Festival tal-Eurovision 2014
Festival tal-Eurovision 2014 "#JoinUs" | |
---|---|
Dati | |
Data tal-1el semifinali | 6 ta' Mejju 2014 |
Data tal-2ni semifinali | 8 ta' Mejju 2014 |
Data tal-finali | 10 ta' Mejju 2014 |
Ospitu | |
Sala | B&W Hallerne, Kopenħagen, Danimarka |
Superviżur | Jon Ola Sand |
Xandar | Danmarks Radio (DR) |
Parteċipanti | |
Numru ta' parteċipanti | 37 |
Pajjiżi debuttanti | Ħadd |
Pajjiżi li rritornaw | |
Pajjiżi li rtiraw | |
Festival tal-Eurovision | |
◄2013 2015► |
Il-Festival tal-Eurovision 2014 se jkun id-59 edizzjoni ta' dan il-konkors mużikali. Dan l-avveniment sar f'Copenhagen, id-Danimarka, wara li Emmelie de Forest fil-Festival tal-Eurovision 2013 tat id-dritt lil dan il-pajjiż jospita l-Eurovision għat-tielet darba. Il-belt ta' Copenhagen ukoll se tospita dan l-avveniment għat-tielet darba. L-istazzjon Danmarks Radio (DR) għażel lil B&W Hallerne bħala s-sala għall-avveniment wara li ġew ikkunsidrati diversi swali oħra fi bliet different mifruxin mad-Danimarka. B&W Hallerne hija sala li kienet tintuża biex jinbnew il-vapuri u ġiet ittrasformata f'arena li setgħet tospita dan il-konkors. Tinsab fuq il-gżira ta' Refshaleoen, li ġie mħabbar li kienet se tissejjaħ "Eurovision Island" matul iż-żmien tal-festival. Sebgħa u tletin pajjiż se jieħdu sehem, fosthom il-Polonja u l-Portugall li rritornaw wara waqfa qasira. Għat-tieni darba konsekuttiva, erba' pajjiżi ħassew il-bżonn li jirtiraw mill-festival, l-aktar minħabba raġunijiet finanzjarji. Dan se jkun l-iżgħar festival bħala numru ta' pajjiżi mill-2006. Id-disinn tal-konkors kien mibni madwar it-tema "Join Us", fejn iċ-ċentru ta' kollox huwa d-djamant ta' lwien blu u vjola li jirrappreżenta lill-gżira ta' Refshaleoen li fiha sar il-festival.
Allokazzjoni tas-semifinali
[immodifika | immodifika s-sors]Bħas-snin ta' qabel, kien hemm polza li ddeterminat liema pajjiżi kienu se jikkompetu fl-ewwel jew fit-tieni semifinali. Din saret fis-17 ta' Jannar tal-2013 fis-Sala Ċentrali ta' Malmö. Għall-kuntrarju tal-edizzjonijiet l-oħrajn, l-ordni tal-pajjiżi ġiet deċiża mid-diretturi tal-festival, sabiex kull kanzunetta tkun imqassma b'tali mod li tkun differenti minn ta' qabilha u ta' warajha u l-festival ikun aktar interessanti. L-ordni ta' kif se jikkompetu l-pajjiżi tħabbret f'April.
Bħas-snin ta' qabel, is-semifinalisti ġew imqassma f'sitt urni, ibbażati fuq kif ivvutaw lil xulxin f'dawn l-aħħar għaxar snin.
Urna 1 | Urna 2 | Urna 3 | Urna 4 | Urna 5 | Urna 6 |
---|---|---|---|---|---|
|
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Festival tal-Eurovision 2014 |