Ludwig van Beethoven
“ Kollox jgħaddi u d-dinja tmut, imma s-Sinfonija nru. 9 tibqa' għal dejjem. ”
Ludwig van Beethoven (pronunzjata /luːtvɪç fan ˈbeːthoːfn/; Bonn, 17 ta' Diċembru 1770 – Vjenna, 26 ta' Marzu 1827) kien kompożitur Ġermaniż li x-xogħol tiegħu jinfirex mill-perjodu klassiku sal-bidu tar-Romantiċiżmu.
Bħala l-aħħar rappreżentant tal-klassiċiżmu Vjenniż (wara Gluck, Haydn u Mozart), Beethoven ħejja t-triq għall-evoluzzjoni lejn ir-Romantiċizmu fil-mużika u influwenza l-mużika tal-Punent matul parti kbira tas-seklu 19. Kien inkomparabbli ("Tagħtini l-impressjoni li inti bniedem b'ħafna mħuħ, ħafna qlub u ħafna rwieħ" qallu Haydn qrib l-1793)[1] u esprima l-arti tiegħu fil-forom kollha tal-mużika. Minkejja li l-mużika sinfonika kienet il-kawża prinċipali tal-popularità universali tiegħu, kienet il-kitba pjanistika u l-musica da camera li għamlu l-ikbar impatt.
Bil-qawwa tar-rieda tiegħu rebaħ fuq it-tiġrib li ġabitlu t-traġedja tat-truxija u ċċelebra fil-mużika tiegħu t-trijonf tal-eroiżmu u l-ferħ waqt li d-destin tah biss iżolament u miżerja. Għaldaqstant, kien tassew jistħoqqlu t-tifħir ta' Romain Rolland meta dan tal-aħħar wasal biex qal: "Hu l-aqwa fost l-aqwa mużiċisti. Hu l-forza l-iżjed erojka fl-arti moderna".[2] Ix-xogħlijiet ta' Beethoven, li għalih il-kreazzjoni mużikali kienet att ta' bniedem ħieles u independenti, u espressjoni ta' ottimiżmu u ta' fiduċja soda fil-bniedem, jagħmluh wieħed mill-figuri l-iżjed importanti fl-istorja tal-mużika.
Bijografija
[immodifika | immodifika s-sors]1770-1792: Ifeġġ il-ġenju
[immodifika | immodifika s-sors]Oriġni u tfulija
[immodifika | immodifika s-sors]Ludwig van Beethoven twieled Bonn fis-16 ta' Diċembru jew fis-17 ta' Diċembru 1770,[3] minn familja umli li kellha tradizzjoni mużikali ta' mill-inqas żewġ ġenerazzjonijiet. Nannuh min-naħa ta' missieru, Ludwig van Beethoven ix-xiħ (1712-1773), kien ġej minn familja ordinarja Fjamminga minn Mechelen (il-partiċella "van" m'għandhiex x'taqsam man-nobbiltà).[4] Dan kien raġel rispettat u mużiċista tajjeb li mar joqgħod Bonn fl-1732 u sar Maestro di Cappella tal-Prinċep-Elettur ta' Kolonja. Missieru, Johann van Beethoven (1740-1792), kien mużiċista u tenur fil-Qorti tal-Elettur, bniedem medjokri, kiefer u magħruf bħala xurban, li rabba 'l-uliedu taħt dixxiplina kbira. Ommu, Maria-Magdalena van Beethoven, imwielda Keverich (1746-1787), kienet bint kok tal-Elettur ta' Trier. Kienet mara qalba tajba imma depressiva, maħbuba minn uliedha imma dejjem tibqa' lura. Ludwig kien wieħed fost seba' wlied li minnhom tlieta biss laħqu l-età adulta: hu stess, u ż-żewg ħutu iżgħar minnu, Kaspar-Karl (1774-1815) u Johann (1776-1848).[5]
Johann van Beethoven ma damx ma ntebaħ bid-don mużikali ta' ibnu u induna kemm seta' jaqla' minnu. Ftakar fiċ-ċkejken Mozart, muri f'kunċerti madwar l-Ewropa xi ħmistax-il sena qabel, u mill-1775 ħa l-edukazzjoni mużikali ta' Ludwig f'idejh biex fl-1778 ħadu jdoqq il-pjanu quddiem udjenzi mar-Rheinland kollha, minn Bonn sa Kolonja. Imma għall-kuntrarju ta' Léopold Mozart, minflok ma pprova juża l-pedagoġija ma' ibnu, Johann van Beethoven kien kapaċi biss juża l-awtortità u l-ħruxija u din l-esperjenza sfat bla frott u ma ttennitx darba oħra, ħlief dawra waħda fil-Pajjiżi l-Baxxi fl-1781.[6] Flimkien ma' edukazzjoni ġenerali, li kien jafha fil-parti kbira lill-benevolenza tal-familja von Breuning u lill-ħbiberija mat-tabib Franz-Gerhard Wegeler, li baqgħet għal ħajtu kollha, it-tfajjel Ludwig sar l-istudent ta' Christian Gottlob Neefe (pjanu, orgni, kompożizzjoni), u bejn l-1782 u l-1783 ikkompona għall-pjanu, id-Disa' Varjazzjonijiet fuq marċ ta' Dressler,[7] u t-tliet Sonatini msejħa "lill-Elettur" li mmarkaw simbolikament il-bidu tax-xogħol mużikali tiegħu.
Patrunaġġ ta' Waldstein u l-laqgħa ma' Haydn
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-1784, Beethoven nħatar organista fil-Qorti tal-Elettur il-ġdid Max-Franz li sar il-patrun tiegħu. Hemm induna bih il-Konti Ferdinand von Waldstein li l-għajnuna tiegħu kienet kruċjali għall-mużiċista żagħżugħ. Ħa 'l Beethoven Vjenna għall-ewwel darba f'April 1787, u fiż-żjara kellu laqgħa qasira ma' Mozart.[8] F'Lulju 1792, von Waldstein ippreżenta ż-żagħżugħ Ludwig lil Joseph Haydn li kien għadu ġej minn dawra mal-Ingilterra u waqaf Bonn. Haydn impressjona ruħu ħafna meta qara l-mużika ta' kantata komposta minn Beethoven (jew Nhar il-mewt ta' Ġużeppi II jew Nhar il-miġja ta' Leopoldu II) u stiednu jkompli jistudja Vjenna taħt id-direzzjoni tiegħu. Beethoven kien jaf li l-opportunità li jitgħallem taħt mużiċista tal-fama ta' Haydn ma kinitx ta' min jitlifha, u fl-istess ħin kważi ma kienx għad baqagħlu aktar irbit mal-familja (ommu kienet mietet bit-tuberkulożi f'Lulju 1787, u missieru kien dejjem fis-sakra u ma kienx kapaċi jmantni l-familja). Għalhekk Beethoven aċċetta u fit-2 ta' Novembru 1792 telaq ir-Renu u qatt ma reġa' lura. Waldstein (Novembru 1792) kien qallu hekk:
"Għażiż Beethoven, ħa tmur Vjenna biex twettaq ix-xewqa ta' żmien ilu: il-ġenju ta' Mozart għadu bil-vistu u jibki l-mewt tad-dixxiplu tiegħu. Fl-ineżawribbli Haydn sab il-kenn, imma ma sabx daru; hu għadu jixtieq jingħaqad ma' xi ħadd. Bil-ħidma bla waqfien, irċievi minn idejn Haydn l-ispirtu ta' Mozart".[9] |
1792-1802: Minn Vjenna għal Heiligenstadt
[immodifika | immodifika s-sors]L-ewwel snin fi Vjenna
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-aħħar tas-seklu 18, Vjenna kienet il-kapitali tal-mużika Oċċidentali u kienet tirrapreżenta l-aħjar ċans biex wieħed jirnexxi fil-karriera mużikali. Meta wasal hemm fl-età ta' 22 sena, kien diġà kkompona ħafna, però fil-verità l-ebda waħda mill-kompożizzjonijiet sa dak iż-żmien kienet imporanti wisq, u kien għadu lura milli jilħaq il-maturità artistika. Dan jiddistingwih fundamentalment minn Mozart. Fil-fatt kien bħala pjanista "virtuoso" li xtaq isir famuż, qabel ma jagħmel isem bħala kompożitur. Rigward it-tagħlim minn Haydn, minkejja li kien mill-aktar prestiġjuż, kien ukoll diżappuntat minn xi aspetti. Minn naħa minnhom, Beethoven malajr daħħalaha f'rasu li l-għalliem tiegħu kien jgħir għalih, waqt li min-naħa l-oħra Haydn ma damx ma beda jiddejjaq bin-nuqqas ta' dixxiplina u l-awdaċja mużikali tal-istudent tiegħu. Minkejja l-istima li kellhom lejn xulxin, imfakkra bosta drabi, "missier is-sinfonija" qatt ma kellu ma' Beethoven l-istess ħbiberija profonda li kellu ma' Mozart, ħbiberija li wasslet għat-twelid ta' emulazzjoni li tat ħafna frott. Haydn, lejn l-1793 qallu:
"Int għandek ħafna talent u tikseb iżjed il-quddiem, ħafna iżjed. Għandek abbundanza ineżawribbli ta' ispirazzjoni. Int se jkollok ideat li għad ħadd ma kellu, u qatt m'inti se tissagrifika l-ideat tiegħek għal xi regola tiranika, imma se tissagrifika r-regoli tiraniċi għall-fantasiji tiegħek; tagħtini l-impressjoni li inti bniedem b'ħafna mħuħ, ħafna qlub u ħafna rwieħ." [1] |
Matul dan iż-żmien Haydn kellu influwenza profonda u twila fuq ix-xogħol ta' Beethoven, u iżjed tard dan kien se jirrikonoxxi dak li kien jaf lill-għalliem tiegħu. Wara li Haydn reġa' mar Londra (Jannar 1794), Beethoven kompla l-istudji tiegħu sporadikament sal-bidu tal-1795 ma' bosta għalliema oħra fosthom il-kompożitur Johann Schenk u tnejn oħra mill-epoka Mozartina: Johann Georg Albrechtsberger u Antonio Salieri. Meta temm l-apprentistat tiegħu, Beethoven iddeċieda li jibqa' Vjenna. It-talenti tiegħu bħala pjanista għamluh magħruf u apprezzat mid-dilettanti tal-mużika tal-aristokrazija Vjenniża li fosthom insibu bosta ismijiet li baqgħu sal-lum marbutin mad-dedikazzjonijiet ta' ħafna mill-kapulavuri tiegħu, bħall-Baruni Nikolaus Zmeskall, il-Prinċep Carl Lichnowsky, il-Konti Andrei Razumovsky, il-Prinċep Joseph Franz von Lobkowitz, u aktar tard l-Arċiduka Rodolfu tal-Awstrija. Wara li ppublika l-ewwel tliet trii tiegħu għall-pjanu, vjolin u vjolinċell, taħt in-numru opus 1, imbagħad l-ewwel Sonati għall-pjanu tiegħu, Beethoven ta l-ewwel kunċert pubbliku fid-29 ta' Marzu 1795, fejn daqq il-kreazzjoni tiegħu Kunċert għall-pjanu nru. 2 (li fil-fatt kien ikkompona l-ewwel meta kien għadu Bonn).
L-aqwa virtuoso ta' Vjenna
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-1796 Beethoven għamel sensiela ta' kunċerti li ħaduh minn Vjenna sa Berlin u għadda minn Dresden, Leipzig, Nuremberga u Praga. Waqt li l-pubbliku faħħar il-virtuosità u l-ispirazzjoni tiegħu fuq il-pjanu, il-kritiċi l-iżjed konservazzjonisti laqgħu l-entużjażmu tiegħu b'ċertu xettiċiżmu.[10]
Il-qari tal-klassiċi Griegi, ta' Shakespeare u tal-mexxejja tal-moviment politiku-letterarju Sturm und Drang li kienu Goethe u Schiller, xaqleb it-temperament tal-mużiċista b'mod permanenti lejn l-idealiżmu. Dan l-idealiżmu kien imsaħħaħ ukoll mill-ideat demokratiċi tal-Illuminiżmu u r-Rivoluzzjoni Franċiża li dak iż-żmien kienu nfirxu mal-Ewropa. Fl-1798 Beethoven kien sikwit iżur l-ambaxxata ta' Franza fi Vjenna fejn iltaqa' ma' Bernadotte u mal-vjolinista Rodolphe Kreutzer, li fl-1803 iddedikalu is-Sonata għall-vjolin nru. 9 li ġġib ismu. Waqt li l-attività kreattiva tiegħu intensifikat (kompożizzjoni tas-Sonati għall-pjanu, Sonata għall-pjanu nru. 5 sa Sonata għall-pjanu nru. 7, l-ewwel Sonati għall-vjolin u pjanu), sa madwar l-1800, il-kompożitur kien għadu jieħu sehem fil-konkorsi mużikali li kienu popolari ħafna fis-soċjetà Vjenniża u li għamluh l-aqwa virtuoso ta' Vjenna, għad-detriment għal pjanisti ta' fama bħal Clementi, Cramer, Gelinek, Hummel u Steibelt.
L-aħħar tas-snin 1790 kien ukoll l-epoka tal-ewwel kapulavuri: l-Kunċert għall-pjanu nru. 1 (1798), l-ewwel sitt kwartetti għall-arki (1798-1800), is-Settett għall-arki u nifsijiet (1799-1800) u fix-xogħlijiet li jaffermaw bl-iżjed mod ċar il-karattru tal-mużiċista li kien qiegħed jissawwar: is-Sonata għall-pjanu nru. 8 (msejħa Patetika) (1798-1799) u s-Sinfonija nru. 1 (1800). Minkejja li l-influwenza tal-aħħar sinfoniji ta' Haydn kienet għadha tidher ċara fihom, din tal-aħħar kienet diġà stampata bil-karattru Beethovenjan (b'mod partikulari fl-ischerzo tat-tielet moviment) u diġà kien hemm fiha ż-żerriegħa tal-wegħda ta' suċċessi ikbar. L-Ewwel Kunċert u L-Ewwel Sinfonija indaqqu b'suċċess kbir fit-2 ta' April f'kunċert li Beethoven iddedika għax-xogħlijiet tiegħu. Bl-għajnuna tar-renti li kienu jtuh il-patruni tiegħu, Beethoven, li l-fama tiegħu kienet qiegħda tikber anki barra mill-fruntieri tal-Awstrija, kien jidher f'dak il-mument ta' ħajtu li kien garantit ħajja fil-karriera ta' kompożitur u interpretu glorjuż tal-mużika.
Czerny, lejn l-1840 qal:
"L-improviżazzjoni tiegħu ma setgħetx tkun iżjed brillanti u tal-għaġeb; f'xi laqgħat li daqq għalihom, tant impressjona 'l kull wieħed mis-semmiegħa li ħafna drabi għajnejhom kienu jimtlew bid-dmugħ, u xi wħud kienu jinfaqgħu jibku. Kellu fl-espressjoni tiegħu xi ħaġa meraviljuża, independentament mis-sbuħija u l-oriġinalità tal-ideat tiegħu u l-mod inġenjuż kif kien idoqqhom."[11] |
Bejn is-sekli
[immodifika | immodifika s-sors]Is-sena 1802 kellha tkun ta' bidla kbira fil-ħajja tal-kompożitur. Mingħajr ma qal lil ħadd, mill-1796 Beethoven beda jinduna bit-truxija tiegħu, li kienet se tibqa' sejra għall-agħar mingħajr fejqan sakemm fl-1820 ittarrax għal kollox.[12] Għalhekk inqata' min-nies kollha u ngħalaq fis-solitudni minħabba l-biża' li jkollu jammetti fil-pubbliku li kien qiegħed ibati b'din il-marda terribbli. Allura Beethoven ħa l-fama ta' misantropu u sofra din il-fama fis-silenzju sa mewtu.[13] Billi kien jaf l-marda tiegħu kienet xi darba se twaqqfu milli jaħdem bħala pjanista u forsi anki milli jikkomponi, għal mument daħallu f'rasu li joqtol ruħu b'idejh, imma malajr iddispjaċieh, neħħa din l-idea minn moħħu u esprima l-fiduċja fl-arti tiegħu f'ittra li baqgħet tissejjaħ it-Testment ta' Heiligenstadt, li qatt ma ntbagħtet u kien biss wara mewtu li din instabet.
Beethoven fis-6 ta' Ottubru 1802 kiteb:
"Ja nies li taħsbu li jien odjuż, stinat, żorr, jew nippretendi li jien hekk, kemm intom inġusti! Ma tafux ir-raġuni sigrieta li tarawni hekk. […] Kunu afu li sitt snin ilu qabditni din il-marda terribbli, li t-tobba inkompetenti għamlu agħar. Sena wara sena bla tama ta' fejqan, […] kelli ninqata' mill-kumpanija, ngħix waħdi, 'il bogħod mid-dinja. […] Jekk xi darba taqraw dan, imbagħad tindunaw li ma kontux ġusti miegħi, u li l-imdejjaq jissabbar billi jsib xi ħadd ieħor bħalu li minkejja l-ostakli kollha tan-Natura sar fost l-aqwa artisti u nies kbar."[14] |
Fortunatament il-vitalità kreattiva tiegħu ma battietx. F'dan il-perjodu ta' kriżi morali, wara l-kompożizzjoni tas-sonata ġentili, Sonata għall-vjolin nru. 5, imsejħa Ir-rebbiegħa (Frühlings, 1800) u tas-Sonata għall-pjanu nru. 14, imsejħa Dawl ta' Qamar (1801), ikkompona s-sinfonija mhux magħrufa wisq, mimlija ferħ, it-Tieni Sinfonija (1801-1802) u l-kunċert iżjed ta' swied il-qalb, il-Kunċert għall-pjanu nru. 3 (1800-1802) fejn feġġet b'mod ċar, permezz tal-kjavi ta' do minuri, il-personalità karatteristika tal-kompożitur.
Fil-5 ta' April 1803, dawn iż-żewġ xogħlijiet intlaqgħu tajjeb, imma għal Beethoven kienet ħa tinqaleb il-folja; minn dak iż-żmien il-karriera tiegħu kienet se tieħu direzzjoni oħra. Miċħud mill-possibbiltà li jesprimi t-talent tiegħu kollu u milli jaqla l-għajxien bħala interpretu tal-mużika, kien sejjer jintefa' b'ruħu u ġismu fuq il-kompożizzjoni b'kuraġġ u qawwa ta' karattru li ħadd ma kien stennihom. Fit-tmiem tal-kriżi tal-1802 feġġ l-eroiżmu trijonfanti tat-Tielet Sinfonija.
Beethoven fl-1802 qal hekk:
"Jien sodisfatt biex xogħol tiegħi sa issa. M'illum irrid niftaħ triq ġdida."[15] |
1802-1812: Il-perjodu msejjaħ erojku
[immodifika | immodifika s-sors]Mill-Erojka għal Fidelio
[immodifika | immodifika s-sors]It-Tielet Sinfonija (l-Erojka), kienet pass importanti fix-xogħol ta' Beethoven, mhux biss minħabba l-qawwa espressiva u t-tul tagħha li sa dak iż-żmien kienet ħaġa ġdida għalih, imma wkoll għax tat il-bidu għal sensiela ta' xogħlijiet brillanti, notevoli għat-tul tagħhom, u l-enerġija tagħhom, karatteristiċi tal-istil tal-perjodu tan-nofs ta' Beethoven, imsejjaħ "stil erojku". Il-kompożitur għall-ewwel kellu l-ħsieb li jiddedika din is-sinfonija lill-Ġeneral Napuljun Bonaparti li kien iqisu bħala s-salvatur tar-Rivoluzzjoni Franċiża.[16] Imma meta sema' bil-proklamazzjoni maħruġa mill-Imperu Franċiż (Mejju 1804), tant irrabja li qatta' d-dedikazzjoni.[17] Fl-aħħar, il-kapulavur ingħata t-titlu ta' Sinfonija Kbira Erojka b'tifkira ta' bniedem kbir. Il-kompożizzjoni tas-sinfonija ħadet mill-1802 sal-1804 u meta nstemgħet fil-pubbliku fis-7 ta' April 1805, qajmet reazzjoni kbira u l-biċċa kbira tan-nies ħasbuha twila wisq. Beethoven ma ħabbilx rasu u qal li din is-sinfonjia jarawha qasira meta jkun ikkompona oħra ta' iżjed minn siegħa,[18] u sal-kompożizzjoni tad-Disa' Sinfonija baqa' jqis l-Erojka bħala l-aħjar sinfonija tiegħu.[19]
Fil-kitba pjanistika, l-istil evolva wkoll: fl-1804 is-Sonata għall-pjanu nru. 21 iddedikata lill-Konti Waldstein u msemmija għalih, laqtet 'il-pjanisti li daqquha bil-virtuosità tagħha u b'kemm kienet teħtieġ mill-istrument. Is-sonata grandjuża Sonata għall-pjanu nru. 23 imsejħa Appassionata (1805), ħarġet mill-istess forma u ftit żmien warajha l-Kunċert Tripplu għall-pjanu, vjolin, vjolinċell u orkestra (1804). F'Lulju tal-1805, il-kompożitur iltaqa' ma' Luigi Cherubini u ma ħebiex l-ammirazzjoni li kellu għalih.
Ta' ħamsa u tletin sena, Beethoven beda jaħdem fil-forma mużikali li għaliha Mozart kien l-iżjed famuż, l-opra lirika. Fl-1801 għoġbu ħafna l-librett Léonore ou l'amour conjugal tal-Franċiż Jean-Nicolas Bouilly, u fl-1803 beda l-abbozz tal-opra Fidelio, li fil-bidu kienet iġġib it-titlu tal-eroina Léonore. Imma kellu xi diffikultajiet li ma stennihomx. Din fil-bidu ma ntgħoġbitx mill-pubbliku (kellha tliet rappreżentazzjonijiet biss fl-1805) u Beethoven beda jaħseb li kien hemm konfoffa kontra tiegħu. Fidelio kellha tgħaddi minn tliet verżjonijiet (1805, 1806 u 1814) u kien biss wara t-tielet waħda li fl-aħħar l-opra kellha r-rikoxximent li xerqilha. Beethoven kien ikkompona xogħol importanti tar-repertorju liriku imma din l-esperjenza ħallietu b'togħma qarsa u qatt ma reġa' ħadem f'dil-forma ta' mużika, allavolja ħaseb fi proġetti oħra, fosthom MacBeth ispirat mix-xogħol ta' Shakespeare[20] u fuq kollox Faust ta' Goethe, fl-aħħar ta' ħajtu.
L-indipendenza stabbilita
[immodifika | immodifika s-sors]Wara l-1805, minkejja l-problemi ta' Fidelio li tefgħuh lura, il-qagħda ta' Beethoven reġgħet marret għall-aħjar. Reġgħet ġiet lura fih il-vitalità kreattiva, deher li kien aċċetta t-truxija tiegħu u reġa' sab, għall-inqas għal xi żmien, ħajja soċjali sodisfaċenti. Minkejja diżappunt sentimentali ieħor għall-mużiċista fil-ksur tar-relazzjoni intima li kellu ma' Joséphine von Brunsvik, is-snin bejn l-1806 u l-1808 kienu l-iżjed fertili għall-kapulavuri li ħoloq: is-sena 1806 biss rat il-kompożizzjoni tal-Kunċert għall-pjanu nru. 4, ta' tliet kwartetti għall-arki, nru. 7, nru. 8 u nru. 9 iddedikat lill-Konti Razumovsky, tar-Raba' Sinfonija u tal-Kunċert għall-vjolin. Fil-ħarifa ta' dik is-sena Beethoven mar joqgħod mal-patrun tiegħu, il-Prinċep Carl Lichnowsky, fil-palazz tiegħu fis-Sleżja u kien waqt li kien qiegħed hemm li wera bl-iżjed qawwa kemm ried ikun indipendenti. Lichnowsky hedded li jarresta 'l Beethoven jekk dan iwebbes rasu u jirrifjuta li jdoqq il-pjanu quddiem xi uffiċjali Franċiżi li kienu stazzjonati fil-palazz tiegħu (is-Sleżja kienet ilha okkupata mill-armati ta' Napuljun mill-Battalja ta' Austerlitz), u l-kompożitur telaq il-prinċep wara ġlieda vjolenti u bagħatlu nota li m'għandhiex bżonn kummentarju (Ottubru 1806) :
"Prinċep, dak li int, hu b'aċċident tat-twelid. Dak li jien, hu bil-ħila tiegħi. Hemm ħafna prinċpijiet u jkun hemm eluf oħra. Beethoven m'hemmx ħlief wieħed."[21] |
Minkejja l-gwaj li ġab fuqu bit-telfa tar-renti mill-patrun ewlieni tiegħu, Beethoven irnexxilu li jistabilixxi ruħu bħala artista independenti u jeħles simbolikament mill-patrunaġġ aristokratiku. Minn hemm l-istil Erojku beda tiela lejn il-quċċata tal-perfezzjoni. Beethoven mexa max-xewqa tiegħu li "jaqbad id-destin minn għonqu" kif qal 'il Wegeler f'Novembru tal-1801[22] u beda jaħdem fuq il-Ħames Sinfonija. Permezz tal-famuż motiv ritmiku ta' erba' noti li jinstema' fl-ewwel battuta u jinfirex max-xogħol kollu, il-mużiċista ried jesprimi t-taqbida tal-bniedem mad-destin u r-rebħa finali tiegħu. L-ouverture Korjolanu, li bħalha hi fuq il-kjavi ta' do minuri, ġejja mill-istess epoka. Imma allavolja kienet komposta fl-istess żmien bħall-Ħames Sinfonija, is-Sinfonija Pastorali hi differenti għal kollox. Michel Lecompte iddeskriviha bħala "l-iżjed serena, l-iżjed mistrieħa, l-iżjed melodika mid-disa' sinfoniji" u fl-istess ħin l-inqas tipika.[23] Hi tislima lin-natura minn kompożitur li kien iħobb ħafna l-kampanja, fejn minn dejjem sab il-kalma u l-ħemda li jispirawh. Din tħabbar verament ir-romantiċiżmu fil-mużika, il-Pastorali għandha bħala sottotitlu din il-frażi ta' Beethoven: "Espressjoni ta' sentiment iżjed minn pittura" u kull moviment fiha għandu indikazzjoni deskrittiva: kienet twieldet is-sinfonija programmatika.
Il-kunċert mogħti minn Beethoven fit-22 ta' Diċembru 1808 kien bla dubju ta' xejn wieħed mill-ikbar fl-istorja (ma' dak tas-7 ta' Mejju 1824). Fih indaqqu għall-ewwel darba l-Ħames Sinfonija, is-Sinfonija pastorali, il-Kunċert għall-pjanu nru. 4, il-Fantasija korali għall-pjanu u orkestra u żewġ innijiet mill-Quddiesa fid-Do maġguri li kien ikkompona għall-Prinċep Esterházy fl-1807.[24] Wara l-mewt ta' Haydn f'Mejju tal-1809, minkejja li kien għad baqa' avversarji determinati, ma kien jinstab ħadd fid-dinja li seta' jikkontesta l-post ta' Beethoven fil-panteon tal-mużiċisti.
Il-maturità artistika
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-1808, Beethoven kellu offerta mingħand Jérôme Bonaparte, li ħuh kien tah it-tron tal-Westfalja, biex isir maestro di cappella fil-Qorti tiegħu f'Kassel. Jidher li għal mument ġietu l-ħajra li jaċċetta dan l-impieg prestiġuż li, minkejja li kieku ddeċieda li jaċċetta kien iwarrab l-indipendenza tiegħu li tant kien iġġieled għaliha, din il-pożizzjoni kienet tiżguralu aktar kumdità. Imma fl-1809, kien hemm reazzjoni patrijotika mill-aristokrazija Vjenniża. Biex ma jħallux il-mużiċista nazzjonali tagħhom jitlaq, l-Arċiduka Rodolfu, il-Prinċep Kinsky u l-Prinċep Lobkowitz marru jiżguraw 'l Beethoven, li jekk jibqa' Vjenna, jkollu ħlas għal ħajtu ta' 4000 florin fis-sena, somma konsiderevoli għal dik l-epoka.[26] Beethoven aċċetta u qata' xewqtu li żgur ma jerġax ikun fil-bżonn. Imma fir-rebbiegħa tal-1809 il-gwerra bejn Franza u l-Awstrija, li reġgħet bdiet, ħassret kollox. Il-familja imperjali kienet imġiegħla tħalli 'l Vjenna li kienu qed jokkupaw. Il-kriżi gravi ekonomika li laqtet 'l-Awstrija wara l-Battalja ta' Wagram u t-Trattat ta' Schönbrunn impost minn Napuljun Bonaparti, irvinat l-aristokrazija u l-kuntratt ma' Beethoven safa fix-xejn. Sa mewtu s-sitwazzjoni baqgħet tant ħażina li kellu jgħix l-aħħar snin ta' ħajtu kważi fil-faqar.
Madankollu, il-lista ta' kompożizzjonijiet baqgħet titwal: is-snin 1809 u 1810 raw il-kompożizzjoni ta' sensiela ġdida ta' kapulavuri, mill-kunċert brillanti, Kunċert għall-pjanu nru. 5, li ndaqq għall-ewwel darba minn Karl Czerny, il-Kwartett għall-arki nru. 10 msejjaħ l-Arpi, għall-musica di scena għal Egmont ta' Goethe. Meta l-istudent u ħabib tiegħu, l-Arċiduka Rudolf, l-iżgħar tifel tal-familja imperjali, kien imġiegħel jitlaq, Beethoven ikkompona s-Sonata "Saħħiet". Bla dubju, is-snin 1811 u 1812 raw il-kompożitur jilħaq l-quċċata tal-ħajja kreattiva tiegħu. It-Triju tal-Arċiduka u s-Seba' Sinfonija kienu ħa jkunu l-ogħla punt tal-perjodu erojku.
Fil-ħajja personali, Beethoven kien imweġġa profondament meta fl-1810 kien se jiżżewweġ lil Thérèse Malfatti, li lilha ddedika l-famuża Ittra lil Eliża, u t-tieġ tħassar. Il-bijografi kitbu ħafna fuq il-ħajja sentimentali ta' Beethoven. Il-kompożitur innamra ma' bosta nisa sbieħ, sikwit miżżewġin, imma qatt ma wasal għaż-żwieġ ħlief ma' Malfatti. Ir-relazzjonijiet ma' Giulietta Giucciardi (li kienet l-ispirazzjoni għas-Sonata "Fid-dawl tal-qamar"), ma' Thérèse von Brunsvik (li ddedikahla s-Sonata għall-pjanu nru. 24), Maria von Erdödy (li kitbilha żewġ Sonati għall-vjolinċell opus 102) u ma' Amalie Sebald ma damux wisq. Barra t-tħassir ta' daż-żwieġ, il-ġrajja l-oħra importanti fl-imħabba tal-mużiċista kienet il-kitba fl-1812 tal-ittra emottiva, Ittra lill-Maħbuba immortali li għadna ma nafux lil min kitibha, imma l-ismijiet ta' Joséphine von Brunsvik u fuq kollox ta' Antonia Brentano jispikkaw l-iżjed mill-istudju tal-koppja Massin.[27] u ta' Maynard Solomon.[28]
1813-1817: Is-snin imdallma
[immodifika | immodifika s-sors]Ix-xahar ta' Lulju 1812, li fuqu għandna ħafna kummenti mill-bijografiċi tal-mużiċista, wassal għal taqliba kbira fil-ħajja ta' Beethoven. Waqt li kien qiegħed jieħu l-kura termali fir-reġjun ta' Teplice u ta' Karlovy Vary, kiteb l-ittra enigmatika, "Ittra lill-maħbuba immortali", u kellu laqgħa li ma tat ebda frott ma' Goethe bil-medjazzjoni ta' Bettina Brentano. Għal raġunijiet li ma nafux sew x'kienu, dan kien il-bidu għal perjodu twil ta' nixfa fil-ħajja kreattiva tal-mużiċista. Nafu li s-snin ta' wara l-1812 kienu mimlijin ġrajjiet drammatiċi fil-ħajja ta' Beethoven, ġrajjiet li kellu jħabbat wiċċu magħhom waħdu billi ħbiebu kollha jew kważi kollha kienu telqu minn Vjenna minħabba l-gwerra tal-1809, imma xejn ma jista' jispjega għal kollox dan il-waqfien wara għaxar snin ta' kreatività inkredibbli.
Minkejja li l-pubbliku għoġbitu ħafna s-Seba' sinfonija u r-Rebħa ta' Wellington (Diċembru 1813) u minkejja li r-rappreżentazzjoni tal-aħħar verżjoni tal-Fidelio kienet suċċess trijonfali (Mejju 1814), Beethoven ftit ftit beda jitlef il-popolarità mal-Vjenniżi li kien għad għandhom nostalġija tal-qatt minsi Mozart u bdiet togħġobhom il-mużika iżjed frivola ta' Rossini. Il-konferenza li saret fil-Kungress ta' Vjenna fejn Beethoven ġie maħtur bħala mużiċista nazzjonali,[29], ma ħebiex għal żmien twil il-fatt li kien qiegħed jitwarrab. Min-naħa l-oħra, id-dittatorjal iktar iħrax ta' Metternich poġġieh f'sitwazzjoni delikata billi l-pulizija Vjenniża ma damitx ma ntebħet bil-konvinzjonijiet demokratiċi u rivoluzzjonarji li kellu l-kompożitur u li kien beda jaħbi inqas u inqas. Mil-lat personali, l-ikbar ġrajja kienet il-mewt ta' ħuh Kaspar-Karl fl-1815. Beethoven kien wegħdu li jieħu ħsieb l-edukazzjoni ta' ibnu Karl u kellu jħabbat wiċċu ma' sensiela bla tarf ta' kawżi kontra l-mara ta' ħuh – Johanna Reis – biex jikseb it-tutela esklussiva tiegħu, li fl-aħħar rebaħ wara s-sentenza tat-tribunal maħruġa nhar it-8 ta' April, 1820.[30] Minkejja r-rieda tajba li kien iħaddan u l-ħerqa tal-istess kompożitur, dan in-neputi kien se jkun għalih, sa lejliet mewtu, kawża ta' nkwiet bla heda. Minn dawn is-snin imdallma, meta sar trux għal kollox, ħarġu biss xi kapulavuri rari: is-Sonati għall-vjolinċell nru. 4 u 5 iddedikati lill-ħabiba tiegħu Maria von Erdödy (1815), is-Sonata għall-pjanu nru. 28 (1816) u ċ-ċiklu kommoventi ta' lieder Lill-maħbuba mbegħda (An die ferne Geliebte, 1815-1816), fuq il-poeżiji ta' Alois Jeitteles.
Bejn l-1816 u l-1817, waqt li s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu bdiet sejra aktar għall-agħar, Beethoven marad gravi u deher li ried joqtol ruħu b'idejh. Imma l-forza morali tiegħu u r-rieda qawwija tiegħu reġgħu rebħuh. Hu dar lejn l-introspezzjoni u l-ispiritwalità li wrewh l-importanza ta' dak li kien għad baqgħalu jikteb "fiż-żmenijiet li ġejjin", sab il-qawwa biex jirbaħ fuq dan it-tiġrib biex jibda l-aħħar perjodu kreattiv tiegħu fejn x'aktarx kellu l-ikbar ispirazzjoni. Disa' snin qabel il-ħolqien tad-Disa' Sinfonija, Beethoven ġabar fi frażi waħda il-ħsieb li kien ħa jkun miegħu fix-xogħol kollu ta' ħajtu (1815) :
"Aħna, esseri limitati bi spirtu limitat, twelidna biss għall-ferħ u t-tbatija. U kważi nistgħu ngħidu li l-ikbar nies jiksbu l-ferħ permezz tat-tbatija."[31] |
1818-1827: L-aħħar xogħlijiet ta' Beethoven
[immodifika | immodifika s-sors]Il-quddiesa fir-Re u s-saħħiet lill-pjanu
[immodifika | immodifika s-sors]Beethoven reġa' ġie f'tiegħu fl-aħħar tal-1817, meta kiteb sonata ġdida biex tindaqq fuq il-pjanu-forte l-iżjed modern (Hammerklavier bil-Ġermaniż). Hu ried li din tkun l-iżjed vasta minn dawk kollha li kien ikkompona sa dak iż-żmien. Fiha uża sal-aħħar, il-kapaċità kollha tal-istrument, għal kważi ħamsin minuta. Imma din is-sonata, is-Sonata Kbira għall-Hammerklavier opus 106 intlaqgħet b'indifferenza mill-pjanisti kontemporanji ta' Beethoven għax dehrilhom li ma tistax tindaqq u li t-truxija tal-mużiċista għamlitu mhux kapaċi li jqis eżattament il-possibbilitajiet tal-istrument. Barra mid-Disa' Sinfonija, ġara l-istess għall-aħħar sensiela ta' xogħlijiet tiegħu. Però hu stess kien jaf li kienu avvanzati wisq għal żmienhom. Madankollu ma tantx kien jagħti każ tat-tgergir tal-pjanisti u fl-1819 lill-editur tiegħu qallu: "Din is-sonata se tħabbat 'il-pjanisti meta jdoqquha ħamsin sena oħra".[32] Min dak iż-żmien, billi kien ittarrax għal kollox, kellu jikkomunika man-nies ta' madwaru permezz tal-"pitazzi tal-konverżazzjoni" li allavolja l-parti kbira minhom intilfu jew inqerdu, illum ituna xhieda imprezzabbli tal-aħħar perjodu ta' ħajtu.
Beethoven minn dejjem kien jemmen, mingħajr ma kien prattikant ħerqan, imma l-ħerqa tiegħu għall-Kristjaneżmu żdiedet sewwa fis-snin diffiċli kif jixhdu bosta noti reliġjużi li kkopja fil-pitazzi tiegħu mill-1817 'l hemm.[33]. Madankollu, kellu xi rabtiet mal-mażunerija li setgħu jġibulu Skomunika.[34]
Fir-rebbiegħa tal-1818 Beethoven ġietu l-idea li jikteb xogħol reliġjuż importanti u għall-ewwel kellu f'moħħu quddiesa għall-inkoronazzjoni tal-Arċiduka Rodolfu li xi ftit xhur wara kien se jsir Arċisqof ta' Olmütz. Imma l-quddiesa kolossali, Missa Solemnis fir-Re maġġuri ħaddittlu erba' snin ta' xogħol bla waqfien (1818-1822) u l-quddiesa damet ma kienet ġiet ippreżentata lil Rodolfu sal-1823. Waqt li kien qiegħed jikkomponi l-Missa Solemnis, li għal bosta drabi stqarr li kienet "l-aħjar u l-ikbar xogħol tiegħu", studja fit-tul il-quddies ta' Bach u Il-Messija ta' Haendel. Fl-istess ħin li kien qiegħed jaħdem fuq il-quddiesa ikkompona l-aħħar tliet Sonati għall-pjanu (nru. 30, nru. 31 u nru. 32). Din tal-aħħar, l-opus 111, bl-ispiritwalità għolja li laħqet setgħet kienet l-aħħar testment tiegħu għall-pjanu. Imma kien għad baqagħlu jikkomponi kapulavur pjanistiku ieħor: l-editur Anton Diabelli fl-1822 stieden il-kompożituri ta' żmienu biex jiktbu varjazzjoni fuq valzer sempliċi ħafna li kien ikkompona hu. Għall-ewwel Beethoven ma ħadux bis-serjetà,[35] imma wara għamel ħafna iżjed milli kienet talbet il-proposta u ħareġ ġabra ta' 33 Varjazzjoni li Diabelli stess qabbel mal-famużi Varjazzjonijiet Goldberg ta' Bach, komposti tmenin sena qabel.
Id-Disa' Sinfonija u l-aħħar kwartetti
[immodifika | immodifika s-sors]Il-kompożizzjoni tad-Disa' Sinfonija inbdiet l-għada li kienet lesta il-Missa Solemnis. Imma dan ix-xogħol kellu bidu estremament kompless li biex nifhmuh ikollna mmoru lura għaż-żgħożija ta' Beethoven, li minn qabel telaq minn Bonn kellu l-ħsieb li jikteb il-mużika għall-Għanja lill-ferħ ta' Schiller.[36] Permezz tal-finale li min jisimgħu qatt ma jinsiegħ, fejn introduċa l-kor, l-innovazzjoni fil-kitba sinfonika tad-Disa' sinfonija dehret, fuq l-istess linji tal-Ħames, bħala evokazzjoni mużikali tat-trijonf tal-ferħ u l-fraternità fuq id-disperazzjoni, u ħadet id-dimensjoni ta' messaġġ umanista u universali. Is-sinfonija ndaqqet għall-ewwel darba fl-7 ta' Mejju 1824 quddiem pubbliku entużjasta u biha Beethoven reġa' sab is-suċċess. Is-sinfonija kellha l-ikbar suċċess fil-Prussja u l-Ingilterra, fejn il-fama tal-mużiċista kienet ilha kif xeraqlu l-ġenju tiegħu. Kien mistieden bosta drabi biex imur Londra bħal Joseph Haydn, u Beethoven lejn l-aħħar ta' ħajtu kien tħajjar imur l-Ingilterra li kien pajjiż li hu kien jammira minħabba l-ħajja kulturali u d-demokrazija tiegħu imqabbel mal-frivolità tal-ħajja Vjenniża,[37] imma qatt ma żar il-pajjiż fejn kien joqgħod Haendel li kien l-idolu ta' Beethoven. L-influwenza ta' Haendel tidher l-iżjed fil-perjodu tal-aħħar ta' Beethoven, li bejn l-1822 u l-1823 kkompona l-ouverture Il-konsagrazzjoni tad-dar fl-istil tiegħu.
L-aħħar ħames Kwartetti għall-arki (nru. 12, nru. 13, nru. 14, nru. 15, nru. 16) itemmu għal kollox il-ħidma mużikali ta' Beethoven. Bil-karattru viżżjonarju tagħhom magħqud ma' forom antiki (fil-Kwartett nru. 15 Beethoven uża l-mod mużikali lidju), dawn juru r-riżultati tal-esperimentazzjoni ta' Beethoven fil-qasam tal-“musica da camera”. Il-movimenti kbar bil-mod u drammatiċi (il-Cavatina tal-Kwartett nru. 13, u l-Heiliger Dankgesang, "l-għanja qaddisa ta' ħajr", tal-Kwartett nru. 15) iħabbru l-wasla tar-Romantiċiżmu. Ma' dawn il-ħames kwartetti, komposti fil-perjodu ta' bejn l-1824 u l-1826, irridu nżidu wkoll il-Fuga Kbira fis-Si bemoll maġġuri, opus 133, li kienet fil-bidu l-moviment tal-għeluq tal-Kwartett nru. 13 imma Beethoven firidha minnu fuq it-talba tal-editur tiegħu. Fl-aħħar tas-sajf tal-1826, kif lesta il-Kwartett nru. 16, Beethoven beda jaħseb f'għadd ta' xogħlijiet oħra:[38] L-Għaxar Sinfonija, li xi abbozzi minnha għadhom jeżistu; "ouverture" bl-isem ta' Bach; Faust ispirata mid-dramm ta' Goethe; oratorju fuq it-tema ta' Sawl u David, u ieħor fuq it-tema tal-Elementi u quddiesa Requiem. Imma fit-30 ta' Lulju 1826, neputih Karl ipprova joqtol ruħu b'idejh. Dan qajjem skandlu u Beethoven inkwetat mar joqgħod ma ħuh Johann f'Gneixendorf fir-reġjun ta' Krems an der Donau, fejn neputih kien qiegħed jistrieħ. Kien hemm li kkompona l-aħħar xogħol tiegħu, moviment allegro biex jieħu post il-Fuga Kbira bħala "finale" tal-Kwartett nru. 13.
It-tmiem
[immodifika | immodifika s-sors]Meta Beethoven mar lura Vjenna f'Diċembru tal-1826, qabditu pulmonite doppja li ma setax ifiq minnha: l-aħħar erba' xhur ta' ħajtu kienu mimlijin uġigħ u sofferenza, u saħħtu dejjem kienet sejra lura bħal granċ. Skont l-aħħar tabib tiegħu, Andras Wawruch, il-kawża diretta tal-mewt tal-mużiċista tidher li kienet dekompensazzjoni ta' ċirrożi epatika.[39] Imma l-ispjegazzjoni l-iżjed riċenti, ibbażata fuq l-analisi ta' xagħru u frammenti ta' għadmu, hi li kien marid ħajtu kollha, barra mit-truxija, b'saturniżmu kronku[40] flimkien ma' defiċjenza ġenetika li żżomm 'il-ġisem milli jeħles miċ-ċomb li wieħed jassorbi (u għalhekk kien jilmenta regularment b'uġigħ addominali u problemi f'għajnejh).
Sal-aħħar, il-kompożitur kien imdawwar bil-ħbieb tal-qalb, l-iżjed Karl Holz, Anton Schindler u Stephan von Breuning. Xi ġimgħat qabel mewtu kellu żjara minn Franz Schubert,[41] li ma kienx jafu u li ddispjaċieh li sar jaf bih hekk tard. L-aħħar ittra tal-kompożitur kienet lil Ignaz Moscheles, promotur tal-mużika tiegħu f'Londra, fejn reġa' wiegħed lill-Ingliżi li jikkomponilhom sinfonija ġdida biex jirringrazzjahom għall-appoġġ tagħom.[42] Imma kien tard wisq. Fis-26 ta' Marzu 1827, Ludwig van Beethoven miet, fl-età ta' sitta u ħamsin sena. Minkejja li n-nies ta' Vjenna ma tawx każ ta' mewtu għal xi xhur, fil-funeral li sar fid-29 ta' Marzu 1827, inġabret purċissjoni impressjonanti ta' iżjed minn għoxrin elf ruħ. Beethoven indifen fiċ-ċimiterju ta' Vjenna.
Schubert fl-1827 qal:
"Kien jaf kollox, imma għadna ma nistgħux nifhmu kollox, u għad jgħaddi ħafna ilma taħt il-pontijiet tad-Danubju qabel dak kollu li ħalaq dan il-bniedem jiftiehem mid-dinja."[43] |
Lista tax-xogħlijiet ta' Beethoven
[immodifika | immodifika s-sors]Sinfoniji
[immodifika | immodifika s-sors]- Op. 21: Sinfonija nru. 1 fid-Do maġġuri (1800)
- Op. 36: Sinfonija nru. 2 fir-Re maġġuri (1803)
- Op. 55: Sinfonija nru. 3 fil-Mi bemoll maġġuri "Erojka" (1805)
- Op. 60: Sinfonija nru. 4 fis-Si bemoll maġġuri (1807)
- Op. 67: Sinfonija nru. 5 fid-Do minuri (1808)
- Op. 68: Sinfonija nru. 6 fil-Fa maġġuri "Pastorali" (1808)
- Op. 92: Sinfonija nru. 7 fil-La maġġuri (1813)
- Op. 93: Sinfonija nru. 8 fil-Fa maġġuri(1814)
- Op. 125: Sinfonija nru. 9 fir-Re minuri "Korali" (1824)
Kunċerti
[immodifika | immodifika s-sors]- Op. 15: Kunċert għall-pjanuforti u orkestra nru. 1 fid-Do maġġuri(1796-1797)
- Op. 19: Kunċert għall-pjanuforti u orkestra nru. 2 fis-Si bemoll maġġuri (1798)
- Op. 37: Kunċert għall-pjanuforti u orkestra nru. 3 fid-Do minuri (1803)
- Op. 40: Romanza għall-vjolin u orkestra nru. 1 fis-Sol maġġuri (1802)
- Op. 50: Romanza għall-vjolin u orkestra nru. 2 fil-Fa maġġuri (1802)
- Op. 56: Kunċert tripplu għall-pjanuforti, vjolin, vjolinċell u orkestra fid-Do maġġuri (1805)
- Op. 58: Kunċert għall-pjanuforti u orkestra nru. 4 fis-Sol maġġuri (1807)
- Op. 61: Kunċert għall-vjolin u orkestra fir-Re maġġuri (1808)
- Op. 73: Kunċert għall-pjanuforti u orkestra nru. 5 fil-Mi bemoll maġġuri "Imperatur" (1809)
Ouvertures
[immodifika | immodifika s-sors]- Op. 43: Ouverture u ballett "Il-kreaturi ta' Prometew" (Die Geschöpfe des Prometheus) (1801)
- Op. 72a: Leonore "nru. 2" (1805)
- Op. 72b: Leonore "nru. 3" (1806)
- Op. 138: Leonore "nru. 1" (1807)
- Op. 62: Korjolanu (1807)
- Op. 84: Egmont (ouverture u 'musica di scena' fuq test ta' Goethe) (1810)
- Op. 91: Il-battalja ta' Wellington (1813)
- Op. 72: Fidelio (1814)
- Op. 113: Ouverture u tmien biċċiet għall-orkestra, "L-irvini ta' Ateni" (1811)
- Op. 117: Ouverture u disa' biċċiet għall-orkestra, "Ir-re Stiefnu" (1811)
- Op. 115: Ouverture "Zur Namensfeier" (1815)
- Op. 124: Ouverture "Il-konsagrazzjoni tad-dar" (Weihe die Hauses)) (1822)
Kwartetti għall-arki
[immodifika | immodifika s-sors]- Op. 18: Sitt kwartetti għall-arki
- nru. 1: Kwartett għall-arki nru. 1 fil-Fa maġġuri (1799)
- nru. 2: Kwartett għall-arki nru. 2 fis-Sol maġġuri (1800)
- nru. 3: Kwartett għall-arki nru. 3 fir-Re maġġuri (1798)
- nru. 4: Kwartett għall-arki nru. 4 fid-Do minuri (1801)
- nru. 5: Kwartett għall-arki nru. 5 fil-La maġġuri (1801)
- nru. 6: Kwartett għall-arki nru. 6 fis-Si bemoll maġġuri (1801)
- Op. 59: Tlett kwartetti għall-arki, "Rasumovsky" (1806)
- nru. 1: Kwartett għall-arki nru. 7 fil-Fa maġġuri
- nru. 2: Kwartett għall-arki nru. 8 fil-Mi minuri
- nru. 3: Kwartett għall-arki nru. 9 fid-Do maġġuri
- Op. 74: Kwartett għall-arki nru. 10 fil-Mi bemoll maġġuri "tal-Arpi" (1809)
- Op. 95: Kwartett għall-arki nru. 11 fil-Fa minuri "Serju" (1810)
- Op. 127: Kwartett għall-arki nru. 12 fil-Mi bemoll maġġuri (1825)
- Op. 130: Kwartett għall-arki nru. 13 fil-Si bemoll maġġuri (1825)
- Op. 131: Kwartett għall-arki nru. 14 fid-Do diesis minuri (1826)
- Op. 132: Kwartett għall-arki nru. 15 fil-La minuri (1825)
- Op. 133: Große Fuge fis-Si bemoll maġġuri għall-Kwartett tal-arki (1824 u 1825)
- Op. 135: Kwartett għall-arki nru. 16 fil-Fa maġġuri (1826)
Kwintetti għall-arki
[immodifika | immodifika s-sors]- Op. 4: Kwintett għall-arki fil-Mi bemoll maġġuri (1795)
- Op. 29: Kwintett għall-arki fil-Do maġġuri (1801)
- Op. 104: Kwintett għall-arki fil-Do minuri (1817)
- Op. 137: Fuga fir-Re maġġuri għall-Kwintett għall-arki (1817)
Kwintett għall-pjanu u strumenti tan-nifs
[immodifika | immodifika s-sors]- Op. 16: Kwintett għall-oboe, klarinett, kornu, fagott u pjanuforti fil-Mi maġġuri
Trii
[immodifika | immodifika s-sors]- Op. 1: Tlett trii għall-vjolin, vjolinċell u pjanuforti (1795)
- nru. 1 Triju nru. 1
- nru. 2 Triju nru. 2
- nru. 3 Triju nru. 3
- Op. 11: Triju nru. 4 fis-Si bemoll maġġuri (1798)
- Op. 70: Żewġ trii għall-vjolin, vjolinċell u pjanuforti (1808)
- nru. 1 Triju nru. 5 fir-Re maġġuri "Il-fantażma"
- nru. 2 Triju nru. 6 fil-Mi bemoll maġġuri
- Op. 97: Triju nru. 7 fis-Si bemoll maġġuri "Arċiduka" (1811)
Sonati għall-vjolin
[immodifika | immodifika s-sors]- Op. 12: Tlett sonati għall-vjolin u pjanuforti (1798)
- nru. 1: Sonata għall-vjolin nru. 1 fir-Re maġġuri
- nru. 2: Sonata għall-vjolin nru. 2 fil-La maġġuri
- nru. 3: Sonata għall-vjolin nru. 3 fil-Mi bemoll maġġuri
- Op. 23: Sonata għall-vjolin nru. 4 fil-La minuri (1801)
- Op. 24: Sonata għall-vjolin nru. 5 fil-Fa maġġuri "Ir-Rebbiegħa" (1801)
- Op. 30: Tlett sonati għall-vjolin u pjanuforti (1803)
- nru. 1: Sonata għall-vjolin nru. 6 fil-La maġġuri
- nru. 2: Sonata għall-vjolin nru. 7 fil-Do minuri
- nru. 3: Sonata għall-vjolin nru. 8 fis-Sol maġġuri
- Op. 47: Sonata għall-vjolin nru. 9 fil-La maġġuri "Kreutzer" (1803)
- Op. 96: Sonata għall-vjolin nru. 10 fis-Sol maġġuri (1812)
Sonati għall-vjolinċell
[immodifika | immodifika s-sors]- Op. 5: Żewġ sonati għall-vjolinċell u pjanuforti (1796)
- nru. 1: Sonata għall-vjolinċell nru. 1
- nru. 2: Sonata għall-vjolinċell nru. 2
- Op. 69: Sonata għall-vjolinċell nru. 3 fil-La maġġuri (1808)
- Op. 102: Żewġ sonati għall-vjolinċell u pjanuforti (1815)
- nru. 1: Sonata għall-vjolinċell nru. 4
- nru. 2: Sonata għall-vjolinċell nru. 5
Pjanuforti solo
[immodifika | immodifika s-sors]Sonati
[immodifika | immodifika s-sors]- Op. 2: Tlett sonati għall-pjanuforti (1796)
- nru. 1: Sonata għall-pjanuforti nru. 1 fil-Fa minuri
- nru. 2: Sonata għall-pjanuforti nru. 2 fil-La maġġuri
- nru. 3: Sonata għall-pjanuforti nru. 3 fid-Do maġġuri
- Op. 7: Sonata għall-pjanuforti nru. 4 fil-Mi bemoll maġġuri (1797)
- Op. 10: Tlett sonati għall-pjanuforti (1798)
- nru. 1: Sonata għall-pjanuforti nru. 5 fid-Do minuri
- nru. 2: Sonata għall-pjanuforti nru. 6 fil-Fa maġġuri
- nru. 3: Sonata għall-pjanuforti nru. 7 fir-Re maġġuri
- Op. 13: Sonata għall-pjanuforti nru. 8 fid-Do minuri, "Patetika" (1798)
- Op. 14: Żewġ sonati għall-pjanuforti (1799)
- nru. 1: Sonata għall-pjanuforti nru. 9 fil-Mi maġġuri
- nru. 2: Sonata għall-pjanuforti nru. 10 fis-Sol maġġuri
- Op. 22: Sonata għall-pjanuforti nru. 11 fis-Si bemoll maġġuri (1800)
- Op. 26: Sonata għall-pjanuforti nru. 12 fil-La bemoll maġġuri "Marċ funebri" (1801)
- Op. 27: Żewġ sonati għall-pjanuforti (1801)
- nru. 1: Sonata għall-pjanuforti nru. 13 fil-Mi bemoll maġġuri "Kważi Fantasija
- nru. 2: Sonata għall-pjanuforti nru. 14 fid-Do diesis minuri "Dawl tal-Qamar"
- Op. 28: Sonata għall-pjanuforti nru. 15 fir-Re maġġuri "Pastorali" (1801)
- Op. 31: Tlett sonati għall-pjanuforti (1802)
- nru. 1: Sonata għall-pjanuforti nru. 16 fis-Sol maġġuri
- nru. 2: Sonata għall-pjanuforti nru. 17 fir-Re minuri "It-tempesta"
- nru. 3: Sonata għall-pjanuforti nru. 18 fil-Mi bemoll maġġuri "Il-kaċċa"
- Op. 49: Żewġ sonati għall-pjanuforti (1792)
- nru. 1: Sonata għall-pjanuforti nru. 19 fis-Sol minuri
- nru. 2: Sonata għall-pjanuforti nru. 20 fis-Sol maġġuri
- Op. 53: Sonata għall-pjanuforti nru. 21 fid-Do maġġuri "Waldstein" (1803)
- Op. 57: Andante Favori - Muviment ċentrali li ġej mis-sonata (1804)
- Op. 54: Sonata għall-pjanuforti nru. 22 fil-Fa maġġuri (1804)
- Op. 57: Sonata għall-pjanuforti nru. 23 fil-Fa minuri "Appassionata" (1805)
- Op. 78: Sonata għall-pjanuforti nru. 24 fil-Fa diesis maġġuri "lil Therese" (1809)
- Op. 79: Sonata għall-pjanuforti nru. 25 fis-Sol maġġuri (1809)
- Op. 81a: Sonata għall-pjanuforti nru. 26 fil-Mi bemoll maġġuri "is-Saħħiet" (1810)
- Op. 90: Sonata għall-pjanuforti nru. 27 fil-Mi minuri(1814)
- Op. 101: Sonata għall-pjanuforti nru. 28 fil-La maġġuri(1816)
- Op. 106: Sonata għall-pjanuforti nru. 29 fis-Si bemoll maġġuri "Hammerklavier" (1819)
- Op. 109: Sonata għall-pjanuforti nru. 30 fil-Mi maġġuri (1820)
- Op. 110: Sonata għall-pjanuforti nru. 31 fil-La bemoll maġġuri (1821)
- Op. 111: Sonata għall-pjanuforti nru. 32 fid-Do minuri (1822)
Varjazzjonijiet
[immodifika | immodifika s-sors]- Op. 34: Sitt varjazzjonijiet fuq tema oriġinali
- Op. 35: Ħmistax il-varjazzjoni u fuga fil-Mi bemoll maġġuri
- Op. 44: Varjazzjonijiet fil-Mi bemoll maġġuri (1804)
- Op. 120: Varjazzjonijiet Diabelli fid-Do maġġuri (1823)
- Op. 63: Varjazzjonijiet fuq marċ ta' E. Chr. Dressler
- Op. 64: Varjazzjonijiet fuq Kanzunetta svizzera
- Op. 80: Tnejn u tletin varjazzjoni fuq tema oriġinali
Bagatelli
[immodifika | immodifika s-sors]- Op. 33: Sebgħa bagatelli għall-pjanuforti (1802)
- Op. 59: Bagatell fil-La minuri għall-pjanuforti "lil Eliża" (1808)
- Op. 119: Ħdax il-bagatell għall-pjanuforti (1822)
- Op. 126: Sitt bagatelli għall-pjanuforti (1824)
Mużika oħra għall-pjanuforti
[immodifika | immodifika s-sors]- Op. 134: Große Fuge rranġata għall-żewġ pjanuforti (1826)
Mużika vokali
[immodifika | immodifika s-sors]Opri
[immodifika | immodifika s-sors]- Op. 72: Fidelio (1814)
Mużika oħra vokali
[immodifika | immodifika s-sors]- Op. 46: "Adelaide" (1794-1795)
- Op. 85: "Kristu fuq l-għolja taż-żebbuġ" għas-solisti, kor u orkestra (1803)
- Op. 86: Quddiesa fid-Do maġġuri (1807)
- Op. 108: Ħamsa u għoxrin kanzunetta skoċċiża
- Op. 123: Quddiesa fir-Re maġġuri (Missa Solemnis) (1822)
- Op. 136: Der glorreiche Augenblick
- Op. 152: Ħamsa u għoxrin kanzunetta irlandiża
- Op. 153: Għoxrin kanzunetta irlandiża
- Op. 154: Tnax il-kanzunetta irlandiża
- Op. 155: Sitta u għoxrin kanzunetta galliża
- Op. 157: Tnax il-kanzunetta ta' nazzjonalitajiet varji
Bibljografija
[immodifika | immodifika s-sors]- Georg Kinsky - Hans Halm, Tematisch-Bibliographisches Verzeichnis aller vollendeten Werke Ludwig van Beethoven, G. Henle Verlag, Monaco, 1955
- James F. Green and Willy Hess, The new catalogue of Beethoven's works, Vance Brook Publications, 2003, ISBN-10:0964057034, ISBN-13: 9780964057036
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b Estratt minn taħdita bejn Haydn u Beethoven irrapurtata mill-flawtista Louis Drouet, f': Massin J u B, Ludwig van Beethoven, Fayard, 1967, p. 45
- ^ Rolland R, Vie de Beethoven, Pariġi, 1903
- ^ Id-data tal-magħmudija tal-mużiċista biss, is-17 ta' Diċembru 1770, hi magħrufa biċ-ċert.
- ^ lvbeethoven.com – Ġenealoġija tal-mużiċista
- ^ Massin J ut B, Ludwig van Beethoven, Fayard, 1967, pp. 6-8
- ^ radiofrance.fr – Repères biographiques
- ^ lvbeethoven.com – isma' l-varjazzjonijiet Dressler
- ^ Kuntrarju għall-idea mifruxa, Beethoven qatt ma ħa lezzjonijiet mingħand Mozart. Jgħidu li meta sema' 'l Beethoven idoqq il-pjanu, Mozart instema jgħid: "Għatu kasu 'l dan, ħa jsemmuh mad-dinja kollha" – Académie de Dijon
- ^ Nota ta' Waldstein fuq l-album ta' Beethoven, Novembru 1792, riprodotta f'Massin J ut B, Ludwig van Beethoven, Fayard, 1967, p. 39
- ^ "Laqgħat widnejna, imma mhux qlubna; għalhekk għalina qatt mhu se jkun Mozart ieħor." – kritika fil-ġurnal patrijotiku tal-istati imperjali u rjali, Ottubru 1796, riprodotta f'Massin J u B, Ludwig van Beethoven, Fayard, 1967, p. 64
- ^ Karl Czerny kien l-aħjar student ta' Beethoven.
- ^ Il-kawża tat-truxija ta' Beethoven baqgħet mhux magħrufa. Kienu suġġeriti bosta kawżi bħall-labirintite kronika, l-ostjoxelerożi, jew il-marda ta' Paget tal-għadam, però m'hemm l-ebda prova għal dawn.
- ^ Waqt li hu veru li l-mużiċista kien min-natura tiegħu impulsiv u emottiv, li x-xewqa li jkun indipendenti għamlitu jidher żorr u antipatku fil-pubbliku, nistgħu ngħidu wkoll li kien ġeneruż, leali u ħanin, kif jixhdu l-korrispondenza tiegħu u dawk li kienu jafuh.
- ^ Estratt mit-Testment ta' Heiligenstadt ta' Beethoven, f'Lecompte M, Guide illustré de la musique symphonique de Beethoven, Fayard, 1995, p. 319
- ^ Kliem ta' Beethoven lil ħabibu Krumpholz, 1802, f'ramifications.be
- ^ "Beethoven għamel 'il Bonaparti, li f'dik l-epoka kien għadu l-Ewwel Konslu, is-suġgett ta' din is-sinfonija. Sa dak iż–żmien, għal Beethoven, Napuljun kien bniedem straordinarju u kien iqisu daqs l-ikbar konsli Rumani." – Kitba ta' Ferdinand Ries fuq il-bidu tat-Tielet Sinfonija, riprodotta f'[1]
- ^ "Dan mhux ħlief bniedem bħal ħaddieħor! Issa ħa jgħaffeġ taħt saqajh id-drittijiet umani kollha, u jaqdi biss l-ambizzjoni tiegħu; irid jilħaq fuq kulħadd, isir tirann!" — Reazzjoni ta' Beethoven meta sema' li Napuljun ipproklama ruħu Imperatur, rappurtata minn Ferdinand Ries, f'Massin J et B, Ludwig van Beethoven, Fayard, 1967, p. 128
- ^ Massin J et B, Ludwig van Beethoven, Fayard, 1967, p. 639
- ^ Lill-poeta Christophe Kuffner li saqsieh liema mis-sinfoniji tiegħu kienet togħġbu l-iżjed, Beethoven wieġeb: "L-Erojka! — Jien naħseb id-do minuri — Le, le! L-Erojka!" f'[2]
- ^ Beethoven kiteb abbozz ta' ouverture għal din l-opra li qatt ma twetqet. Willem Holsbergen ipprova jagħmel rikostruzzjoni tagħha u ppublikaha bin-numru 454 fil-katalogu Biamonti
- ^ Nota mibgħuta minn Beethoven lil Lichnowsky, Ottubru 1806, riprodotta f'www.cndp.fr
- ^ Ittra ta' Beethoven lil Franz-Gerhard Wegeler, 16 ta' Nov. 1801, f'beethoven-haus-bonn.de
- ^ Lecompte M, Guide illustré de la musique symphonique de Beethoven, Fayard, 1995, p. 131
- ^ Minkejja l-programm, dan il-kunċert jidher li kien diżastru artistiku; l-orkestra ma kellhiex ħin biżżejjed biex tipprattika u Beethoven insulta bl-addoċċ 'il-mużiċisti
- ^ Rolland R, Vie de Beethoven, Pariġi, 1903 – musicologie.org
- ^ beethoven-haus-bonn.de – Beethoven u l-flus
- ^ Massin J u B, Ludwig van Beethoven, Fayard, 1967, pp. 232-44
- ^ Sors: Solomon M, Beethoven, Lattès, 1985, p. 185-216
- ^ uquebec.ca – Università ta' Québec
- ^ Rolland R, Vie de Beethoven, Pariġi, 1903 – musicologie.org
- ^ Ittra ta' Beethoven lil Maria von Erdödy, riprodotta f': Massin J u B, Ludwig van Beethoven, Fayard, 1967, p. 284
- ^ altamusica.com
- ^ Din in-nota Beethoven ikkupjaha minn Christian Sturm (1818): "Irid naċċetta bil-paċenzja kollha, it-tiġrib kollu u nafda ruħi fit-tjubija immutabbli Tiegħek. Tiegħek u dejjem Tiegħek għandha tifraħ li tkun ruħi. Kun il-blata tiegħi, ja Mulej, kun id-dawl tiegħi, kun għal dejjem is-sigurtà tiegħi!" F'Massin J u B, Ludwig van Beethoven, Fayard, 1967, p. 339
- ^ [3]
- ^ beethoven-haus-bonn.de
- ^ Għall-istorja tad-Disa' Sinfonija, nirreferu għall-analisi kompluta ħafna tal-kopja Massin, f'Massin J et B, Ludwig van Beethoven, Fayard, 1967, pp. 699-712
- ^ Beethoven kiteb lil Johann Stumpff: "L-Ingilterra għandha ċiviltà għolja. Londra kulħadd jaf xi ħaġa u jafa sewwa,imma l-Vjenniżi jafu jitjellmu biss fuq l-ikel u x-xorb; ikantaw u jċekċku xi mużika insinjifikanti, jew jagħmluha huma stess." F': Massin J u B, Ludwig van Beethoven, Fayard, 1967, p. 428
- ^ Sors: Massin J u B, Ludwig van Beethoven, Fayard, 1967, pp. 449-50
- ^ musicologie.org – Beethoven kellu epatomegalija, itterizja, axxite (jgħidulha issa "idropsja addominali") fil-membri inferjuri, elementi ta' sindrome ċirrotika bl-ipertensjoni.
- ^ Health Research institute : konferenza stampa ta' Dr William J. Walsh, 17 ta' Ottubru 2000 – Din kienet il-proposta fl-2000 ta' Dr William J. Walsh, direttur tal-proġett ta' riċerka fuq Beethoven (Beethoven Research Project), ibbażata fuq l-analisi ta' xi xagħar ta' Beethoven li kien ikkonservat wara mewtu. Beethoven, kien iħobb l-inbid tal-wied tar-Renu u kien imdorri jixorbu f'tazza tal-kristal taċ-ċomb u b'zokkor li kien fih melħ taċ-ċomb. L-analisi fis-sena 2000 ta' xagħru wriet kwantitajiet sinjifikanti ta' ċomb, li ġew konfermati wara mill-Argonne National Laboratory (Chicago) f'għadmu, bl-analisi ta' għadam mill-kranju li kienu identifikati bl-AND. Fil-bniedem 80% taċ-ċomb assorbit jinħażen fl-għadam. Dawn juru li Beethoven kien espost għaċ-ċomb għal żmien twil (cf Science et Vie, nu 1061, p. 20, Frar 2006), li jispjega l-uġigħ perpetwu fl-istonku li kien ikollu, il-burdati u forsi anki t-truxija (però m'hemm l-ebda konnessjoni ppruvata bejn it-truxija ta' Beethoven u l-avvelenament biċ-ċomb), kif ukoll l-istat ta' fwiedu.
- ^ Din l-ipoteżi, mifruxa ħafna, hi miċħuda min xi bijografi fosthom Maynard Solomon
- ^ beethoven-haus-bonn.de – L-aħħar ittra ta' Beethoven
- ^ Frażi attribwita lil Schubert, f'100musique.free.fr
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Ludwig van Beethoven |
Fil-Wikikwota hemm kollezzjoni ta' kwotazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma': Ludwig van Beethoven |
Il-Wikisors għandu testi oriġinali li għandhom x'jaqsmu ma' dan l-artiklu: Ludwig van Beethoven |
Referenza ġenerali
[immodifika | immodifika s-sors]- Mad About Beethoven mix-xandar televiżiv u rajdufoniku John Suchet
- Beethoven Depot — Ix-xogħol kollu ta' Beethoven taħt format midi.
- L-Ittri ta' Beethoven 1790–1826, Volum 1, Volum 2. Bl-Ingliż fuq Gutenberg.org.
- Beethoven: L-Immortali. Introduzzjoni u bijografija dettaljata tal-ħajja tal-kompożitur. L-artikli jinkludu t-truxija tiegħu, il-komportament tiegħu, ir-rutina ta' kuljum, l-istorja medika tiegħu, l-aħħar ġranet u l-ittri tiegħu.
- Beethoven-Haus Bonn. Sit uffiċjali ta' Beethoven-Haus f'Bonn, fil-Ġermanja. Din tinkludi ħoloq lejn arkivju diġitali u studjo, il-kontenut tal-librerija, il-Mużew Beethoven-Haus (li tinkludi "esebizzjonijiet fuq l-internet" u "viżti virtwali"), iċ-ċentru ta' riċerka Beethoven-Arhiv, u informazzjoni fuq pubblikazzjonijiet ta' Beethoven li jiġbu l-interess tal-ispeċjalist u tal-qarrej ġenerali. Kollezzjoni estensiva ta' kompożizzjonijiet u dokumenti miktuba minn Beethoven, b'disponibbiltà tas-smigħ ta' partijiet mill-mużika tiegħu u rikostruzzjoni diġitali tal-aħħar dar li kellu fi Vjenna.
- Webcam mill-Beethoven-Haus li turi ritratt tal-wara tal-bini hekk kif inhu fl-aħħar minuta.
- Riżorsi fuq Beethoven — artikli u fatti dwar Beethoven mingħand Aaron Green, gwida għall-Mużika Klassika fuq About.com.
- Dak kollu fuq Ludwig van Beethoven
- Il-Personalità u l-Mużika ta' Beethoven: Ir-Romantiku Introvert
Suġġetti speċifiċi
[immodifika | immodifika s-sors]- Analisi tax-xagħar turi li Beethoven miet kawża ta' avvelenament taċ-ċomb. CBC News, 18-10-2000.
- Riċerkaturi jikkonfermaw iċ-ċomb bħala kawża tal-marda ta' Beethoven, Argonne, Ill.
- L-aħħar appartament ta' Beethoven fi Vjenna, mibni diġitalment fl-2004
Lista ta' xogħlijiet
[immodifika | immodifika s-sors]- (FR) Università tal-Quebec — Tinkludi ħoloq lejn xogħlijiet irranġati skont diversi kriterji, u bi qbil mal-katalgi differenti.
- Lista komprensiva ta' xogħlijiet minn opus, WoO, Hess, Biamonti
Partituri
[immodifika | immodifika s-sors]- Partituri b'xejn ta' Ludwig van Beethoven fuq l-International Music Score Library Project
- Partituri mużikali b'xejn minn Kreusch-sheet-music.net
- Partituri ta' Beethoven fuq il-Proġett Mutopia
- Manuskritti ta' Beethoven fil-Librerija Brittanika