Aqbeż għall-kontentut

Chelsea FC

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn CSKA London)
Chelsea FC
Isem sħiħ Chelsea Football Club
Ismijiet oħra The Blues
The Pensioners
Fundazzjoni 31UTCt
Grawnd Stamford Bridge (en) Translate
Proprjetarju Todd Boehly (en) Translate
President Todd Boehly (en) Translate
Bruce Buck (mul) Translate
Kowċ Enzo Maresca (mul) Translate
Kampjonat Premier League
L-ewwel
It-tieni
It-tielet
Sit uffiċjali

Chelsea Football Club huwa klabb tal-futbol Ingliż ibbażat fil-Punent ta' Londra. Iffundat fl-1905, huma jilagħbu fil-Premier League fejn qattgħu l-biċċa l-kbira tal-istorja tagħhom fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Ingliż. Il-grawnd ta' Chelsea huwa Stamford Bridge li jesa' 41,837 persuna, grawnd li ilhom jilgħabu fih mill-bidu tal-klabb.

Huma kellhom żewġ perjodi ta' suċċess: l-ewwel wieħed fis-snin sittin għall-bidu tas-snin sebgħin, u t-tieni wieħed lejn it-tmiem tal-disgħinijiet sal-ġurnata tal-lum. Fost it-trofej mirbuħa hemm inklużi erba' titli tal-kampjonat, seba' FA Cups, erba' League Cups u erba' FA Community Shields. F'kompetizzjonijiet kontinentali, il-klabb rebħa żewġ Tazzi tat-Tazez Ewropej, Super Cup Ewropea waħda u UEFA Champions League waħda.[1]

Fl-2003, il-klabb ġie mixtri mill-biljunarju Russu Roman Abramovich.[2]

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Storja ta' Chelsea FC.
L-ewwel tim ta' Chelsea f'Settembru 1905

Chelsea kien fundat fl-14 ta' Marzu 1905 fil-pub The Rising Sun (li llum iġib l-isem ta' The Buther's Hook), faċċata tad-daħla prinċipali tal-grawnd ta' Fulham Road, u kienu amessi fil-Football League ftit wara. L-ewwel snin tal-klabb ma tantx raw ħafna suċċessi; l-iktar qrib li waslu biex jirbħu trofew maġġuri kienet il-finali tal-FA Cup fl-1915, fejn tilfu kontra Sheffield United. Chelsea iggwadanjaw reputazzjoni li jixtru plejers ta' isem kbir[3] u li jesprimu futbol divertenti, imma fis-snin bejn iż-żewġ gwere ftit ħallew impatt fuq il-futbol Ingliż.

Fl-1952 kien nominat bħala kowċ l-eks-attakkant tat-tim nazzjonali Ingliż Ted Drake, li beda jimmodernizza l-klabb. Din il-modernizzazzjoni kienet se ssir kemm ġewwa u anki barra l-grawnd. Fost il-provvedimenti li għamel kienet li jneħħi l-logo storiku li kien juri pensjonant ta' Chelsea mill-programm tal-partita, b'mod li ma jibqax aktar użat il-laqam storiku Pensioners ("pensjonati") u jkun sostitwit minn ljun rampanti (Lion Rampant Regardant). Minn dakinhar il-plejers ta' Chelsea bdew jiġu magħrufa bħala The Blues. Barra minn hekk, Drake tejjeb il-moda ta' taħriġ fejn introduċa sessjonijiet ta' eżerċitazzjonijiet bil-ballun, li kien taħriġ rari f'dak iż-żmien fl-Ingilterra, u wassal lill-klabb għall-ewwel rebħa maġġuri – il-kampjonat nazzjonali – fl-1954–55. L-istaġuni segwenti ra l-kreazzjoni tat-Tazza taċ-Ċampjins mill-UEFA, imma t-tim ta' Chelsea kienu persważi mill-Football League u l-FA biex jirtiraw mill-kompetizzjoni qabel ma kienet diġà bdiet.[4]

Is-snin sittin ra l-bidu tat-talent ġuvni ta' Chelsea taħt il-gwida ta' Tommy Docherty. It-tim minn Londra ġġieled għall-unuri matul id-deċennju, u ħafna minnhom waslu qrib ħafna tat-tragward. Fl-istaġun 1964–65, fil-fatt, kienu qegħdin fil-ġirja għat-treble li kienet tinvolvi l-kampjonat, l-FA Cup u l-League Cup, fejn rebħu biss dan it-trofew tal-aħħar.[5] Fi tliet staġuni l-iskwadra kienet megħluba fi tliet semi-finali oħra u kienu finalisti telliefa tal-FA Cup. Fl-1970, Chelsea rebħu l-FA Cup fejn rebħu 2–1 lil Leeds United. Sena wara huma kisbu l-ewwel trofew Ewropew, it-Tazza tat-Tazez Ewropej f'Ateni, fejn rebħu f'ripetizzjoni tal-partita lit-tim ta' Real Madrid.

L-aħħar tas-snin sebgħin u l-bidu tas-snin tmenin kien perjodu mimli avvenimenti għat-tim ta' Chelsea. Proġett ambizzjuż ta' ristrutturazzjoni ta' Stamford Bridge hedded l-istabilità finanzjarja tal-klabb,[6] fejn ġew minjugħa diversi plejers importanti u din ipprovokat ir-relegazzjoni. Problemi oħra kienu kawżati mill-element tal-hooligans li kompla matul dak id-deċennju.[7] It-tim ta' Chelsea, li kienu fl-inqas punt tal-fortuni, kien akkwistat minn Ken Bates għal ċifra nominali ta' £1, anki jekk il-proprjetà legali fuq Stamford Bridge kienet mibjugħha lill-iżviluppaturi mmobiljarji, bir-riskju konkret għall-klabb li jħalli l-proprju stadju.[8] Fuq il-grawnd l-iskwadra marret daqxejn aħjar, fejn reqet viċin għall-ewwel darba għar-relegazzjoni fit-Third Division, imma fl-1983 il-kowċ John Neal kien irnexxielu li jgħaqqad skwadra ta' livell minimu ta' żborsament. Chelsea rebħu s-Second Division fl-1983–84 u stabilixxew lilhom infushom fl-aqwa serje, qabel ma kienu retroċessi għal darb'oħra fl-1988. Reġgħu għamlu r-ritorn fl-aqwa diviżjoni immedjatament wara li rebħu s-Second Division 1988–89.

Wara battalja legali kbira Bates reġa' għaqqad il-proprjetà legali mal-klabb fl-1992, fejn laħqu ftehim mal-iżviluppaturi finanzjarji, li kienu fallew minħabba waqgħa fis-suq.[9] Il-forma ta' Chelsea fil-Premier League il-ġdid ma kienx konvinċenti, minkejja li laħqu l-finali tal-FA Cup tal-1994. Kellu jkun Ruud Gullit, rebbieħ tal-Ballun tad-Deheb fl-1987, li bħala plejer-kowċ biddel il-fortuni tal-klabb. L-Olandiż żied mal-iskwadra diversi plejers internazzjonali, partikularment Gianfranco Zola. Il-klabb irnexxielu jirbaħ l-FA Cup tal-1997 u jerġa' jsir wieħed mill-aqwa timijiet fil-futbol Ingliż bħalma kien darba. Post Gullit ħadu Gianluca Vialli, li, ukoll bħala plejer-kowċ, wassal lit-tim għar-rebħ fil-League Cup u fit-Tazza tat-Tazez Ewropej fl-1998, fl-FA Cup fis-sena 2000 u fil-kwarti tal-finali tal-UEFA Champions League 1999–00. Wara l-eżoneru tiegħu minfloku wasal Taljan ieħor, Claudio Ranier, li wassal lil Chelsea fil-finali tal-FA Cup tal-2002 u għall-kwalifikazzjoni għaċ-Champions League fl-2002–03.

F'Ġunju 2003 Bates biegħ il-klabb għal ċifra ta' 60 miljun sterlina għall-biljunarju Russu Roman Abramovich, fejn kompla l-bejgħ tal-aktar klabb Ingliż li jiswa minn kull żmien.[10] Il-proprjetarju l-ġdid ħallas parti kbira mid-dejn ta' £80 miljun tal-klabb, u aktar minn £100 miljun kienu minfuqa għal plejers ġodda. It-tim ta' Ranier ma kiseb l-ebda trofew, u postu ħadu l-kowċ Portugiż José Mourinho, li kien għadu kemm rebaħ iċ-Champions League ma' Porto.

Chelsea laħqet għall-ewwel darba il-finali tal-UEFA Champions League 2008.

Fl-2005, fis-sena taċ-ċentinarju tal-klabb, il-Blues rebħu l-Premiership wara nixfa ta' ħamsin sena mill-aħħar titlu nazzjonali, fi staġun rekord (l-inqas numru ta' gowls li laqqat minn fost it-timijiet l-oħra, l-aktar numru ta' rebħiet u l-aktar numru ta' punti miksuba).[11] Mas-suċċess fil-kampjonat kien hemm ukoll ir-rebħa fil-League Cup kontra l-Liverpool bl-iskor ta' 3–2. Fl-2005–06 Chelsea ikkonfermaw lilhom infushom bħala Ċampjins tal-Ingilterra, fejn ugwaljaw ir-rekord ta' 29 rebħa stabbilit fl-istaġun preċedenti. Saret ukoll il-ħames skwadra Ingliża li rebħu t-tieni titlu konsekuttiv wara t-Tieni Gwerra Dinjija u l-ewwel klabb minn Londra li għamel dan wara l-Arsenal lura fl-1933–34.[12] Fis-sena ta' wara, Chelsea rebħu l-FA Cup u l-League Cup.[13][14] imma spiċċaw it-tieni wara Manchester United fil-Premier League.

Fl-20 ta' Settembru 2007, fil-bidu tal-istaġun 2007–08, José Mourinho ħalla lil Chelsea fuq "ftehim kollettiv" u postu ħadu mid-Direttur tal-Futbol Avram Grant.[15][16] Grant wassal lill-iskwadra għat-tieni post fil-kampjonat, għall-finali tal-League Cup li tilfuha kontra Tottenham Hotspur u għall-finali tal-UEFA Champions League, l-ewwel waħda fl-istorja tal-klabb f'din il-kompetizzjoni. Il-partita spiċċat però b'rebħa għal Manchester United permezz tal-għoti tal-penalties. Tliet ijiem wara Grant abbanduna l-bankina ta' Chelsea wara li l-iskadenza tal-kuntratt[17] u kien sostitwit minn Luiz Felipe Scolari fl-1 ta' Lulju 2008.[18]

Mill-fundazzjoni tal-klabb, Chelsea kellha erba' emblemi prinċipali, minkejja li kollha sarulhom xi varjazzjonijiet minuri. Fl-1905, Chelsea adottaw l-ewwel emblema bl-immaġini ta' pensjonant ta' Chelsea (suldat Brittaniku), li għenet fil-laqam ta' "pensioners", u baqgħet tintuża' sa nofs seklu wara, minkejja li qatt ma dehret fuq il-flokkijiet. Bħala parti mill-modernizzazzjoni tal-klabb fi żmien Ted Drake mill-1952 'il quddiem, hu insista li l-emblema preżenta tintneħħa u minflok isir waħda ġdida.[19] Għal sena kienet adottata emblema temporanja u sempliċi li kienet tikkonsisti biss mill-inizzjali C.F.C. Fl-1953, l-emblema tbiddlet għal iljun blu iħares lura u f'idejh iżomm bastun, li damet sa tliet deċennji ta' wara. mal-iljun u l-bastun kien hemm ukoll tliet wardiet li kienu jirrapreżentaw lill-Ingilterra u żewġ blalen tal-futbol. Din kienet l-ewwel darba li l-emblema tal-klabb dehret fuq il-flokkijiet, minħabba li l-politika li tpoġġi l-emblema tal-klabb fuq il-flokkijiet kienet adottata biss fil-bidu tas-snin sittin.[19]

Fl-1986, bi proprejatrji ġodda fil-klabb, l-emblema ta' Chelsea reġgħet inbiddlet bħala parti ta' attentat ieħor ta' modernizzazzjoni. Din kienet tikkonsisti minn iljun, b'kulur isfar u mhux blu, bilqiegħda fuq l-inizzjali C.F.C. Din damet għad-dsatax-il sena ta' wara, b'xi modifiki bħal kuluri differenti. Bi proprejatri ġodda u ċ-ċentinarju tal-klabb li kien qed joqrod, bil-kombinazzjoni ta' xi rikjesi min-naħa tal-partitarji biex tiġi restawrata l-emblema tradizzjonali tal-klabb, kien deċiż li din terġa' tinbidel fl-2004. Din kienet adottata għall-bidu tal-istaġun 2005–06 u kien jimmarka r-ritorn tad-disinn il-qadim tal-iljun blu bil-bastun. Bħal emblemi oħra, din ukoll dehret f'kuluri diversi, fosthom l-abjad u kulur id-deheb.

Kuluri soċjali

[immodifika | immodifika s-sors]
Kuluri tat-tim Kuluri tat-tim Kuluri tat-tim
Kuluri tat-tim
Kuluri tat-tim
Il-kuluri tad-dar ta' Chelsea, li kienu wżati mill-1905 sal-1912.

Chelsea minn dejjem libbsu flokkijiet blu, minkejja li għall-bidu huma adottaw kulur aktar ċar mill-verżjoni kurrenti, u b'differenza mill-ġurnata tal-lum huma kienu jilbsu xorts bojod u b'kalzetti blu skuri. Il-flokkijiet blu ċari ma tantx damu, u minflok il-kulur sar blu rjali madwar l-1912.[20] Meta Tommy Dochert sar kowċ fil-bidu tas-snin sittin hu biddel għal darb'oħra l-uniformi, fejn żied xorts blu (li għadhom jintużaw sal-lum) u kalzetti bojod, biex b'hekk ikun jista' jagħmel il-kuluri tal-klabb aktar distiniti hekk kif l-ebda klabb maġġuri ma kellu din il-kombinazzjoni; din l-uniformi ntlibset fl-istaġun 1964-65.[21]

Il-kuluri tradizzjoni ta' Chelsea għal logħob barra mid-dar huma kollha sofor jew bojod b'linja bluna, imma, bħal xi timijiet oħra, huma kellhom ukoll oħrajn li ma tantx kienu komuni. L-ewwel uniformi għal barra minn darhom kienet tikkonsisti minn ta' faxxi suwed u bojod u għal logħba waħda fis-snin sittin, it-tim libes bi strixxi blu u suwed fi stil ta' Inter Milan, għal darb'oħra fi żmien Docherty. Uniformijiet oħra jinkludu uniformi ħadra menta fis-snin tmenin, u b'kaxex ħomor u bojod fil-bidu tas-snin disgħin.[22]

Kuluri tat-tim Kuluri tat-tim Kuluri tat-tim
Kuluri tat-tim
Kuluri tat-tim
It-tielet uniformi ta' Chelsea fl-istaġun 07/08.

L-uniformi tal-istaġun 2007–08 ta' Chelsea għal logħob barra minn darhom tikkonsisti minn flokk "isfar elettriku" b'linji suwed ħoxnin li jiffurmaw kaxex separati fuq il-flokk. It-tliet strixxi tal-adidas huma suwed, li jkomplu sejrin fuq l-id. Hi milbusa flimkien ma' xorts u kalzetti suwed, imma f'ċerti każijiet jintlibsu xorts u/jew kalzetti "sofor elettriku". L-emblema tal-flokk hi f'kulur "isfar elettriku" u iswed, minflok is-soltu blu, abjad, aħmar u kulur id-deheb. Għall-istaġun 2007–08, hemm ukoll it-tielet uniformi, li hi kollha bajda b'linji bluni u suwed.

L-uniformi ta' Chelsae bħalissa hi magħmula mill-Adidas, li għandu kuntratt li joffri l-uniformi tal-klabb mill-2006 sal-2001. L-isponsor tal-uniformi kurrenti hu Samsung.[23]

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Stamford Bridge.

Kowċis prominenti

[immodifika | immodifika s-sors]

Chelsea għandha rivalità kbira mat-tim tal-Fulham minħabba raġunijiet storiċi u loġistiċi. Il-"Cottagers", fil-fatt, huma t-tim tad-distrett ta' Fulham li jikkonfinaw proprju ma' dak ta' Chelsea. Barra minn hekk Stamford Bridge jinsab fid-distrett ta' Fulham.

Rivalità oħra jinkludu dawk kontra l-Arsenal u kontra t-Tottenham. Timijiet oħra ta' Londra, bħall-Millwal u West Ham ma tantx jissimpatizzaw lill-kuġini bluni.

Fuq livell nazzjonali, il-Leeds United hi forsi waħda mill-klabbs l-inqas simpatiċi mal-benjamini ta' Chelsea. Din ir-rivalità kibret mill-finali diskussa tal-FA Cup mirbuħa minn Chelsea. F'dawn l-aħħar snin, Sir Alex Ferguson (kowċ ta' Manchester United) u José Mourinho welldu oppożizzjoni sinjifikattiva bejn iż-żewġ klabbs.

Fuq ambitu kontinetali, mill-2004 iċ-Champions League offriet xenarju prestiġuż għall-isfidi kontra l-Ispanjoli ta' Barcelona, li ħallew effetti fl-ambjenti rispettivi. Anki mal-Liverpool ta' Rafa Benìtez żdiedet rivalità mill-ikbar ma' Chelsea, l-aktar fl-isfida doppja fis-semi-finali taċ-Champions League li raw lir-"Reds" jittrijunfaw dejjem.

Fl-isfida doppja taċ-Champions League kontra l-Barcelona fl-istaġuni 2004–05 u 2005–06, Chelsea rebħu lill-Ispanjoli wara partita emozzjonanti fi Stamford Bridge, fejn hemmhekk twieldet ir-rivalità bejn iż-żewġ klabbs. F'dik l-edizzjoni Chelsea kienu kkwalifikaw. Fis-sena ta' wara, dejjem fiċ-Champions League, Chelsea ħarġu bħala telliefa kontra l-Katalani. Il-protagonista assolut tal-isfida kien Ronaldinho, li kien awtur ta' gowl mill-isbaħ fit-tieni konfront.

Kompetizzjonijiet domestiċi

[immodifika | immodifika s-sors]
  • (4) 1954–55, 2004–05, 2005–06, 2009–10 2014/15 2017/18


  • (2) 1983–84, 1988–89

Tazzi domestiċi

[immodifika | immodifika s-sors]
  • (7) 1970, 1997, 2000, 2007, 2009, 2010, 2012
  • (4) 1965, 1998, 2005, 2007
  • (4) 1955, 2000, 2005, 2009
  • (2) 1986, 1990

Kompetizzjonijiet internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]
  • (3) 1970–1971, 1997–1998
  • (1) 1998

Biblijografija

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Batty, Clive (2004). A Serious Case of the Blues: Chelsea in the 80s (bl-Ingliż). Vision Sports Publishing Ltd. ISBN 1-905326-02-5.
  • Batty, Clive (2005). The Chelsea Miscellany (bl-Ingliż). Vision Sports Publishing Ltd. ISBN 0-9546428-9-9.
  • Batty, Clive. Kings of the King's Road: The Great Chelsea Team of the 60s and 70s (bl-Ingliż). Vision Sports Publishing Ltd, 2004. ISBN 0-9546428-1-3.
  • Cheshire, Scott; Levy, Michael. Chelsea Home Programme Guide 1946-1998 (bl-Ingliż). Scott Cheshire Programmes Publications. ISBN 0-9533917-0-1.
  • Glanvill, Rick (2006). Chelsea FC: The Official Biography - The Definitive Story of the First 100 Years (bl-Ingliż). Headline Book Publishing Ltd. ISBN 0-7553-1466-2.
  • Hadgraft, Rob (2004). Chelsea: Champions of England 1954-55 (bl-Ingliż). Desert Island Books Limited. ISBN 1-874287-77-5.
  • Harris, Harry (2005). Chelsea's Century (bl-Ingliż). Blake Publishing. ISBN 1-84454-110-X.
  • Ingledew, John (2006). And Now Are You Going to Believe Us: Twenty-five Years Behind the Scenes at Chelsea FC (bl-Ingliż). John Blake Publishing Ltd. ISBN 1-84454-247-5.
  • Matthews, Tony (2005). Who's Who of Chelsea (bl-Ingliż). Mainstream Publishing. ISBN 1-84596-010-6.
  • Mears, Brian (2004). Chelsea: A 100-year History (bl-Ingliż). Mainstream Publishing. ISBN 1-84018-823-5.
  • Mears, Brian (2002). Chelsea: Football Under the Blue Flag (bl-Ingliż). Mainstream Publishing. ISBN 1-84018-658-5.
  • Moynihan, Leo (2005). Chelsea's Cult Heroes (bl-Ingliż). Know the Score Books. ISBN 1-905449-00-3.
  1. ^ "Trophy Cabinet" (bl-Ingliż). Chelsea FC. Miġbur 2007-01-25.
  2. ^ "Russian businessman buys Chelsea" (bl-Ingliż). BBC. 2003-07-02. Miġbur 2007-02-11.
  3. ^ Glanville, Brian (2004-01-10). "Little sign of change for Chelsea and their impossible dreams" (bl-Ingliż). The Times. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2019-10-18. Miġbur 2008-05-02.
  4. ^ Glanville, Brian (2005-04-27). "The great Chelsea surrender" (bl-Ingliż). The Times. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-08-05. Miġbur 2008-05-05.
  5. ^ Glanvill, Rick (2006). Chelsea FC: The Official Biography - The Definitive Story of the First 100 Years (bl-Ingliż). Headline Book Publishing Ltd. p. 196. ISBN 0-7553-1466-2.
  6. ^ Glanvil, Rick (2006). Chelsea FC: The Official Biography. pp. 84–87.
  7. ^ Glanvill, Rick (2006). Chelsea FC: The Official Biography (bl-Ingliż). pp. 143–157.
  8. ^ Glanvil, Rick (2006). Chelsea FC: The Official Biography (bl-Ingliż). pp. 89–90.
  9. ^ Glanvil, Rick (2006). Chelsea FC: The Official Biography (bl-Ingliż). pp. 90–91.
  10. ^ Rosenberg, Steve (2003-08-24). "Chasing 'Mr Chelski'" (bl-Ingliż). BBC. Miġbur 2008-05-05.
  11. ^ "Mourinho proud of battling finish" (bl-Ingliż). BBC. 2005-05-13. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-01-16. Miġbur 2008-05-05.
  12. ^ Barlow, Matt. "Terry Eyes Back-to-Back Titles" (bl-Ingliż). Sporting Life. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-09-30. Miġbur 2008-05-22.
  13. ^ Mitchell, Kevin (2007-05-20). "Something old, new and Blue" (bl-Ingliż). The Observer. Miġbur 2007-05-20.
  14. ^ "Chelsea 2-1 Arsenal" (bl-Ingliż). BBC. 2007-02-25. Miġbur 2007-05-05.
  15. ^ "Mourinho makes shock Chelsea exit" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2007-09-20. Miġbur 2008-05-05.
  16. ^ "Chelsea name Grant as new manager" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2007-09-20. Miġbur 2007-09-21.
  17. ^ "Grant leaves Chelsea" (bl-Ingliż). Chelsea FC. 2008-05-24. Miġbur 2008-05-30.
  18. ^ "Scolari is new Chlesea manager" (bl-Ingliż). Chelsea FC. Miġbur 2008-06-11.
  19. ^ a b "Club Badges" (bl-Ingliż). Chelsea FC. Miġbur 2007-01-21.
  20. ^ Glanvil, Rick (2006). Chelsea Football Club: The Official History in Pictures (bl-Ingliż). p. 212. ISBN 0-7553-1467-0.
  21. ^ Mears, Brian (2002). Chelsea: Football Under the Blue Flag (bl-Ingliż). Mainstream Sport. p. 42. ISBN 1-84018-658-5.
  22. ^ "Kits" (bl-Ingliż). Chelsea FC. Miġbur 2007-01-01.
  23. ^ O'Connor, Ashling (2005-05-02). "Clubs to cash in on mobile advertising" (bl-Ingliż). The Times. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2019-10-18. Miġbur 2007-01-01.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]