Tazza tal-Konfederazzjonijiet
|
Staġun jew kompetizzjoni attwali: Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2013 | |
| Sport | Futbol |
|---|---|
| Fundazzjoni | 1992 |
| Nru. ta' timijiet | 8 |
| Reġjun | Internazzjonali (FIFA) |
| Ċampjin attwali |
|
| L-aktar rebħiet |
|
| Sit elettroniku | fifa.com |
It-Tazza tal-Konfederazzjonijiet hija kompetizzjoni internazzjonali tal-futbol għat-timijiet nazzjonali, li ssir kull erba' snin mill-FIFA. Dan it-turnew jinvolvi lir-rebbieħa individwali tal-kampjonati tas-sitt konfederazzjonijiet tal-FIFA (CAF, CONMEBOL, UEFA, AFC, OFC, CONCACAF) flimkien mar-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja u l-pajjiż ospitu, biex iġib in-numru ta' parteċipanti għal tmienja.
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]L-ewwel Tazza tal-Konfederazzjonijiet (li kienet għadha ma tissejaħx hekk) saret fl-1992 ġewwa l-Arabja Sawdija, u dan l-istess pajjiż ospita ż-żewġ edizzjonijiet suċċessivi tal-1995 u l-1997. L-ewwel edizzjoni rat lill-Arġentina terfa' l-"King Fahd Cup", f'isem ir-Re u l-Prim Ministru tal-Arabja Sawdija li kien beda dan it-turnew, quddiem tliet avversarji oħra li kienu l-Istati Uniti, il-Kosta tal-Avorju u l-Arabja Sawdija. Fl-1995 in-numru ta' parteċipanti ġie estiż għal sitt f'żewġ gruppi ta' tlieta. Ir-rebbieħa kienet id-Danimarka b'rebħa sorpriża fil-finali kontra l-Arġentina bl-iskor ta' 2–0.
Fl-1997 il-FIFA organizzat direttament dan it-turnew u n-numru ta' parteċipanti kiber għal tmienja. Il-Brażil ta' Romario rebħet din l-edizzjoni b'rebħa ta' 6–0 fuq is-sorpriża tal-kampjonat, l-Awstralja. L-edizzjoni tal-1999 rat it-trijonf tal-ospiti tal-Messiku; suċċess li kellu aktar importanza wara r-rebħa ta' 4–3 fil-finali kontra l-finalisti telliefa tat-Tazza tad-Dinja preċedenti, il-Brażil, li kienu għadhom iżommu t-titlu ta' din il-kompetizzjoni f'idejhom. L-edizzjoni tal-2001 saret fil-Korea t'Isfel u l-Ġappun u serviet ta' prova ġenerali għall-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja tas-sena suċċessiva organnizzata mill-istess żewġ pajjiż. Franza ħarġu rebbieħa fuq il-finalisti Ażjatiċi tal-Ġappun bl-iskor ta' 1–0.
Fl-2003 it-turnew sar fi Franza, u kienu huma stess li baqgħu jżommu dan it-titlu; din id-darba l-vittma fil-finali kien il-Kamerun. Din l-edizzjoni tibqa' mfakkra għat-telfa traġika tal-Kameruniż Marc Viven Foe, waqt il-partita tas-semifinali bejn il-Kolombja u l-Kamerun; fis-73 tal-partita, il-midfilder waqa' mal-art wara li tilef sensieh. Minkejja t-tentattivi kollha mit-tobba u l-assistenti mediċi, il-plejer miet siegħa wara.
Sa issa, l-aħħar edizzjoni tal-2005, ġiet ospitat fil-Ġermanja, il-pajjiż li ospita fis-sena ta' wara t-Tazza tad-Dinja. Il-Brażiljani reġgħu ħarġu rebbieħa, din id-darba bl-iskor ta' 4–1 fuq ir-rivali eterni tal-Arġentina. Protagonista ta' din l-edizzjoni kien Adriano, li spiċċa l-aqwa skorer b'ħames gowls.
Riżultati
[immodifika | immodifika s-sors]King Fahd Cup
[immodifika | immodifika s-sors]| Sena | Ospitu | Finali | Partita għat-tielet post | ||||
|---|---|---|---|---|---|---|---|
| Rebbieħ | Riżultat | Finalista tellief | It-tielet post | Riżultat | Ir-raba' post | ||
| 1992[1] Dettalji |
Arġentina |
3–1 | Arabja Sawdija |
Stati Uniti |
5–2 | Kosta tal-Avorju | |
| 1995[1] Dettalji |
Danimarka |
2–0 | Arġentina |
Messiku |
1–1 (5–4 pen) |
Niġerja | |
Tazza tal-Konfederazzjonijiet
[immodifika | immodifika s-sors]| Sena | Ospitu | Finali | Partita għat-tielet post | ||||
|---|---|---|---|---|---|---|---|
| Rebbieħ | Riżultat | Finalista tellief | It-tielet post | Riżultat | Ir-raba' post | ||
| 1997 Dettalji |
Brażil |
6–0 | Awstralja |
Repubblika Ċeka |
1–0 | Urugwaj | |
| 1999 Dettalji |
Messiku |
4–3 | Brażil |
Stati Uniti |
2–0 | Arabja Sawdija | |
| 2001 Dettalji |
Franza |
1–0 | Ġappun |
Awstralja |
1–0 | Brażil | |
| 2003 Dettalji |
Franza |
1–0 (gowl tad-deheb) |
Kamerun |
Turkija |
2–1 | Kolombja | |
| 2005 Dettalji |
Brażil |
4–1 | Arġentina |
Ġermanja |
4–3 (ħb) |
Messiku | |
| 2009 Dettalji |
Brażil |
3–2 | Stati Uniti |
Spanja |
3–2 (ħb) |
Afrika t'Isfel | |
Timijiet nazzjonali ta' suċċess
[immodifika | immodifika s-sors]| Tim | Titli | Finalista tellief |
|---|---|---|
| 3 (1997, 2005, 2009) | 1 (1999) | |
| 2 (2001, 2003*) | - | |
| 1 (1992) | 2 (1995, 2005) | |
| 1 (1995) | ||
| 1 (1999*) | ||
| - | 1 (1997) | |
| - | 1 (2003) | |
| - | 1 (2001*) | |
| - | 1 (1992*) | |
| - | 1 (2009) |
- *: ospiti
Plejers
[immodifika | immodifika s-sors]L-aqwa skorers
[immodifika | immodifika s-sors]- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Lista tal-iskorers fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet.
| Poż. | Plejer | Gowls | Dettall |
|---|---|---|---|
| 1 | 9 | 3 fl-1997 u 6 fl-1999 | |
| 9 | 6 fl-1999 u 3 fl-2005 | ||
| 3 | 7 | 2 fl-2003 u 5 fl-2005 | |
| 7 | 7 fl-1997 | ||
| 5 | 6 | 6 fl-1999 |
Parteċipazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]| Tim | 1992 |
1995 |
1997 |
1999 |
2001 |
2003 |
2005 |
2009 |
Total |
|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
| - | - | R | F | 4 | 1R | R | R | 6 | |
| - | 3 | 1R | R | 1R | - | 4 | - | 5 | |
| - | 1R | - | - | F | 1R | 1R | - | 4 | |
| F | 1R | 1R | 4 | - | - | - | - | 4 | |
| 3 | - | - | 3 | - | 1R | - | F | 4 | |
| R | F | - | - | - | - | F | - | 3 | |
| - | - | F | - | 3 | - | 1R | - | 3 | |
| - | - | - | 1R | - | 1R | - | 1R | 3 | |
| - | - | - | - | 1R | F | - | - | 2 | |
| - | - | - | 1R | - | - | - | 1R | 2 | |
| - | - | - | - | R | R | - | - | 2 | |
| - | - | - | 1R | - | - | 3 | - | 2 | |
| - | - | 1R | - | - | - | - | 4 | 2 | |
| - | - | - | 1R | - | - | - | - | 1 | |
| - | - | - | - | 1R | - | - | - | 1 | |
| - | - | - | - | - | 4 | - | - | 1 | |
| 4 | - | - | - | - | - | - | - | 1 | |
| - | - | 3 | - | - | - | - | - | 1 | |
| - | R | - | - | - | - | - | - | 1 | |
| - | - | - | - | - | - | 1R | - | 1 | |
| - | - | - | - | - | - | - | 1R | 1 | |
| - | - | - | - | - | - | - | 1R | 1 | |
| - | - | - | - | 1R | - | - | - | 1 | |
| - | 4 | - | - | - | - | - | - | 1 | |
| - | - | - | - | - | - | - | 3 | 1 | |
| - | - | - | - | - | - | 1R | - | 1 | |
| - | - | - | - | - | 3 | - | - | 1 | |
| - | - | 1R | - | - | - | - | - | 1 | |
| - | - | 4 | - | - | - | - | - | 1 |
- 1R: Eliminat fl-Ewwel Rawnd
- F: Finalist
- R: Rebbieħ
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- 1 2 L-ewwel żewġ edizzjonijiet kienu fil-fatt taħt l-isem King Fahd Cup. Il-FIFA irrikonoxxiet dawn l-edizzzjonijiet bħala Tazez tal-Konfederazzjoni. Ara http://www.fifa.com/tournaments/archive/tournament=101/awards/.