Parteċipazzjoni fil-Festival tal-Eurovision
Disgħa u erbgħin pajjiż ipparteċipa fil-Festival tal-Eurovision mill-bidu tiegħu fl-1956. Minn dawn, erbgħa u għoxrin rebħu l-festival. Il-festival, organizzat mill-European Broadcasting Union (EBU), isir kull sena bejn il-membri tal-Unjoni. Ix-xandara ta' pajjiżi differenti jibgħatu kanzunetta li tirrapreżenta l-pajjiż, u jivvutaw biex jiddeterminaw l-aqwa kanzunetta fil-kompetizzjoni.
Parteċipazzjoni fil-festival hi miftuħa għal kull membru attiv tal-EBU. Biex tkun membru attiv, ix-xandara jridu jkunu fil-European Broadcasting Area, jew fil-Kunsill tal-Ewropa ta' dak il-pajjiż membru.[1] Biex wieħed ikun eleġibbli li jipparteċipa ma jkunx iddeterminat skont il-pożizzjoni ġeografika fl-Ewropa, minkejja il-kelma "Euro" fil-kelma "Eurovision". L-Iżrael, pajjiż mil-Lvant Nofsani, ilu jipparteċipa mill-1973.
In-numru ta' nazzjonijiet parteċipanti kiber ġmielu matul is-snin, minn seba' fl-1956 sa aktar minn għoxrin lejn tmiem is-snin tmenin. Hekk kif in-numru ta' kontestanti kiber, kompetizzjonijiet preliminarji u relegazzjoni ġew introdotti, biex jassiguraw li numru konsiderevoli ta' pajjiżi jkollhom ċans li jipparteċipaw. Fl-1993, festival preliminarju, Kvalifikacija za Millstreet, kien sar f'Ljubljana biex jintgħażlu tliet pajjiżi mil-Lbiċ tal-Ewropa biex jikkompetu fil-finali. Wara l-1993, ir-regola ta' relegazzjoni ġiet introdotta; dawk li kklassifikaw fl-aħħar sitt postijiet ma setgħux jikkompetu fl-edizzjoni ta' wara. Fl-1996, sistemà ġdida kienet introdotta. Tejps tad-disgħa u għoxrin kontestant kienu ntbagħtu lill-ġurija nazzjonali. L-aqwa tnejn u għoxrin jikkwalifikaw għall-finali. In-Norveġja bħala l-ospitu tal-kompetizzjoni, ingħatat post awtomatiku fil-finali. Mill-1997 sal-2001, sistemà ġdida ġiet użata fejn il-pajjiżi li kisbu medja żgħira ta' punti f'dawk l-aħħar ħames snin, jispiċċaw relegati. Il-pajjiżi ma setgħux jiġu relegati aktar minn sena waħda.
Bejn l-2001 u l-2003, is-sistemà tar-relegazzjoni li kienet użata bejn l-1994 u l-1995, reġgħet ġiet użata. Fl-2004, is-semifinali ġiet introdotta. L-aqwa għaxar pajjiżi fl-edizzjoni ta' qabel, flimkien mal-"L-Aqwa Erbgħa" , jikkwalifikaw għall-finali tal-edizzjoni ta' wara awtomatikament. Il-pajjiżi jidħlu fis-semi-finali, fejn iħallu finali ta' erbgħa u għoxrin. Fl-2008, saru għall-ewwel darba żewġ semifinali.[2]
Xi pajjiżi, bħall-Ġermanja u r-Renju Unit, daħlu f'kull edizzjoni; il-Marokk, min-naħa l-oħra, daħlu darba biss. Żewġ pajjiżi, it-Tuneżija u l-Libanu ppruvaw jidħlu qabel ma daħlu fil-Festival. Il-Liechtenstein, minħabba li m'għandhomx stazzjon tat-televiżjoni tagħhom, ma setgħux jidħlu fl-1969 u fl-1976.[3]
Parteċipanti
[immodifika | immodifika s-sors]Pajjiż | Sena debuttanti | Parteċipazzjonijiet | Rebħiet |
---|---|---|---|
Albanija | 2004 | 8 | 0 |
Andorra | 2004 | 6 | 0 |
Armenja | 2006 | 6 | 0 |
Awstrija | 1957 | 44 | 1 |
Ażerbajġan | 2008 | 4 | 1 |
Bjelorussja | 2004 | 8 | 0 |
Belġju | 1956 | 53 | 1 |
Bosnja-Ħerzegovina | 1993 | 17 | 0 |
Bulgarija | 2005 | 7 | 0 |
Ċipru | 1981 | 29 | 0 |
Danimarka | 1957 | 40 | 2 |
Estonja | 1994 | 17 | 1 |
Finlandja | 1961 | 45 | 1 |
Franza | 1956 | 54 | 5 |
Ġeorġja | 2007 | 4 | 0 |
Ġermanja | 1956 | 55 | 2 |
Greċja | 1974 | 32 | 1 |
Irlanda | 1965 | 45 | 7 |
Italja | 1956 | 37 | 2 |
Iżlanda | 1986 | 24 | 0 |
Iżrael | 1973 | 34 | 3 |
Jugożlavja | 1961 | 27 | 1 |
Kroazja | 1993 | 19 | 0 |
Latvja | 2000 | 12 | 1 |
Litwanja | 1994 | 12 | 0 |
Lussemburgu | 1956 | 37 | 5 |
Maċedonja | 1998 | 11 | 0 |
Malta | 1971 | 24 | 0 |
Marokk | 1980 | 1 | 0 |
Moldova | 2005 | 7 | 0 |
Monako | 1959 | 24 | 1 |
Montenegro | 2007 | 3 | 0 |
Norveġja | 1960 | 50 | 3 |
Netherlands | 1956 | 52 | 4 |
Polonja | 1994 | 16 | 0 |
Portugall | 1964 | 45 | 0 |
Renju Unit | 1957 | 54 | 5 |
Repubblika Ċeka | 2007 | 3 | 0 |
Rumanija | 1994 | 13 | 0 |
Russja | 1994 | 15 | 1 |
Serbja | 2007 | 5 | 1 |
Serbja u Montenegro | 2004 | 2 | 0 |
Slovakkja | 1994 | 6 | 0 |
Slovenja | 1993 | 17 | 0 |
Spanja | 1961 | 51 | 2 |
Turkija | 1975 | 33 | 1 |
Ukrajna | 2003 | 9 | 1 |
Ungerija | 1994 | 9 | 0 |
Żvezja | 1958 | 51 | 4 |
Żvizzera | 1956 | 52 | 2 |
Pajjiżi li pruvaw jipparteċipaw
[immodifika | immodifika s-sors]Pajjiż | Sena | Noti | Ref |
---|---|---|---|
Libanu | 2005 | Il-Libanu irtiraw mill-edizzjoni tal-2005 minħabba li Téle Liban ma kienx se jiggarantixxi jekk kienx se jxandar il-kanzuentta Iżraelita, wara li l-EBU assiguraw li huma kienu se juru s-serata sħiħa. Din kienet se tikser ir-regoli tal-festival. | [4][5] |
Liechtenstein | 1969 u 1974 | Il-Liechtenstein ma kellux stazzjoni membru tal-EBU u b'hekk ma kienx eleġibbli li jidħol fil-festival. Madanakollu, il-Liechtenstein issa għadhom stazzjon, li b'hekk iħallihom isiru membru tal-EBU jekk iridu. | [3][6] |
Tuneżija | 1977 | It-Tuneżija kienet se tkanta fir-raba' post tal-edizzjoni tal-1997. Ir-raġuni tal-irtirar tal-pajjiż qatt ma stabbilit uffiċjalment; xi għajdut isostnu li ERTT ma ridux jikkompetu mal-Iżrael. | [3] |
Biblijografija
[immodifika | immodifika s-sors]- O'Connor, John Kennedy (2005). The Eurovision Song Contest 50 Years The Official History. Londra: Carlton Books Limited. ISBN 1-84442-586-X.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ EBU, ed. (22-02-2006). "Membership conditions" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2006-02-06. Miġbur 2008-02-24. Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=
(għajnuna) - ^ eurovision.tv, ed. (01-10-2007). "Two semi-finals Eurovision Song Contest 2008" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=
(għajnuna) - ^ a b ċ BBC, ed. (26-04-2007). "The Eurovision Song Contest 1956 - present" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=
(għajnuna) - ^ BBC News, ed. (18-03-2005). "Lebanon withdraws from Eurovision" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=
(għajnuna) - ^ Al Bawaba, ed. (29-03-2005). "Lebanon officially withdraws from Eurovision" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=
(għajnuna) - ^ Michael, Kuipers (24-08-2008). Esctoday (ed.). "Liechtenstein gets its own TV station" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=
(għajnuna)