It-Tripletta
It-Tripletta (jew aħjar bl-Ingliż, The Treble) huwa terminu fil-futbol li jintuża' biex jirreferi għal klabb li jkun rebaħ il-kampjonat nazzjonali, l-aqwa tazza domestika u t-tazza tal-kompetizzjoni kontinentali fl-istess staġun. Ġeneralment, tripletta tinqasam fi tliet kategoriji diversi. Dawn huma, it-Tripletta Kontinentali – għal tim li jirbaħ il-kampjonat domestiku, l-aqwa tazza domestika u l-aqwa tazza kontinentali, u t-Tripletta Domestika – tikkonsisti mill-kampjonat u rebħiet fiż-żewġ tazzi nazzjonali.
L-FA Community Shield (jew trofej minuri oħra simili), is-Supertazza Ewropea (jew dawk minn konfederazzjonijiet oħra), is-Supertazzi domestiċi (bħas-Supertazza tal-Italja, is-Supertazza ta' Spanja), it-Tazza Interkontinentali, jew it-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs huma rari riferuti bħala parti mit-tripletta.
Tripletta oħra distinti hi t-Tripletta Internazzjonali, li tikkonsisti mill-aqwa kompetizzjoni kontinentali (għall-UEFA, il-Kampjonati Ewropej), it-Tazza tad-Dinja u t-Tazza tal-Konfederazzjonijiet. Din hi differenti mit-tripletti l-oħra hekk kif hu impossibbli li tirbaħ dawn kollha fi staġun wieħed jew f'sena ta' kalendarju; pajjiż li jikseb din it-tripletta hu kkunsidrat bħala d-detentur tat-tliet trofej fl-istess ħin.
Ir-rebħ ta' erba' trofej rari sseħħ, fejn din tissejjaħ Il-Kwadruplu u tikkonsisti mir-rebħ tat-tazza kontinentali u tliet tazzi domestiċi. Dan l-avveniment seħħ darba biss fl-istorja mit-tim ta' Celtic lura fl-1967.
It-Tripletta Kontinentali
[immodifika | immodifika s-sors]Din it-tip ta' tripletta tikkonsisti minn klabb jirbaħ l-ogħla livell tal-kampjonat nazzjonali u r-rebħ tal-aqwa kompetizzjoni domestika (Id-Doppjetta), flimkien mal-kampjonat kontinentali, dawn kollha fi staġun wieħed. Dan it-tragward intlaħaq l-ewwel darba mit-tim ta' Celtic fl-1967, meta dan rebaħ il-kampjonat Skoċċiż, it-Tazza Skoċċiża u t-Tazza taċ-Ċampjins, u kif ukoll il-League Cup. Minn dakinhar 'il quddiem, erba' timijiet oħra laħqu dan it-tragward fl-Ewropa, waqt li erba' Afrikani, żewġ Ażjatiċi u tim Nord-Amerikan irrepetew ir-rebħ tat-tripletta.
It-Tripletta Domestika
[immodifika | immodifika s-sors]Din it-tip ta' tripletta tikonsisti minn klabb li jirbaħ l-ogħla diviżjoni tal-pajjiż flimkien mal-aqwa żewġ tazzi domestiċi, kollha fi staġun wieħed
It-Tripletta Internazzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]Din it-tripletta tinvolvi dawk it-timijiet nazzjonali li rnexxielhom jirbħu tliet trofej fl-istess żmien. Dawn it-tip ta' tripletti huma impossibbli li jiġu miksuba fi staġun wieħed, u ġeneralment tikkonsisti mir-rebħ tal-kampjonat kontinentali tat-tim, it-Tazza tad-Dinja u t-Tazza tal-Konfederazzjonijiet.
Pajjiż | Sena | Titli mirbuħa għat-tripletta |
---|---|---|
Brażil | 1997 | Tazza tad-Dinja 1994, Copa America 1997 Tazza tal-Konfederazzjonijiet 1997 |
Franza | 2001 | Tazza tad-Dinja 1998, Kampjonati Ewropej 2000, Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2001 |
Brażil | 2005 | Tazza tad-Dinja 2002, Copa America 2004, Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2005. |