Aqbeż għall-kontentut

Premier League 2008–09

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Premier League 2008–09
Rebbieħa Manchester United
Relegati Newcastle United
Middlesbrough
West Bromwich Albion
Logħbiet 380
Gowls skurjati 942 (2.48 kull logħba)
Bidu tal-istaġun 16 ta' Awwissu 2008
Tmiem tal-istaġun 24 ta' Mejju 2009

Il-Premier League 2008–09 kien is-sbatax-il edizzjoni tal-Premier League minn meta ġie stabbilit fl-1992. Manchester United ġew inkurunati ċampjins għall-ħdax-il darba u għat-tielet darba konsekuttiva fil-ġurnata ta' qabel tal-aħħar tal-istaġun. Il-kampjonat beda fis-16 ta' Awwissu 2008,[1] u spiċċa fl-24 ta' Mejju 2009. Total ta' għoxrin tim ikkontestaw dan il-kampjonat, li jikkonsistu minn sbatax li ħadu sehem fl-istaġun ta' qabel u tlieta li ġew promossi mill-Football League Championship.

Minn dan l-istaġun, il-klabbs huma permessi li jagħżlu seba' plejers fuq il-bank tas-sostituti minflok ħamsa.[2] Dan l-istaġun hu differenti wkoll minħabba li ma kienx hemm il-partita tradizzjonali tal-Ewwel tas-Sena. Din hi minħabba li t-Tielet Rawnd tal-FA Cup li tradizzjonalment tintlagħab fl-ewwel Sibt ta' Jannar, ħabtet fl-istess ġurnata tal-logħob tal-Ewwel tas-Sena mill-kampjonat.[3]

L-ewwel gowl tal-istaġun ġie skurjat fl-ewwel logħba tal-istaġun mill-plejer tal-Arsenal Samir Nasri kontra t-tim promoss ta' West Bromwich Albion fir-raba' minuta tal-ewwel taqsima.[4] Gabriel Agbonlahor tal-Aston Villa skorja l-ewwel tripletta tal-istaġun kontra Manchester City, fejn irnexxielu jagħmel dan f'temp ta' seba' minuti.[5]

Manchester United ħadu t-titlu tal-Premier League wara dro kontra Arsenal nhar is-16 ta' Mejju 2009, li tahom il-ħdax-il titlu tal-kampjonat, u t-tmintax-il wieħed totali, fejn b'hekk ugwaljaw ir-rekord miżmum minn Liverpool. Din kienet it-tieni darba li t-titlu rebħuh għal tliet snin infila, wara s-serje ta' rebħiet fl-2001. West Bromwich Albion saru l-ewwel tim relegat għaċ-Championship wara telfa ta' 2–0 ġewwa darhom kontra Liverpool nhar is-17 ta' Mejju 2009. Magħhom ingħaqdu Middlesbrough u Newcastle United li fl-aħħar ġurnata tal-istaġun tilfu kontra West Ham United u Aston Villa rispettivament. Dan ifisser li Hull City u Sunderland salvaw posthom fl-ogħla diviżjoni minkejja li tilfu kontra Manchester United u Chelsea. Din kienet l-ewwel darba mill-istaġun 2005–06 li aktar minn tim promoss wieħed żamm postu fil-Premier League.

Promozzjoni u relegazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Timijiet promossi mill-Football League Championship 2007–08

Timijiet relegati għall-Football League Championship 2008–09

Poż Tim L R D T GF GK DG Pti
1 Manchester United  (Ċ) 38 28 6 4 68 24+44 90
2 Liverpool 38 25 11 2 77 27+50 86
3 Chelsea 38 25 8 5 68 24+44 83
4 Arsenal 38 20 12 6 68 37+31 72
5 Everton 38 17 12 9 55 37+18 63
6 Aston Villa 38 17 11 10 54 48+6 62
7 Fulham 38 14 11 13 39 34+5 53
8 Tottenham Hotspur 38 14 9 15 45 450 51
9 West Ham United 38 14 9 15 42 453 51
10 Manchester City 38 15 5 18 58 50+8 50
11 Wigan Athletic 38 12 9 17 34 4511 45
12 Stoke City 38 12 9 17 38 5517 45
13 Bolton Wanderers 38 11 8 19 41 5312 41
14 Portsmouth 38 10 11 17 38 5719 41
15 Blackburn Rovers 38 10 11 17 40 6020 41
16 Sunderland 38 9 9 20 34 5420 36
17 Hull City 38 8 11 19 39 6425 35
18 Newcastle United  (R) 38 7 13 18 40 5919 34
19 Middlesbrough  (R) 38 7 11 20 28 5729 32
20 West Bromwich Albion  (R) 38 8 8 22 36 6731 32

Sors: Barclays Premier League
Minħabba li l-finalisti tal-FA Cup (Chelsea u Everton) ikkwalifikaw għall-Ewropa grazzi għall-pożizzjoni tagħhom fil-klassifika, it-tim fis-sitt post irċieva post fl-Europa League. Ir-rebħa tal-League Cup minn Manchester United tat, il-post fl-Ewropa ngħata lit-tim li spiċċa fis-seba' post.

Leġġenda
Kwalifikazzjoni għall-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League
Kwalifikazzjoni għar-rawnd tal-play-offs tal-UEFA Champions League
Kwalifikazzjoni għar-rawnd tal-play-offs tal-UEFA Europa League
Relegazzjoni għall-Football League Championship
Intern \ Estern1 ARS AST BLABOLCHEEVEFULHULLIVMNCMNUMIDNEWPORSTKSUNTOTWBAWHUWIG
Arsenal 02 40 10 14 31 00 12 11 20 21 20 30 10 41 00 44 10 00 10
Aston Villa 22 32 42 01 33 00 10 00 42 00 12 10 00 22 21 12 21 11 00
Blackburn 04 02 22 02 00 10 11 13 22 02 11 30 20 30 12 21 00 11 20
Bolton 13 11 00 02 01 13 11 02 20 01 41 10 21 31 00 32 00 21 01
Chelsea 12 20 20 43 00 31 00 01 10 11 20 00 40 21 50 11 20 11 21
Everton 11 23 23 30 00 10 20 02 12 11 11 22 03 31 30 00 20 31 40
Fulham 10 31 12 21 22 02 01 01 11 20 30 21 31 10 00 21 20 12 20
Hull City 13 01 12 01 03 22 21 13 22 01 21 11 00 12 14 12 22 10 05
Liverpool 44 50 40 30 20 11 00 22 11 21 21 30 10 00 20 31 30 00 32
Manchester City 30 20 31 10 13 01 13 51 23 01 10 21 60 30 10 12 42 30 10
Manchester United 00 32 21 20 30 10 30 43 14 20 10 11 20 50 10 52 40 20 10
Middlesbrough 11 11 00 13 05 01 00 31 20 20 02 00 11 21 11 21 01 11 00
Newcastle 13 20 12 10 02 00 01 12 15 22 12 31 00 22 11 21 21 22 22
Portsmouth 03 01 32 10 01 21 11 22 23 20 01 21 03 21 31 20 22 14 12
Stoke City 21 32 10 20 02 23 00 11 00 10 01 10 11 22 10 21 10 01 20
Sunderland 11 12 00 14 23 02 10 10 01 03 12 20 21 12 20 11 40 01 12
Tottenham 00 12 10 20 10 01 00 01 21 21 00 40 10 11 31 12 10 10 00
West Bromwich Albion 13 12 22 11 03 12 10 03 02 21 05 30 23 11 02 30 20 32 31
West Ham 02 01 41 13 01 13 31 20 03 10 01 21 31 00 21 20 02 00 21
Wigan Athletic 14 04 30 00 01 10 00 10 11 21 12 01 21 10 00 11 10 21 01

Aġġornata sal-logħbiet li ntlagħbu fl-24 ta' Mejju 2009.
Sors: Barclays Premier League
1 It-tim li jilgħab f'daru hu mniżżel fil-kolonna xellugija.
Kuluri: Blu = rebħa ta' tim f'daru; Isfar = dro; Aħmar = rebħa ta' tim barra minn daru.

L-aqwa skorers

[immodifika | immodifika s-sors]
Poż. Plejer Klabb Gowls[6]
1 Franza Nicolas Anelka Chelsea 19
2 Portugall Cristiano Ronaldo Manchester United 18
3 Ingilterra Steven Gerrard Liverpool 16
4 Brażil Robinho Manchester City 14
Spanja Fernando Torres Liverpool 14
6 Ingilterra Darren Bent Tottenham Hotspur 12
Ingilterra Carlton Cole West Ham United 12
Ingilterra Kevin Davies Bolton Wanderers 12
Netherlands Dirk Kuyt Liverpool 12
Ingilterra Frank Lampard Chelsea 12
Ingilterra Wayne Rooney Manchester United 12

Unuri tax-xahar

[immodifika | immodifika s-sors]
Xahar Kowċ Plejer
Awwissu 2008 Ingilterra Gareth Southgate (Middlesbrough) Portugall Deco (Chelsea)
Settembru 2008 Ingilterra Phil Brown (Hull City) Ingilterra Ashley Young (Aston Villa)
Ottubru 2008 Spanja Rafael Benítez (Liverpool) Ingilterra Frank Lampard (Chelsea)
Novembru 2008 Ingilterra Gary Megson (Bolton) Franza Nicolas Anelka (Chelsea)
Diċembru 2008 Irlanda ta' Fuq Martin O'Neill (Aston Villa) Ingilterra Ashley Young (Aston Villa)
Jannar 2009 Skozja Sir Alex Ferguson (Manchester United) Serbja Nemanja Vidić (Manchester United)
Frar 2009 Skozja David Moyes (Everton) Ingilterra Phil Jagielka (Everton)
Marzu 2009 Spanja Rafael Benítez (Liverpool) Ingilterra Steven Gerrard (Liverpool)
April 2009 Skozja Sir Alex Ferguson (Manchester United) Russja Andrei Arshavin (Arsenal)

Unuri annwali

[immodifika | immodifika s-sors]

Plejer tas-Sena tal-PFA

[immodifika | immodifika s-sors]

L-unur tal-Plejer tas-Sena tal-PFA għall-2009 ġie mirbuħ minn Ryan Giggs ta' Manchester United.

Il-lista tan-nominati għall-unur tal-Plejer tas-Sena tal-PFA, b'ordni alfabetiku, kienu dawn is-segwenti:

Plejer Żagħżugħ tas-Sena tal-PFA

[immodifika | immodifika s-sors]

L-unur tal-Plejer Żagħżugħ tas-Sena tal-PFA ġie mirbuħ minn Ashley Young ta' Aston Villa.

Il-lista tan-nominati għal dan l-unur kienu dawn is-segwenti:

Tim tas-Sena tal-PFA

[immodifika | immodifika s-sors]

Gowler: Edwin van der Sar (Manchester United)
Difiża: Glen Johnson (Portsmouth), Patrice Evra, Rio Ferdinand, Nemanja Vidić (kollha ta' Manchester United)
Nofs il-grawnd Steven Gerrard (Liverpool), Cristiano Ronaldo, Ryan Giggs (it-tnejn ta' Manchester United), Ashley Young (Aston Villa)
Attakk: Nicolas Anelka (Chelsea), Fernando Torres (Liverpool)

Unur ta' Mertu tal-Barclays Premier League

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Il-gowler ta' Aston Villa, Brad Friedel, ingħata l-Unur ta' Mertu tal-Barclays Premier League wara li laħaq kwota ta' 167 dehra konsekuttiva fil-Premier League.[7]
  • Il-gowler ta' Manchester United, Edwin van der Sar, kiseb l-Unur ta' Mertu tal-Barclays Premier League wara li kiser ir-rekord ta' minuti ta' logħob mingħajr ma jlaqat gowl, b'total ta' ħdax-il partita konsekuttiva ta' inbattibilità li bdiet mill-partita kontra Stoke City fil-15 ta' Novembru 2008 u baqgħet għaddejja sal-partita kontra West Bromwich Albion fis-27 ta' Jannar 2009.[8]
  • Il-gowler ta' Portsmouth, David James, ġie onorat bl-Unur ta' Mertu tal-Barclays Premier League wara li kiser ir-rekord ta' preżenzi fil-Premier League nhar l-14 ta' Frar 2009 wara li għamel il-536 apparenza fir-rebħa ta' Portsmouth ta' 2–0 fuq Manchester City.[9]
Klabb Grawnd Kapaċità
Manchester UnitedOld Trafford76,212
ArsenalEmirates Stadium60,355
Newcastle UnitedSt James' Park52,387
SunderlandStadium of Light48,707
Manchester CityCity of Manchester Stadium47,726
LiverpoolAnfield45,522
Aston VillaVilla Park42,640
ChelseaStamford Bridge42,055
EvertonGoodison Park40,569
Tottenham HotspurWhite Hart Lane36,240
West Ham UnitedUpton Park35,303
MiddlesbroughRiverside Stadium35,049
Blackburn RoversEwood Park31,367
FulhamCraven Cottage30,500
Bolton WanderersReebok Stadium28,723
Stoke CityBritannia Stadium28,383
West Bromwich AlbionThe Hawthorns28,003
Hull CityKC Stadium25,404
Wigan AthleticJJB Stadium25,138
PortsmouthFratton Park20,688
  1. "2008/09 fixtures announced" (bl-Ingliż). Premier League. 2008-06-16. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-06-17. Miġbur 2008-08-17.
  2. "Premier League ratifies more subs" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2008-02-07. Miġbur 2008-08-17.
  3. "How the fixture list is compiled" (bl-Ingliż). The Football League. 2008-06-16. Miġbur 2008-12-17.
  4. Fletcher, Paul (2008-08-16). "Arsenal 1-0 West Brom" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2008-08-17.
  5. Bevan, Chris (2008-08-17). "Aston Villa 4-2 Man City" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2008-08-17.
  6. "Barclays Premier League Top Scorers" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2008-08-16. Miġbur 2008-08-18.
  7. "Friedel honoured with Barclays Merit award" (bl-Ingliż). Premier League. 2008-12-05. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-03-19. Miġbur 2009-05-18.
  8. "Edwin's award" (bl-Ingliż). Manchester United. 2009-01-30. Miġbur 2009-02-19.
  9. "James earns Barclays merit award" (bl-Ingliż). Premier League. 2009-02-20. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-02-23. Miġbur 2009-02-27.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]