Aqbeż għall-kontentut

Anderson Luís de Abreu Oliveira

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Anderson
Informazzjoni personali
Isem sħiħAnderson Luís de Abreu Oliveira
Twelid13 ta' April 1988 (1988-04-13) (36 sena)
Porto Alegre, Brażil
Tul1.76 m
RwolMidfilder
Mixtliet
1993–2004Grêmio
Karriera professjonali
SninKlabb
2004–2005Grêmio
2005–2007Porto
2007–2015Manchester United
2014Fiorentina (self)
2015–2018Internacional
2017Coritiba (self)
2018–2020Adana Demirspor
Tim nazzjonali
2007–2008Brażil

Anderson Luís de Abreu Oliveira, magħruf aħjar bħala Anderson (twieled fit-13 ta' April 1988) huwa eks-futboler Brażiljan li bħalissa qiegħed iservi bħala assistent kowċ ta' Adana Demirspor. Fil-karriera tiegħu lagħab bħala midfilder, prinċiparjament ma' Manchester United.

Anderson beda l-karriera tal-futbol fis-settur ġovanili ta' Grêmio u fl-2005 hu ddebutta mat-tim, fejn lagħab b'kollox 5 partiti fis-Série B Brażiljana. Anderson kiseb simbolu ikoniku hekk kif skorja gowl memorabbli li ta lil Grêmio l-promozzjoni għas-Serie A, f'logħba eliminatorja kontra Nautico. Dan il-gowl jibqa' famuż minħabba li Grêmio kellhom biss seba' plejers fil-grawnd u kienu għadhom kemm raw lill-avversarji jitilfu penalty. Dan il-gowl ta lil Grêmio rebħa b'sorpriża ta' 1–0.

Hu ngħaqad ma' FC Porto f'Diċembru tal-2005 u għamel id-debut tiegħu fil-5 ta' Marzu 2006, fejn għen lit-tim jakkwista s-SuperLiga Portugiża f'dak l-istaġun. Hu ddebutta fiċ-Champions League kontra CSKA Moscow. Madanakollu, Anderson kellu jitlef ħames xhur tal-istaġun 2006–07 minħabba li kien kiser saqajh.[1]

Manchester United

[immodifika | immodifika s-sors]
Anderson flimkien ma' sieħbu Wayne Rooney

Fit-30 ta' Mejju 2007, kien ikkonfermat mis-sit elettroniku ta' Manchester United li Anderson kien inxtara għal madwar £18 miljun.[2] Hu kiseb id-dritt tax-xogħol fl-Ingilterra fid-29 ta' Lulju 2007, u t-trasferiment kien ikkonfermat fit-2 ta' Lulju, b'Anderson jiffirma kuntratt ta' ħames snin.

Id-debutt tiegħu wasal f'partita ta' ħbiberija qabel il-bidu tal-istaġun kontra Doncaster Rovers. Hu ngħata n-numru 8, li kien intlibes minn Wayne Rooney l-istaġun ta' qabel.

Anderson iddebutta kompetittiviment fil-partita mill-kampjonat kontra Sunderland fl-1 ta' Settembru 2007. Hu kien sostitwt minn Louis Saha fi tmiem l-ewwel taqsima, fejn dan tal-aħħar skorja l-gowl tar-rebħa. Anderson imbagħad għamel id-debutt fiċ-Champions League kontra Sporting CP, fejn daħal bħala sostitut għal Ryan Giggs fis-76 minuta.

Fil-finali taċ-Champions League 2007–08 f'Moska, ġewwa r-Russja, Anderson daħal bħala sostitut fl-aħħar minuta tal-ħin supplementari biex jieħu post Wes Brown. Hu skorja s-sitt penalty waqt l-għoti tal-penalties. Fil-finali tal-League Cup 2009 kontra Tottenham Hotspur, Anderson daħal fil-partita fis-56 minuta għal Danny Welbeck. Hekk kif il-partita kellha tiġi deċiża bil-lotterija tal-penalties, Anderson skorja l-gowl li ta t-trofew lit-tim ta' United.[3]

L-ewwel gowl ta' Anderson bil-flokk aħmar ta' Manchester United wasal fit-12 ta' Settembru 2009 meta skorja kontra Tottenham Hotspur, fir-rebħa ta' 3–1 ġewwa White Hart Lane. Din kienet it-78 dehra tiegħu għat-tim tal-United.[4]

Internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]
Anderson (lemin) mal-Arġentin Lionel Messi fl-Olimpjadi.

F'April tal-2005, hu kien imsejjaħ fit-tim Brażiljan għall-Kampjonat dinji ta' taħt is-sbatax-il sena, u f'Ottubru ta' wara hu rebaħ l-Ballun tad-Deheb tal-Adidas mat-tim nazzjonali tiegħu fit-Tazza tad-Dinja tal-Futbol ta' taħt is-sbatax-il sena 2005.

Id-debutt internazzjonali mat-tim tal-kbar wasal fis-27 ta' Ġunju 2007 fit-telfa ta' 2-0 kontra l-Messiku fil-Copa América, waqt li d-debutt mal-ewwel ħdax wasal fir-rebħa ta' 3–0 kontra ċ-Ċili.

F'Lulju tal-2008, il-kowċ tal-Brażil Dunga għażel lil Anderson fost it-tmintax il-plejer għall-Logħob Olimpiku tas-sajf 2008.[5] Hu skorja l-ewwel gowl tal-Brażil fit-tieni partita tal-grupp kontra New Zealand, partita li rebħuha bl-iskor ta' 5–0. Hu rritorna lura miċ-Ċina b'midalja tal-bronż, bir-rebħa ta' 3–0 kontra l-Belġju.

Grêmio
Porto
Manchester United
Internacional
  1. ^ Antony Kastrinakis (2008-04-16). "Anderson's Leg Break Hell" (bl-Ingliż). The Sun. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-02-01. Miġbur 2008-04-16.
  2. ^ "Transfers" (bil-Franċiż). L'Équipe. 2007-07-10. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-01-18. Miġbur 2007-07-13.
  3. ^ "Man Utd 0-0 Tottenham (aet)" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2009-03-01. Miġbur 2009-03-01.
  4. ^ "Tottenham 1-3 Man Utd" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2009-09-12. Miġbur 2009-09-12.
  5. ^ "Ronaldinho gets Olympics go-ahead" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2008-07-16.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]