Aqbeż għall-kontentut

Lied

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Lied (plural Lieder), (ippronunċjata [liːt]; plural [ˈliːdɐ]) hija kelma Ġermaniża, li tfisser litterallment "kanzunetta"; għaldaqstant, ħafna lingwi jużaw din il-kelma biex jirreferu għall-kanzunetti romantiċi Ewropej. Aktar preċiżament, il-kelma hija forsi l-aħjar wżata biex tiddeskrivi kanżunetti li jieħdu bħala lirika il-poeżija Ġermaniża klassika, l-aktar spiss tas-seklu dsatax. Din it-tifsira tibda bix-xogħlijiet ta' Franz Schubert u tkompli b'dawk ta' Hugo Wolf. Tipikament, Lieder ikollhom arranġament għal kantant wieħed akkumpanjat bil-pjanu. Xi drabi Lieder jiġu miġbura f'Liederkreis, jew hekk imsejjaħ "ċiklu ta'kanzunetti" — sensiela ta' kanzunetti (ġeneralment tlieta jew aktar, li jkunu marbuta f'narrativa jew tema waħda. Il-kompożituri Franz Schubert u Robert Schumann huma l-aktar assoċjati b'mod intiż ma' dan il-ġeneru ta' mużika romantika.

Bibljografija

[immodifika | immodifika s-sors]

Hallmark, Rufus, ed. German Lieder in the Nineteenth Century. New York: Schirmer, 1996. Parsons, James, ed. The Cambridge Companion to the Lied. Cambridge: Cambridge University Press, 2004. [1]

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]