Aqbeż għall-kontentut

Żarbuna tad-Deheb

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Żarbuna tad-deheb)
Iż-Żarbuna tad-Deheb mirbuħa minn Diego Forlán

Iż-Żarbuna tad-Deheb hu rikonoxximent tal-futbol li jingħata lill-plejers li, matul l-istaġun, kisbu l-ikbar punteġġi billi jiġi mmultiplikat in-numru ta' gowls li ġew skurjati fil-partiti tal-kampjonat u l-koefiċċjent tal-kampjonat.

Mill-bidu ta' dan ir-rikonoxximent fl-istaġun 1967–68 l-unur, oriġinarjament magħruf bħala Soulier d'Or, li hi traduzzjoni bill-Franċiż għal Żarbuna tad-Deheb, kien mogħti mir-rivista France Football lill-aqwa skorer f'kull kampjonat Ewropew ta' dak l-istaġun. Ma kienx jingħata differenzi bejn il-kampjonati. Bejn l-1991 u l-1996, l-unur sar wieħed inuffiċjali wara protesta min-naħa tal-Federazzjoni Ċiprijotta, li stqarrew li plejer skorja 40 gowl, minkejja li l-aqwa skorers uffiċjali tal-istaġun ikunu mniżża b'dsatax-il gowl.

L-unur reġa' sar wieħed uffiċjali mill-istaġun 1996–97, meta l-European Sports Magazines (ESM), fejn France Football hi membru tagħha, iddeċidiet għal sistema ta' punti skont is-"saħħa" ta' kull kampjonat tal-Ewropa. Dawn huma determinati skont il-koefiċċjenti tal-UEFA, li min-naħa l-oħra jiddependu fuq ir-riżultati tal-klabbs tal-kampjonati fil-kompetizzjoni Ewropea fil-ħames snin ta' qabel. B'hekk gowls skurjati fis-Serie A, l-akbar kampjonat tal-futbol fl-Italja, jgħodd aktar mil-League of Wales, li hu l-ekwivalenti tiegħu ta' Wales.[1]

Rebbieħa mill-1968 sal-1991

[immodifika | immodifika s-sors]

Bejn l-1968 u l-1991, iż-Żarbuna tad-Deheb, kif kienet magħrufa, kienet tingħata lill-aqwa skorer f'kwalunkwe kampjonat Ewropew. B'hekk ma kienx jittkejjel it-toqol tal-kampjonat u toqol tal-partiti li kienu jintlagħbu kif ukoll in-numru ta' partiti li l-plejer ħa sehem fihom. Matul dan il-perjodu Eusébio, Gerd Müller, Dudu Georgescu u Fernando Gomes rebħu dan it-titlu darbtejn.[1]

     Staġuni meta kien hemm żewġ rebbieħa

Staġun Plejer Klabb Gowls
1967–68 Portugall Eusébio Portugall Benfica 42
1968–69 Bulgarija Petar Zhekov Bulgarija CSKA Sofia 36
1969–70 Ġermanja Gerd Müller Ġermanja Bayern Munich 38
1970–71 Jugożlavja Josip Skoblar Franza Marseille 44
1971–72 Ġermanja Gerd Müller Ġermanja tal-Punent Bayern Munich 40
1972–73 Portugall Eusébio Portugall Benfica 40
1973-74 Arġentina Héctor Yazalde Portugall Sporting Lisbona 46
1974–75 Rumanija Dudu Georgescu Rumanija Dinamo Bucharest 33
1975–76 Ċipru Sotiris Kaiafas Ċipru Omonia Nicosia 39
1976–77 Rumanija Dudu Georgescu Rumanija Dinamo Bucharest 47
1977–78 Awstrija Hans Krankl Awstrija Rapid Vienna 41
1978–79 Netherlands Kees Kist Netherlands AZ Alkmaar 34
1979–80 Belġju Erwin Vandenbergh Belġju Lierse 39
1980–81 Bulgarija Georgi Slavkov Bulgarija Trakia Plovdiv 31
1981–-82 Netherlands Wim Kieft Netherlands Ajax 32
1982–83 Portugall Fernando Gomes Portugall Porto 36
1983–84 Wales Ian Rush Ingilterra Liverpool 32
1984–85 Portugall Fernando Gomes Portugall Porto 39
1985–86 Netherlands Marco van Basten Netherlands Ajax 37
1986–87 Rumanija Rodion Cămătaru Rumanija Dinamo Bucharest 39
1987–88 Turkija Tanju Çolak Turkija Galatasaray 39
1988–89 Rumanija Dorin Mateuţ Rumanija Dinamo Bucharest 43
1989–90 Messiku Hugo Sánchez Spanja Real Madrid 38
1989–90 Bulgarija Hristo Stoičkov Bulgarija CSKA Sofia 38
1990–91 Maċedonja ta' Fuq Darko Pancev Jugożlavja Crvena Zvezda 34

Rebbieħa inuffiċjali mill-1991 sal-1996

[immodifika | immodifika s-sors]

Iż-Żarbuna tad-Deheb saret inuffiċjali mill-1991 sal-1996, wara protesta mill-federazzjoni tal-futbol ta' Ċipru fejn plejer allegatament skorja 40 gowls, minkejja li l-lista uffiċjali tal-aqwa skorers tal-istaġun huma t-tnejn imniżżla b'dsatax-il gowl. Minħabba dan il-każ, France Football iddeċidiet li tagħmel il-kompetizzjoni inuffiċjali sal-1996. L-awa skorer għall-istaġun 1990–91, Darko Pancev, ma rċeviex dan l-unur sas-sena 2006.[2] L-unur reġa' sar wieħed uffiċjali fl-1996 b'regolamenti differenti.

Staġun Plejer Klabb Gowls
1991–92 Skozja Ally McCoist Skozja Rangers 34
1992–93 Skozja Ally McCoist Skozja Rangers 34
1993–94 Wales David Taylor Wales Porthmadog 43
1994–95 Armenja Arsen Avetisyan Armenja Homenetmen 39
1995–96 Ġeorġja Zviad Endeladze Ġeorġja Margveti 40

Rebbieħa mill-1996 sal-lum

[immodifika | immodifika s-sors]

Mill-istaġun 1996–97, il-European Sports Magazines onoraw iż-Żarbuna tad-Deheb ibbażat skont sistema ta' punti li jippermetti lil plejers ta' kampjonati diffiċli biex jirbħu anki jekk ikunu skurjaw xi ftit inqas gowls minn plejer ta' kampjonat mhux daqshekk b'saħħtu. B'din il-modifikazzjoni, il-gowls huma pożizzjonati differenti bejn il-kampjonati. Gowls skurjati fl-aqwa tmien kampjonati skont il-koefiċċjenti tal-UEFA huma multiplikati mal-fattur ta' tnejn, u gowls skurjati f'kampjonati li jinsabu bejn id-9 u l-21 post huma multiplikati mal-fattur 1.5.

     Staġuni meta kien hemm żewġ rebbieħa

Staġun Plejer Klabb Gowls Punti
1996–97 Brażil Ronaldo Spanja Barcelona 34 68
1997–98 Greċja Nikos Machlas Netherlands Vitesse Arnhem 34 68
1998–99 Brażil Mário Jardel Portugall Porto 36 72
1999–00 Ingilterra Kevin Phillips Ingilterra Sunderland 30 60
2000–01 Żvezja Henrik Larsson Skozja Celtic 35 52.5
2001–02 Brażil Mário Jardel Portugall Sporting CP 42 63
2002–03 Netherlands Roy Makaay Spanja Deportivo La Coruña 29 58
2003–04 Franza Thierry Henry Ingilterra Arsenal 30 60
2004–05 Franza Thierry Henry Ingilterra Arsenal 25 50
2004–05 Urugwaj Diego Forlán Spanja Villareal 25 50
2005–06 Italja Luca Toni Italja ACF Fiorentina 31 62
200–-07 Italja Francesco Totti Italja Roma 26 52
2007–08 Portugall Cristiano Ronaldo Ingilterra Manchester United 31 62
2008–09 Urugwaj Diego Forlán Spanja Villareal 32 64
2009–10 Arġentina Lionel Messi Spanja Barcelona 34 68
2010–11 Portugall Cristiano Ronaldo Spanja Real Madrid 40 80
2011–12 Arġentina Lionel Messi Spanja Barcelona 50 100
2012–13 Arġentina Lionel Messi Spanja Barcelona 46 92
2013–14 Urugwaj Luis Suárez Ingilterra Liverpool 31 62
2013–14 Portugall Cristiano Ronaldo Spanja Real Madrid 31 62
2014–15 Portugall Cristiano Ronaldo Spanja Real Madrid 48 96
2015–16 Urugwaj Luis Suárez Spanja Barcelona 40 80
2016–17 Arġentina Lionel Messi Spanja Barcelona 37 74
2017–18 Arġentina Lionel Messi Spanja Barcelona 34 68
2018–19 Arġentina Lionel Messi Spanja Barcelona 36 72
2019–20 Italja Ciro Immobile Italja Lazio 36 72
2020–21 Polonja Robert Lewandowski Ġermanja Bayern Munich 41 82
  1. ^ a b "Golden Boot: The Quotients Decide It All". soccerphile.com (bl-Ingliż). Miġbur 2008-02-29.
  2. ^ "Macedonia's Pancev gets his Golden Boot". setimes.com (bl-Ingliż). Miġbur 2008-02-23.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]