f'darhom u f'Anfield grazzi għal gowl kontroversjali huma spiċċaw barra mill-kompetizzjoni.

Sena wara Chelsea rnexxielhom iżommu t-titlu tal-kampjonat, b'aktar rekords. Huma rnexxielhom jirbħu l-ewwel disa' partiti, fejn tinkludi r-rebħa ta' 4–1 fuq Liverpool f'Anfield. F'ċertu stadju huma kienu 18-il punt fuq Manchester United. Wara forma mhux daqshekk tajba lejn l-aħħar tal-kampjonat u b'Manchester United b'disa' rebħiet konsekuttivi, id-distakk bejn l-ewwel żewġ timijiet kien dak ta' seba' punti. Huma assiguraw ir-rebħa tat-titlu b'rebħa ta' 3–0 fuq United fi Stamford Bridge. Huma saru l-ewwel tim minn Londra li rebħu l-kampjonat darbtejn konsekuttivament mill-1930, u l-ħames tim li għamel dan wara t-Tieni Gwerra Dinjija. Huma wettqu rekord fejn f'darhom irnexxielhom jirbħu 18-il logħba u jispiċċaw pari waħda minn dsatax-il logħba. Fil-kompetizzjonijiet l-oħra ma tantx kellhom suċċess hekk kif fiċ-Champions League spiċċaw eliminati minn Barcelona u fis-semi-finali tal-FA Cup minn Liverpool.

Il-plejers ta' Chelsea waqt festa wara r-rebħa tal-FA Cup 2007, miksuba wara li rebħu lil Manchester United f'Wembley

L-istaġun 2006–2007 raw lil Chelsea jċedu t-titlu lil Manchester United wara li damu ħafna fit-tieni post tal-kampjonat matul l-istaġun kollu. Huma xorta kellhom ċans li jirbħu erba' trofej fl-aħħar ta' April. Huma rebħu l-League Cup bl-iskor ta' 2–1 fuq Arsenal, fl-aħħar finali li qatt saret fil-Millenium Stadium. Huma rebħu wkoll 1–0 lil Manchester United fl-ewwel finali tal-FA Cup li saret f'Wembley Stadium il-ġdid; Chelsea kienu wkoll l-aħħar tim li rebħu l-FA Cup fil-Wembley il-qadim. Huma waslu sal-finali taċ-Champions League, imma spiċċaw barra wara l-għoti tal-penalties kontra Liverpool.

Wara Mourinho: Grant jieħu postu (2007–08)

[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-20 ta' Settembru 2007, kien imħabba li Mourinho ħalla lil Chelsea bi "ftehim kollettiv"[10] wara diversi xhur ta' konfront bejn Mourinho u Abramovich.[11] Ftit wara Avram Grant, li kien appuntat bħala d-direttur tal-futbol ta' Chelsea fit-8 ta' Lulju 2007, sar is-suċċessur ta' Mourinho,[12] bi Steve Clarke ikun l-assistent tiegħu.[13] Chelsea tilfu l-finali tal-League Cup 2008 f'Wembley 2–1 kontra Tottenham Hotspur. Il-"Blues" marru fil-vantaġġ permezz ta' Didier Drogba però Dimitar Berbatov kiseb il-pari minn penalty u Jonathan Woodgate skorja l-gowl tar-rebħa fil-ħin supplementari. Fit-30 ta' April 2008, Chelsea rebħu s-semi-finali taċ-Champions League kontra Liverpool bl-iskor aggregat ta' 4–3, biex b'hekk laħqu għall-ewwel darba fl-istorja tal-klabb il-finali ta' din il-kompetizzjoni.

Madanakollu, kollox dar kontrihom. Chelsea daħlu fl-aħħar partita tal-kampjonat bl-istess punti ma' Manchester United. Huma ma rnexxielhomx jirbħu lil Bolton Wanderers fejn kienu miżmuma f'pari, waqt li United ittrijunfaw 2–0 kontra Wigan Athletic. Il-taħbit tal-qalb kompla fil-finali tal-UEFA Champions League 2007–08. Il-partita marret għall-għoti tal-penalties, u Chelsea kellhom iċ-ċans li jirbħuha kieku John Terry skorja. Madanakollu, hu żelaq hekk kif kien qed jagħti l-penalty u United rebħulhom għal darb'oħra. Avram Grant spiċċa eżonerat fl-24 ta' Mejju 2008. Postu ħadu l-Brażiljan Luiz Felipe Scolari, li beda xogħlu bħala kowċ fl-1 ta' Lulju 2008.[14]

Biblijografija

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Batty, Clive (2004). Kings of the King's Road: The Great Chelsea Team of the 60s and 70s (bl-Ingliż). Vision Sports Publishing Ltd. ISBN 0-9546428-1-3.
  • Batty, Clive (2005). A Serious Case of the Blues: Chelsea in the 80s (bl-Ingliż). Vision Sports Publishing Ltd. ISBN 1-905326-02-5.
  • Cheshire, Scott (1998). Chelsea: an Illustrated History (bl-Ingliż). Breedon Books. ISBN 1-85983-143-5.
  • Glanvill, Rick (2005). Chelsea FC: The Official Biography - The Definitive Story of the First 100 senas (bl-Ingliż). Headline Book Publishing Ltd. ISBN 0-7553-1465-4.
  • Hadgraft, Rob (2004). Chelsea: Champions of England 1954-55 (bl-Ingliż). Desert Island Books Limited. ISBN 1-874287-77-5.
  • Harris, Harry (2005). Chelsea's Century (bl-Ingliż). Blake Publishing. ISBN 1-84454-110-X.
  • Mears, Brian (2004). Chelsea: A 100-sena History (bl-Ingliż). Mainstream Sport. ISBN 1-84018-823-5.
  • Mears, Brian (2002). Chelsea: Football Under the Blue Flag (bl-Ingliż). Mainstream Sport. ISBN 1-84018-658-5.
  1. ^ It-turnelli ta' Stamford Bridge kienu magħluqa meta l-ispettaturi laħqu l-kwota ta' 74,496, imma eluf komplew jidħlu illegalment. Jikkalkulaw li kien hemm total ta' 100,000 persuna.[1]
  1. ^ "TEAM HISTORY - 1940s" (bl-Ingliż). Chelsea FC. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-06-06.
  2. ^ Il-pressjoni mitfugħa fuq iċ-ċermen tal-klabb Joe Mears mill-awtoritajiet tal-futbol Ingliżi hi referenza f'dan l-artiklu tat-Telegraph. L-objezzjonijiet tas-segretarju tal-Football League Alan Hardaker huma diskussi hawnhekk.
  3. ^ Glanvill, Rick (2006). Chelsea FC: The Official Biography - The Definitive Story of the First 100 Years (bl-Ingliż). Headline Book Publishing Ltd. p. 321. ISBN 0-7553-1466-2.
  4. ^ John Parsons, Daily Mail. Quoted Mears (2002), pġ. 192.
  5. ^ "Gullit sacked" (bl-Ingliż). Telegraph. 2006-05-18.
  6. ^ "Dressing-room support sapped in Zola backlash" (bl-Ingliż). Telegraph. 2000-09-13. Miġbur 2006-08-11.
  7. ^ "Chelsea saviour arrived in time for £23 m bill" (bl-Ingliż). Telegraph. 2003-07-08. Miġbur 2006-04-11.
  8. ^ "Bates sells off Chelsea to a Russian billionaire" (bl-Ingliż). Telegraph. 2006-04-11.
  9. ^ "Uefa: Rijkaard did approach Frisk" (bl-Ingliż). The Guardian. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-06-29. Miġbur 2006-10-05.
  10. ^ "Chelsea Statement" (bl-Ingliż). Chelsea FC. 2007-09-20. Miġbur 2007-09-21.
  11. ^ "Mourinho makes shock Chelsea exit" (bl-Ingliż). BBC. 2007-09-20. Miġbur 2007-09-21.
  12. ^ "Grant given position at Chelsea" (bl-Ingliż). BBC. 2007-07-08. Miġbur 2007-09-21.
  13. ^ "Chelsea name Grant as new manager" (bl-Ingliż). BBC. 2007-09-20. Miġbur 2007-09-21.
  14. ^ "Scolari named as Chelsea manager" (bl-Ingliż). BBC. 2008-06-11. Miġbur 2008-06-03.