Aqbeż għall-kontentut

Lierse SK

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn K. Lierse SK)
Lierse SK
Isem sħiħ Koninklijke Lierse Sportkring
Ismijiet oħra De Pallieters
Fundazzjoni 6 ta' Marzu 1906
Xoljiment 31UTCt
Grawnd Herman Vanderpoortenstadion, Lier
Kowċ Eric Van Meir (en) Translate
Kampjonat L-Ewwel Diviżjoni
L-ewwel
It-tieni
It-tielet
Sit uffiċjali

Koninklijke Lierse Sportkring, spiss magħrufa sempliċement bħala Lierse huwa klabb tal-futbol professjonali Belġjan, mill-belt ta' Lier fil-provinċja ta' Antwerp. Lierse bdew jilgħabu fl-Ewwel Diviżjoni Belġjana mill-istaġun 2010-11 u huma diġà rebħu l-kompetizzjoni 4 darbiet. Huma wkoll rebħu żewġ Tazzi Belġjani. Lierse huwa wieħed mill-5 klabbs Belġjani li lagħbu fil-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League ma' Anderlecht, Club Brugge, Genk u Standard. L-iktar plejer li għamel apparenzi mal-klabb huwa Bernard Voorhoof b'61 dehra għall-Belġju, kollha meta kien ma Lierse. Bi 30 gowl, ukoll huwa l-aqwa skorer tat-Tim nazzjonali Belġjan flimkien ma' Paul Van Himst.

Il-klabb twaqqaf fl-1906 u dawn ġew promossi l-ewwel darba għall-ewwel diviżjoni fl-istaġun 1927-28. Lierse kienu ta' suċċess fl-ewwel diviżjoni sal-aħħar tat-Tieni Gwerra Dinjija, huma rebħu 2 titoli u spiċċaw biss 4 darbiet barra mill-ewwel ħamsa. Fl-aħħar tal-istaġun 1947-48, kienu relegati għat-tieni diviżjoni. Lierse gawdu żewġ perjodi aktar fl-ogħla livell, kull darba b'rebħa ta' kampjonat (bejn l-istaġuni 1953-54 u 1985-86 u bejn l-istaġuni 1988-89 u 2006-07).

Lierse jilgħabu l-logħob f'darhom ġewwa Herman Vanderpoortenstadion li jinsab f'Lier, li huwa magħruf ukoll bħala 'Het Lisp', minħabba li l-istadju jinsab fil-lokal jismu Lisp. Huma għandhom kuluri isfar u iswed. Il-klabb kien inxtara reċentement minn negozjant Eġizzjan jismu Maged Samy, li jippossjedi wkoll KV Turnhout u Wadi Degla FC fl-Eġittu li għandha kuntratt sportiv ma' Arsenal. Huwa xtara l-klabb billi ħallas id-djun tiegħu.

Lierse SK fl-1906: Fundaturi u l-ewwel plejers

Fl-1904, Gustaaf Van Den Roye tgħallem dwar il-logħba tal-futbol f'Antwerp u ġie affaxxinat dwar dan. Huwa xtara ballun awtentiku biex jilagħab il-logħba fil-lokal tiegħu ta' Lier. L-ewwel logħob kienu lagħbu fuq terren ta' proprjetà tal-lokali graf Marnix de Sainte-Aldegonde. Il-bdiewa lokali ma kinux kuntenti u l-pulizija kellha tintervjeni. Il-graf kien infurmat b'dak li ġara u talab lil Van Den Roye li jiġi u jara lilu. Meta Van Den Roye qal lil Graf dwar l-intenzjoni tiegħu biex joħloq klabb tal-futbol attwali u enfasizza d-diffikultajiet li kellu jħabbat wiċċu magħhom, Il-Graf wiegħdu terren li jista' jservi bħala grawnd tal-futbol.

Fis-6 ta' Marzu 1906, waqt laqgħa fokali imsejħa De Roskam klabb tal-futbol twaqqaf, imsemmi Liersche Sportkring. Lierse kien twieled u l-ewwel bord kien stabbilit: Gerard Quaeyhaegens bħala ċermen, Gust van den Roye bħala segretarju u Georges Peeters bħala teżorier. Graf Marnix de Sainte-Aldegonde qablu biex isir president onorarju.

Sentejn wara l-fondazzjoni tal-klabb, f'Settembru 1908, Lierse sar membru tal-Assoċjazzjoni Rjali tal-futbol Belġjan, fejn bdew jilagħbu fl-aktar livell baxx tal-Futbol Belġjan. Fl-1913 il-klabb għamel l-ewwel impatt tiegħu fil-futbol Belġjan, meta sar l-ewwel klabb li kien jikkompeti fil-kampjonat reġjonali biex jilħaq il-kwarti tal-finali tat-Tazza Belġjana. Il-klabb telgħa permezz tal-gradi tal-futbol Belġjan. Fl-1922, wara li rebħu r-rawnd tal-play-off Lierse kisbu l-promozzjoni għall-livelli nazzjonali tal-Futbol Belġjan, li huma qatt ma ħallew s'issa.

1927-1948: L-ewwel perjodu fl-ogħla livell

[immodifika | immodifika s-sors]

Ħames snin wara li laħqu l-livelli nazzjonali, fl-1927, Lierse saru ċampjins f'diviżjoni 1 it-tieni livell tal-futbol Belġjan, b'żewġ punti vantaġġ fuq RSC Anderlecht. Billi għamlu dan, Lierse irnexxielhom jiġu promossi għall-ogħla livell għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom. Dan l-ewwel perjodu fl-ogħla livell wera ħafna suċċess immedjatament kif Lierse saru ċampjins għall-ewwel darba fl-1932. Fi 12-il staġun li segwew huma spiċċaw biss darba taħt l-ewwel ħamsa, huma ġew it-tieni post darbtejn fl-1935 u fl-1939, u rebħu l-kampjonat mill-ġdid fl-1941 (mhux uffiċjali minħabba t-Tieni Gwerra Dinjija) u fl-1942.

Wieħed mill-fatturi ewlenin tas-suċċess tal-klabb f'dak il-perjodu kien Bernard Voorhoof, li skorja 350 gowls f'529 logħbiet għall-klabb. Huwa kien ivvotat il-"Plajer tas-Seklu ta' Lierse" meta l-klabb iċċelebra l-100 anniversarju tiegħu fl-2006. S'issa Voorhoof għadhu l-aqwa skorer tat-Tim nazzjonali Belġjan bi 30 gowls f'61 logħbiet u huwa wieħed mill-erba' plejers madwar id-dinja li kkompetew fi tlett edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja qabel it-Tieni Gwerra Dinjija.

It-Tieni Gwerra Dinjija kellha l-impatt tagħha fuq il-klabb. Żewġ plejers tal-klabb, il-gowler nazzjonali Frans Christiaens u Frans Vervoort mietu matul bambardamenti alleati fuq fabbrika Ġermaniża okkupata ġewwa Mortsel. Anka Jules Van Craen, l-aqwa skorer tal-Kampjonat Belġjan fl-istaġun 1943 miet matul il-gwerra. Fl-istaġun 1944-1945, Lierse, flimkien ma' tliet klabbs oħra miż-żona ta' Antwerp, ma kkompetewx fil-kampjonat, minħabba l-bambardamenti Ġermaniżi fil-Port ta' Antwerp. Dawn il-fatti, flimkien ma' wħud mill-plejers anzjani li se jirtiraw ikkawża l-klabb li jonqos sakemm huma spiċċaw fil-qiegħ tal-kampjonat fl-1948. Wara 21 sena fl-ogħla livell, Lierse kienu relegati għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom.

1953-preżent

[immodifika | immodifika s-sors]

Ħames snin wara, fl-1953 Lierse kisbu l-promozzjoni lura għall-ogħla livell. Fl-1960, Lierse rebħu t-tielet titolu tal-kampjonat tagħhom, u ddistingwew ruħhom fil-livell Ewropew. Fl-1969, Lierse rebħu t-Tazza Belġjana għall-ewwel darba. Fil-21 ta' Settembru 1971 kien ġurnata li l-partitarji ta' Lierse qatt ma jinsew. Ġimagħtejn qabel, Lierse tilfu 0-2 ġewwa darhom għall-bosta superjuri Leeds United fl-ewwel rawnd tat-Tazza UEFA. Ħadd ma stenna li Lierse kienu se jirbħu ġewwa Leeds, iżda fid-90 minuta,il-bord tal-iskor qrat li Lierse kienu rebħu improbabbli 0-4, u Leeds, id-detenturi tat-Tazza kienu eliminati. Fl-1986 Lierse reġgħu waqgħu relegati, iżda kienu promossi lura għall-ogħla diviżjoni fl-1988. Lierse kien wieħed mill-aqwa klabbs Belġjani kif ukoll kellhom prijorità għolja. Klabbs sinjuri bħal Anderlecht u Club Bruges kienu ssaltnu supremi fil-Kampjonat Belġjan. Fl-1997 ġara xi ħaġa li ħadd ma ħaseb li tista tkun possibbli, Lierse saru ċampjins tal-kampjonat mill-ġdid. Sentejn wara fl-1999, Lierse rebħu it-Tazza Belġjana mill-ġdid.

Parteċipazzjoni fl-Ewropa

[immodifika | immodifika s-sors]
Mill-5 ta' Marzu 5, 2006:
Kompetizzjoni Apparenzi Logħob Rebħiet Pari Telfiet Gowls favur Gowls kontra
UEFA Champions League 210118619
Cup Winners' Cup 263031212
UEFA Cup 51853102828
Intertoto Cup 2126062116


Plejers notevoli

[immodifika | immodifika s-sors]

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]