Aqbeż għall-kontentut

Utent:Abel Steven Raul Hernández

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Mudell:Infobox Plejer tal-Futbol 2 Ryan Joseph Giggs (Cardiff, 29 ta' Novembru 1973) hu plejer tal-futbol minn Wales li ilu jilgħab il-karriera kollha tiegħu ma' Manchester United. Fis-snin disgħin beda fuq il-ġwejnħa x-xellugija u kompla f'din il-pożizzjoni fil-bidu tal-millenju l-ġdid, imma aktar riċentament beda fi rwol aktar offensiv u ċentrali.Abel Steven Hernández

Giggs iżomm numru ta' rekords marbutin mal-kamp tal-futbol, fosthom dak tal-plejer l-aktar dekorat fl-istorja tal-futbol Ingliż. Fil-11 ta' Mejju 2008, hu sar l-ewwel plejer li rnexxielu jirbaħ 10 midalji tal-kampjonat Ingliż. Giggs kien l-ewwel plejer fl-istorja li rebaħ żewġ unuri konsekuttivi tal-Plejer Żagħżugħ tas-Sena tal-PFA (1992 u 1993) u l-uniku plejer li lagħab u skorja f'kull staġun tal-Premier League minn mindu ġie introdott fl-1992, fejn iżomm ukoll ir-rekord għall-aktar numru ta' assists li rregala fil-kampjonat.[1]

Snin tal-bidu

[immodifika | immodifika s-sors]

Giggs twieled f'Canton, Cardiff, ġewwa Wales, lil Danny Wilson u Lynne Giggs (issa Lynne Johnson). Bħala tifel, Giggs trabba f'Ely, subborg ta' Cardiff, però ħafna mill-ħin tiegħu kien iqattgħu mal-ġenituri ta' ommu u jilgħab il-futbol fit-triqat ta' ħdejn id-dar tagħhom f'Pentrebane. Fl-1980, meta Giggs kellu sitt snin, missieru ngħaqad mat-tim tar-rugbi Swinton RLC, fejn b'hekk il-familja kellha timxi lejn it-Tramuntana lejn Manchester. Dan it-trasferiment kien wiħed trawmatiku għal Giggs hekk kif hu kien qrib ħafna ta' nannietu f'Cardiff. Giggs hu ta' razza mħallta — nannuh min-naħa ta' missieru hu minn Sierra Leone — u tkellem ħafna fuq ir-razziżmu li affaċċja meta kien għadu żgħir.[2]

Wara li ttrasferixxa lejn Manchester, Giggs deher għat-tim lokali ta' Deans FC, li kienu taħt il-gwida ta' Dennis Schofield, li kien jaħdem f'isem Manchester City. L-ewwel partita tiegħu ma' Deans intemmet f'telfa ta' 9–0 kontra Stretford Vico. Madanakollu ħafna kienu n-nies li faħħru l-prestazzjoni tajba ta' Giggs. Schofield irrakkomanda lil Giggs lil Manchester City, u huma kisbu l-firma tiegħu. Sadanittant, Giggs kompla jilgħab għal Salford Boys, li kienu laħqu l-finali tal-kompetizzjoni tal-Granada Schools Cup f'Anfield fl-1987. It-tim ta' Giggs rebħet il-finali, b'Giggs bħala l-kaptan tal-iskwadra.

Waqt li kien qed jilgħab ma' Deans, Harold Wood, li kien jaħdem f'isem Manchester United, segwa ħafna l-prestazzjonijiet ta' Giggs u kien impressjonat, tant li pproponieh lil Alex Ferguson. Wara li ġie offrut perjodu ta' prova matul iż-żmien tal-Milied fl-1986, f'għeluq l-erbatax-il sena, Ferguson offrielu kuntratt ta' sentejn mal-akkademja waqt li pperswadew lil Giggs bl-opportunità li jsir plejer professjonali fi tliet snin.

Ma' Manchester United

[immodifika | immodifika s-sors]

Ħarsa ġenerali

[immodifika | immodifika s-sors]

Giggs għamel l-ewwel dehra mal-klabb matul l-istaġun 1990–91 u sar figura regulari mal-ewwel tim mill-istaġun 1991–92. Hu hu l-aktar plejer li lagħab l-aktar partiti kompetittivi għall-klabb, u jżomm ir-rekord tal-klabb tal-aktar trofej mirbuħa minn plejer (23).[3] Mill-1992, hu kiseb għaxar midalji tal-Premier League, erba' midalji tal-FA Cup, tlieta tal-League Cup u tnejn taċ-Champions League. Barra minn hekk hu spiċċa finalista tellief f'żewġ finali tal-FA Cup u tnejn tal-League Cup, u kif ukoll kien parti minn erba' timijiet ta' United li spiċċa fit-tieni post fil-kampjonat. Fis-snin riċenti, Giggs kien il-kaptan tal-iskwadra f'diversi okkażżjonijiet, partikularment matul l-istaġun 2007–08 meta l-kaptan regulari Gary Neville kien barra mil-logħob minħabba li kien imweġġa'.

Staġun debuttanti

[immodifika | immodifika s-sors]

F'għeluq is-sbatax-il sena Giggs iddebutta kontra Everton ġewwa Old Trafford nhar it-2 ta' Marzu 1991, bħala sostitut għal Denis Irwin fit-telfa ta' 2–0. Fl-ewwel dehra tiegħu mal-ewwel ħdax, Giggs skorja l-ewwel gowl tiegħu fir-rebħa ta' 1–0 fid-derbi ta' Manchester tal-4 ta' Mejju 1991, minkejja li deher li l-gowl kien awtogowl ta' Colin Hendry. Hu ma kienx inkluż fost is-sittax-il plejer li għelbu lil Barcelona fit-Tazza tat-Tazez Ewropej ħdax-il ġurnata wara.

Fil-bidu tal-istaġun 1991–92 beda bħala plejer regulari mal-iskwadra, minkejja li xorta waħda baqa' attiv mas-settur ġovanili, fejn kien kaptan tat-tim li ttrijonfa fl-FA Youth Cup fl-1992. Giggs żblokka mal-ewwel tim meta kien għad għandu sbatax-il sena, u kompla fost uħud miż-żgħażagħ ta' United li telgħu mal-ewwel tim taħt Ferguson. F'dak l-istaġun, Giggs lagħab fit-tim li spiċċa fit-tieni post tal-Ewwel Diviżjoni taħt Leeds United. Giggs kiseb l-ewwel trofew tiegħu fit-12 ta' April 1992 hekk kif United għelbu lil Nottingham Forest fil-finali tal-League Cup, wara li Giggs assista lil Brian McClair għall-uniku gowl tal-konfront. Fi tmiem l-istaġun, hu ġie vvutat bħala l-Plejer Żagħżugħ tas-Sena tal-PFA.

Bidu tal-karriera

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-bidu tal-istaġun 1992–93 — l-ewwel staġun tal-Premier League — ra lil Giggs ikun diġà figura importanti fit-tim ta' United, u sar magħruf bħala wieħed mill-aktar prospetti tal-futbol Brittaniku. F'din l-età żagħżugħa Giggs beda jsir aktar popolari, fejn barra li kellu programm televiżiv tiegħu li kien iġib l-isem ta' Ryan Giggs' Soccer Skills (1994), hu deher f'diversi faċċati ta' rivisti, bħala parti mill-isforz li sar mill-Premier League biex ibiddlu l-immaġini ħażina li inħolqot fis-snin tmenin minħabba każi ta' ħuliganiżmu. Hu ngħata ġieħ bħala l-ewwel stilla tal-futbol li qatt qabad l-immaġinazzjoni tal-pubbliku b'tali mod popolari mill-era ta' George Best,[4] u l-ironija kienet li Best u Bobby Charlton kienu jiddeskrivu lil Giggs bħala l-aktar plejer żagħżugħ favorit tagħhom.

Tant kien it-talent ta' Giggs li kliem bħal "ġenju" u "maġiku" kienu ħafna drabi jidħlu fid-deskrizzjonijiet li sħabu kienu jagħtu fuqu, bħal Paul Ince, waqt li Gary Pallister darba minnhom qal li d-difensuri ta' United kienu jgħidu "li demmhom kien idur biex jippruvaw jimmarkawh waqt it-taħriġ".[5] Steve Bruce stqarr ukoll li "Meta Ryan kien jiġri, kien jiġri daqs ir-riħ. Ma kontx tisimgħu, hu kien dak id-dawl fuq saqajh. Hu kellu dak il-moviment naturali, li permezz ta' ballun il-plejers kbar biss iħaddnu. Bl-ebda nuqqas ta' rispett lejn [David] Beckham u Scholesy, però hu hu l-uniku wieħed li minn dejjem kellu jkun stilla."[5]

Il-gowls tiegħu ħafna drabi kienu jiġu nominati għal diversi unuri tal-Gowl tal-Istaġun, u uħud kienu jkunu memorabbli, partikularment dawk kontra Queens Park Rangers fl-1993, Tottenham fl-1994, Everton fl-1995, Coventry fl-1996, u l-aktar wieħed popolari, il-gowl personali kontra Arsenal fis-semifinali tal-FA Cup 1999. Matul il-ħin supplementari, Giggs seraq il-ballun wara li Patrick Vieira żbalja fil-passaġġ tiegħu, u għamel ġirja minn nofs il-grawnd sa ġewwa l-kaxxa l-kbira fejn għadda minn bejn id-difiża tal-Gunners, li kienet tinkludi lil Tony Adams, Lee Dixon u Martin Keown qabel ma x-xutt finali tiegħu spiċċa taħt ġewwa l-lasta difiża minn David Seaman.[6]

Lejn tmiem is-snin disgħin, bl-irtirar ta' Eric Cantona u l-introduzzjoni ta' plejers żgaħżagħ bħal David Beckham, Paul Scholes, Gary Neville, Philip Neville u Nicky Butt, il-profil fl-istampa ta' Giggs naqas u tilef diversi partiti minħabba li kien imweġġa', minkejja li l-forma tiegħu kienet kostantament waħda pożittiva. Mumenti memorabbli jinkludu l-gowl fil-ħin barrani kontra l-arċi-rivali Arsenal fis-semifinali tal-FA Cup li ta lil United rebħa ta' 2-1, u l-gowl tal-pari fid-90 minuta fil-leg ġewwa darhom tas-semifinali tal-UEFA Champions League kontra Juventus.

Fil-finali tal-UEFA Champions League 1998–99 Giggs assista lil Teddy Sheringham għall-gowl tal-pari qabel ma' Solskjær skorja l-gowl tar-rebħa sekondi wara, li wassal lil United għar-rebħ tat-Tripletta. Giggs kien ukoll Plejer tal-Partita hekk kif United għelbu lil Palmeiras biex kisbu t-Tazza Interkontinentali f'dik l-istess sena.

Is-snin ta' wara

[immodifika | immodifika s-sors]
Ryan Giggs, 2006

Giggs kien wieħed mill-aktar plejers esperjenzati meta Denis Irwin telaq f'Mejju tal-2002, u sar pedina importanti tal-klabb, minkejja li kien għadu biss fl-età ta' 28 sena. Giggs kompla jtejjeb il-prestazzjonijiet tiegħu fl-erba' snin wara t-trijonf tat-Tripletta fl-1999. United kienu ċampjins tal-Premier League fi tliet okkażżjonijiet minn erba' wara t-Tripletta, u kif ukoll laħqu l-kwarti tal-finali taċ-Champions League tliet darbiet u s-semifinali darba. Hu ċċelebra l-għaxar snin anniversarju f'Old Trafford b'partita ta' testimonjanza kontra Celtic fil-bidu tal-istaġun 2001–02. Sena wara, hu skorja l-100 gowl fil-karriera tiegħu f'pari ta' 2–2 kontra Chelsea ġewwa Stamford Bridge.

Hu kiseb ir-raba' suċċess fl-FA Cup nhar it-22 ta' Mejju 2004, fejn sar wieħed minn żewġ plejers biss (bl-ieħor ikun Roy Keane) li rebaħ dan it-trofew erba' darbiet waqt li kien qed jilgħab għal Manchester United. Hu spiċċa wkoll għal tliet darbiet bħala finalista tellief fl-1995, fl-2005 u fl-2007. Il-parteċipazzjoni tiegħu fir-rebħa kontra Liverpool f'Settembru tal-2004 għamlitu t-tielet plejer li lagħab 600 logħba għal United, ma' Bobby Charlton u Bill Foulkes.

Wara dan l-istaġun, Giggs estenda l-kuntratt b'sentejn oħra. Sussegwentament iffirma żewġ estensjonijiet tal-kuntratt ta' sena kull wieħed, li b'hekk se jżommu f'Old Trafford tal-anqas sa' Ġunju 2010, meta hu jkun 36. Giggs gawda minn karriera fejn ftit li xejn kellu perjodi mingħajr logħob minħabba li jkun weġġa', ħlief għal xi problemi fil-hamstring.

Nhar is-6 ta' Mejju 2007, bit-tim ta' Chelsea ma jiksibx aktar mill-pari ta' 1–1 kontra r-rivali ta' Londra Arsenal, Manchester United saru ċ-ċampjins tal-Ingilterra. Permezz ta' din il-midalja, Ryan Giggs għamel rekord ġdid ta' disa' titli tal-kampjonat, fejn għeleb ir-rekord preċedenti ta' tmienja maqsum flimkien ma' Alan Hansen u Phil Neal (li rebħu t-titli tagħhom ma' Liverpool). Giggs beda mal-ewwel ħdax fir-rebħa fiċ-Charity Shield 2007 fejn skorja l-gowl tal-vantaġġ momentarju, fil-partita li ntemmet sal-ħin normali 1–1. Fl-għoti tal-penalties ir-Red Devils ħarġu rebbieħa hekk kif il-gowler Edwin van der Sar salva l-penalties kollha ta' Chelsea.

Fl-istaġun 2007–08, Alex Ferguson adotta sistema ta' rotazzjoni bejn Giggs u l-plejers il-ġodda Nani u Anderson. Minkejja dan, Giggs baqa' bħala l-għażla favorita għall-konfront antiċipat ma' Chelsea ġewwa Old Trafford u l-passaġġ tiegħu għal Carlos Tevez irriżulta fl-ewwel gowl mal-klabb ta' dan tal-aħħar.

Giggs skorja l-100 gowl tiegħu fil-kampjonat nhar it-8 ta' Diċembru 2007 kontra Derby County, partita li United ħarġu rebbieħa 4–1.[7] Nhar l-20 ta' Frar 2008 hu għamel il-100 dehra tiegħu fil-UEFA Champions League kontra Lyon[8], waqt li fil-11 ta' Mejju 2008 hu daħal bħala sostitut għal Park Ji-Sung biex ugwalja r-rekord ta' Bobby Charlton ta' 758 preżenza ma' United.[9] F'din il-partita stess, Giggs skorja t-tieni gowl tal-konfront, fejn assigura l-għaxar titlu tal-Premier League kemm tiegħu personali u kif ukoll ta' United. Għaxart ijiem wara, fil-21 ta' Mejju 2008, Giggs kiser ir-rekord ta' preżenzi meta daħal bħala sostitut fis-87 minuta għal Paul Scholes fil-finali tal-UEFA Champions League kontra Chelsea. United rebħu din il-finali bl-għoti tal-penalties, b'Giggs jiskorja l-penalty li kellu jkun il-penalty rebbieħ għal United (wara li Nicolas Anelka tilef il-penalty tiegħu) u ngħaqad ma' Steve McManaman u sieħbu Owen Hargreaves fil-lista ta' plejers Brittaniċi li lagħbu u rebħu iktar minn finali waħda taċ-Champions League.

Fil-bidu tal-istaġun 2008–09, Sir Alex Ferguson beda jpoġġi lil Giggs f'nofs il-grawnd, taħt l-attakkant, minflok fil-pożizzjoni favorita tiegħu fuq il-ġwienaħ. Giggs adatta sew f'dan l-irwol il-ġdid u assista żewġ gowls f'kemm il-partiti, kontra Middlesbrough u Aalborg. Sir Alex Ferguson qal f'intervista, "Ryan (Giggs) hu plejer importanti, hu se jkun 35 f'Novembru li ġej imma fl-età ta' 35 sena, hu jista' jkun il-plejer l-aktar importanti. Meta kellu 25, Ryan kien iħawwad lid-difiżi bil-ġiri tiegħu fuq il-faxex, imma fl-età ta' 35 sena, hu se jilgħab aktar fil-fond."[10]

Nhar it-8 ta' Frar 2009, Giggs żamm ir-rekord li jkun l-uniku plejer li skorja f'kull staġun tal-Premier League mill-fundazzjoni tiegħu fl-1992 meta skorja l-uniku gowl fir-rebħa ta' 1–0 fuq West Ham United.[11] Fi Frar tal-2009 Giggs iffirma estensjoni tal-kuntratt għal sena oħra.[12]

Internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-1991, hu żamm ir-rekord mondjali għall-iżgħar plejer li qatt lagħab għal Wales. Minn dakinhar 'il quddiem hu għamel 64 preżenza, u skorja tnax-il gowl għat-tim nazzjonali bejn l-1991 u l-2007. Hu kien kaptan ta' Wales fl-2004.

Giggs irċieva ċerta kritika għan-nuqqas ta' involviment fil-partiti ta' ħbiberija internazzjonali. Mid-debutt tiegħu fl-1991 kontra l-Ġermanja, Giggs naqas li jattendi għal logħba ta' ħbiberija internazzjonali għal disa' snin, fejn tilef tmintax-il logħba ta' ħbiberija konsekuttiva. Ir-raġuni uffiċjali mogħtija għal dawn l-assenzi kienet li Giggs kien imweġġa' f'kull okkażżjoni. Madanakollu, il-kowċ ta' Manchester United Alex Ferguson fil-fatt kellu politika li ma jħallix il-plejer jingħaqad għall-partiti ta' ħbiberija.[13]

F'Settembru tal-2006, Giggs lagħab f'logħba ta' ħbiberija kontra l-Brażil f'White Hart Lane. Il-prestazzjoni tiegħu wasslet lill-kowċ tal-Brażil, Dunga, biex ifaħħar lil Giggs u jistqarr li kieku ma kienx jidher ħuta barra mill-ilma kieku jilgħab mal-ħames darbiet ċampjins mondjali ma' stilel bħal Kaká u Ronaldinho.[14]

B'sorpriża kbira, Giggs ħabbar l-irtirar tiegħu mill-futbol internazzjonali fit-30 ta' Mejju 2007 waqt konferenza stampa, biex għalaq kapitlu ta' sittax-il sena mat-tim nazzjonali. Ir-raġuni wara din l-għażla kienet li xtaq li jikkonċentra aktar fuq il-karriera tiegħu ma' United. L-aħħar partita ma' Wales, u bħala kaptan, kienet partita mill-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2008 kontra r-Repubblika Ċeka fit-2 ta' Ġunju ġewwa Cardiff. Hu kiseb l-64 apparenza f'din il-partita u rebaħ l-unur tal-Plejer tal-Partita hekk kif il-konfront intemm 0-0.[15]

Giggs kellu rekord ta' dixxiplina tajba ħafna matul il-bidu tal-karriera tiegħu fejn irċieva ftit ammonizzjonijiet. Fil-fatt, hu qatt ma ġie mkeċċi kull meta lagħab ma' Manchester United u darba waħda mat-tim ta' Wales. L-uniku karta ħamra waslet fl-2001 f'partita internazzjonali kontra n-Norveġja, liema partita Wales tilfu. F'Novembru 2003, hu nstab ħati mill-FA ta' kondotta improprja wara partita kontra l-Arsenal. Fl-istess ġimgħa, Giggs irċieva sospensjoni ta' żewġ partiti mill-futbol internazzjonali wara li deliberatament ta daqqa ta' minkeb lill-plejer Russu Vadim Evseev.

Klabb Staġun Kampjonat FA Cup League Cup Ewropa Oħrajn[16] Total
AppGowlsAppGowlsAppGowlsAppGowlsAppGowlsAppGowls
Manchester United 1990–91 210000000021
1991–92 38430831010517
1992–93 419222010004611
1993–94 3813718340105817
1994–95 29171003210404
1995–96 3311712020004412
1996–97 26330007210375
1997–98 29820005110379
1998–99 243621095104110
1999–2000 3060011130447
2000–01 315200011210457
2001–02 257100013210409
2002–03 3683250155005915
2003–04 33750008110478
2004–05 32540116210448
2005–06 27321305100375
2006–07 30460008200446
2007–08 31320009011434
2008–09 282204111120474
2009–10 23410213110306
Total 586107651036913227171836154

Korretti sal-24 ta' April 2009.[17]

Ingilterra Manchester United

  • Plejer Żagħżugħ tas-Sena tal-PFA: 1992, 1993
  • Trofew Bravo: 1993
  • Plejer tal-Partita tat-Tazza Interkontinentali: 1999[18]
  • Tim tad-Deċennju tal-Premier League: 2003[19]
  • Plejer tax-Xahar tal-Premier League: Settembru 1993, Awwissu 2006, Frar 2007
  • Tim tas-Seklu tal-PFA: 2007
  • Tim tas-Sena tal-PFA: 1993, 1994, 1995, 1996, 1998, 2001, 2007
  • L-uniku plejer ta' Manchester United li lagħab f'kull tim rebbieħ tal-għaxar titli tal-Premier League u l-uniku plejer li rebaħ għaxar titli tal-kampjonat
  • L-uniku plejer ta' Manchter United li lagħab f'kull tim rebbieħ tat-tliet titli tal-League Cup
  • L-uniku plejer li skorja fi ħdax-il turnew konsekuttivi taċ-Champions League
  • L-uniku plejer li skorja fi tlettax-il turnew taċ-Champions League
  • L-uniku plejer li skorja f'kull staġun tal-Premier League mill-fundazzjoni tiegħu
  1. Premiersoccerstats.com, ed. (03-03-2009). "All Time Player Records" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  2. "Ryan Giggs: You must speak out on abusers". Daily Mirror (bl-Ingliż). 30-04-2008. Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  3. ManUtd.com (ed.). "Ryan Giggs" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  4. Nationalfootballmuseum.com (ed.). "Football Hall of Fame - Ryan Giggs" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  5. 1 2 "BBC SPORT | Football | My Club | Man Utd | Ryan Giggs in a league of his own" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)
  6. Vidjo tal-gowl
  7. "Giggs is underrated - Ferdinand" (bl-Ingliż). 08-12-2007. Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  8. Union of European Football Associations, ed. (20-02-2008). "Giggs signs up for 100 club in Lyon". uefa.com (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  9. "Ryan Giggs reaches Bobby Charlton mark" (bl-Ingliż). The Telegraph. 12-05-2008. Parametru mhux magħruf |publisher= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |l-ewwel= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |l-aħħar= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  10. Gemma Thompson (21-05-2008). ManUtd.com (ed.). "Report: MU 1 (6) Chelsea 1 (5)" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  11. "West Ham 0-1 Man Utd". BBC Sport (bl-Ingliż). 08-02-2009. Parametru mhux magħruf |l-ewwel= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |l-aħħar= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  12. "Giggs signs new Man utd contract". BBC Sport (bl-Ingliż). 12-02-2009. Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  13. "Ferguson `protects' Giggs from Wales" (bl-Ingliż). 02-03-2000. Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |l-aħħar= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |l-ewwel= injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  14. "Brazil's Dunga dazzled by Giggs" (bl-Ingliż). 06-09-2006. Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  15. "Giggs ends international career" (bl-Ingliż). 30-05-2007. Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  16. Tinkludi kompetizzjonijiet oħra, fosthom l-FA Community Shield, Supertazza Ewropea, Tazza Interkontinentali, Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-Klabbs
  17. StretfordEnd.co.uk (ed.). "Ryan Giggs" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); |isem= nieqes |isem= (għajnuna)
  18. "Toyota Cup - Most Valuable Player of the Match Award" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  19. "Ten Years and Counting" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]

Mudell:Tim ta' Manchester United FC