L-Ukrajna pparteċipat fil-Eurovision ħames darbiet, bid-debutt tagħa jsir fl-edizzjoni ta' l-2003 u spiċċaw fl-erbatax-il-post permezz tal-kantant popolari Oleksandr Ponomaryov. It-tieni parteċipazzjoni ta' dan il-pajjiż tat l-ewwel rebħa grazzi għal Ruslana. Fl-edizzjoni ta' wara huma spiċċaw fid-dsatax-il post, fejn il-belt kapitali ta' Kiev ospitat is-serata. L-Ukrajna għadha ma tilfitx finali, u b'hekk qatt ma kienet eliminata fis-semi-finali.