Aqbeż għall-kontentut

Massimo Oddo

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Massimo Oddo
Informazzjoni personali
Isem sħiħMassimo Oddo
Twelid14 ta' Ġunju 1976 (1976-06-14) (50 sena)
Città Sant'Angelo, Italja
Tul1.82 m
RwolDifensur lemini
Mixtliet
1992–1993Renato Curi Angolana
1993–1995Milan
Karriera professjonali
SninKlabb
1995–1999Milan
1995–1996→ Fiorenzuola (self)
1996→ Monza (self)
1996–1997→ Prato (self)
1997–1998→ Lecco (self)
1998–1999→ Monza (self)
1999–2000Napoli
2000–2002Verona
2002–2007Lazio
2007–2012Milan
2008–2009→ Bayern Munich (self)
2011–2012→ Lecce (self)
Tim nazzjonali
2002–2008Italja

Massimo Oddo (twieled fl-14 ta' Ġunju 1976) huwa kowċ u eks-plejer tal-futbol Taljan li kien jilgħab fl-irwol ta' difensur lemini. Mat-tim nazzjonali hu rnexxielu jirbaħ it-Tazza tad-Dinja.

Massimo Oddo beda l-futbol professjonali mat-tim tas-Serie C1 Fiorenzuola, biex fis-snin ta' wara, dejjem fl-istess serje, lagħab ma' Monza, Prato u Lecco.

Id-debutt fis-Serie B wasal flimkien mat-tim ta' Monza, u ma' Verona lagħab l-ewwel żewġ kampjonati fis-Serie A. Wara ngħaqad mal-Lazio u hemmhekk hu sar kaptan tal-iskwadra u kien f'dan iż-żmien li ntgħażel għall-ewwel darba mat-tim nazzjonali tal-Italja fil-partita kontra s-Slovenja li kienet spiċċat f'telfa ta' 1–0 għat-Taljani.

F'Jannar tal-2007 ġie akkwistat mill-Milan għas-somma ta' €7.75 miljun flimkien mat-trasferiment permanenti ta' Pasquale Foggia li kien diġà jinsab f'self mat-tim Lazjali. L-ewwel logħba mar-Rossoneri wasal kontra t-tim ta' Parma fit-28 ta' Jannar 2007 fir-rebħa ta' 1–0, u skorja l-ewwel gowl mat-tim kontra Chievo fir-rebħa ta' 3–1. Oddo kien parti mit-tim Minalista li rebaħ ċ-Champions League f'rebħa ta' 2–1 fuq Liverpool, u kif ukoll is-Supercup Ewropea tat-tim f'Awwissu meta rebħu lit-tim ta' Sevilla.

Nhar it-28 ta' Awwissu 2008, Oddo ġie msellef għal sena lit-tim tal-Bundesliga Bayern Munich b'għażla li jiġi mixtri b'mod definittiv fl-aħħar tal-istaġun, għażla li ma ttieħditx mill-klabb Bavarjan.

Internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

Oddo għamel id-debutt tiegħu mat-tim nazzjonali Taljan fl-2002. Hu beda mal-ewwel ħdax fl-ewwel seba' partiti tal-logħob ta' kwalifika għall-Kampjonati Ewropej 2004. Matul il-kompetizzjoni fil-Portugall, huwa daħal bħala sostitut f'partita waħda kontra l-Bulgarija, u assista l-gowl li għen lill-Italja biex jirbħu l-logħba. Oddo kien parti mit-tim rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja 2006. Huwa lagħab biss 23 minuta mill-partita kontra l-Ukrajna.

Oddo skorja l-ewwel gowl internazzjonali għall-Italja minn penalty fil-partita ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2008 fis-7 ta' Ottubru 2006 kontra l-Ukrajna.

Lazio
Milan

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]