Trattat ta' Adeżjoni 2003
It-Trattat ta' Adeżjoni 2003 (magħruf ukoll bħala t-Trattat ta' Ateni) kien qbil iffirmat ġewwa Ateni nhar is-16 ta' April, 2003, bejn il-ħmistax-il membru tal-Unjoni Ewropea u għaxar pajjiżi, li kienu, Ċipru, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovenja, is-Slovakkja u l-Ungerija, li wassal għall-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea.
Wara l-iffirmar tat-trattat, dan daħal fis-seħħ fl-1 ta' Mejju tal-2004, il-ġurnata tat-tkabbir tal-Unjoni Ewropea.
L-UE tikkonsisti minn numru kbir ta' strutturi legali li jibnu fuq xulxin; hi b'hekk definita minn trattati internazzjonali suċċessivi. It-Trattat ta' Adeżjoni tal-2003 immodifika:
- it-Trattat ta' Ruma (li stabilixxa l-Komunità Ekonomika Ewropea)
- it-Trattat ta' Ruma (li stabilixxa l-Komunità tal-Enerġija Atomika Ewropea)
- it-Trattat ta' Maastricht (li stabilixxa l-Unjoni Ewropea)
kif ukoll atti oħrajn li flimkien jifformaw il-qafas legali attwali tal-Unjoni Ewropea.
Tibdil jinkludi fil-mod kif il-votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata hi mmexxiha fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
L-isem sħiħ tat-Trattat bil-Malti hu:
“ Trattat bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Iżvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (Stati Membri tal-Unjoni Ewropea) u r-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, fuq l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka fl-Unjoni Ewropea. ”