Premju Nobel għall-Fiżika
Dehra

Il-Premju Nobel għall-Fiżika huwa wieħed mill-ħames Premjijiet Nobel li jingħata kull sena mill-Akkademja Rjali Żvediża tax-Xjenzi. L-ewwel rebbieħ ta' dan l-unur kien il-Ġermaniż Wilhelm Conrad Röntgen fl-1901. Dan il-premju jiġi mogħti f'ċerimonja annwali ġewwa Stokkolma nhar l-10 ta' Diċembru, l-anniversarju tal-mewt ta' Alfred Nobel, li għalih huma msemmijin dawn il-premjijiet.
Rebbieħa
[immodifika | immodifika s-sors]| Sena | Rebbieħ | Pajjiż | Raġuni | |
|---|---|---|---|---|
| 1901 | Wilhelm Conrad Röntgen | "bħala rikonoxximent għas-servizz straordinarju li ta għall-iskoperta tar-raġġi importanti li wara ħadu ismu" | ||
| 1902 | Hendrik Lorentz | "bħala rikonoxximent tas-servizz straordinarju li taw bir-riċerki tagħhom fuq l-influwenza tal-manjetiżmu fuq fenomeni radjoattivi" | ||
| Pieter Zeeman | ||||
| 1903 | Antoine Henri Becquerel | "bħala rikonoxximent tas-servizz straordinarju li ta bl-iskopera tar-radjoattività spontanja" | ||
| Pierre Curie | "bħala rikoxximent tas-servizz staordinarju li taw fir-riċerki flimkien fuq il-fenomeni radjoattivi skoperti mill-Professur Henri Becquerel" | |||
| Marie Curie | ||||
| 1904 | John William Strutt | "għall-investigazzjonijiet tiegħu fuq id-densità tal-gassijiet l-aktar importanti u għall-iskopera tiegħu tal-argon, b'konnessjoni ma' dawn l-istess studji" | ||
| 1905 | Philipp Eduard Anton von Lenard | "għar-riċerki tiegħu fuq ir-raġġi katodiċi" | ||
| 1906 | Joseph John Thomson | "bħala rikonoxximent għall-investigazzjonijiet teoriċi u sperimentali fuq il-konduzzjoni tal-enerġija elettrika fil-gassijiet" | ||
| 1907 | Albert Abraham Michelson | "għall-istrumenti ottiċi ta' preċiżjoni u għall-investigazzjonijiet spettroskopiċi u metroloġiċi li saru bl-għajnuna tagħhom" | ||
| 1908 | Gabriel Lippmann | "għall-metodu tiegħu li jirriproduċi l-kuluri b'mod fotografiku bbażat fuq il-fenomenu tal-interferenza" | ||
| 1909 | Guglielmo Marconi | "bħala rikonoxximent għall-kontribut tagħhom fl-iżvilupp tat-telgrafija mingħajr wajers" | ||
| Karl Ferdinand Braun | ||||
| 1910 | Johannes Diderik van der Waals | "għall-ħidma tiegħu fuq l-ekwazzjoni tal-istat għall-gassijiet u l-likwidi" | ||
| 1911 | Wilhelm Wien | "għall-iskoperti tiegħu dwar il-liġijiet li jirregolaw ir-radjazzjoni tas-sħana" | ||
| 1912 | Nils Gustaf Dalén | "għall-invenzjoni tiegħu ta' regolaturi awtomatiċi ddisinjati sabiex jiġu wżati f'kombinazzjoni ma' akkumulaturi tal-gass għal fanali u bagi" | ||
| 1913 | Heike Kamerlingh-Onnes | "għall-investigazzjonijiet tiegħu fuq il-propjetajiet tal-materja f'temperaturi baxxi li wasslu, fost oħrajn, għall-produzzjoni tal-elju likwidu" | ||
| 1914 | Max von Laue | "għall-iskoperta tiegħu fuq id-diffrazzjoni tar-raġġi X mill-kristalli, pass importanti fl-iżvilupp tal-ispektroskopija tar-raġġi X" | ||
| 1915 | William Henry Bragg | "għas-servizz tagħhom fl-analiżi tal-istruttura kristallina permezz tar-raġġi X" | ||
| William Lawrence Bragg | ||||
| 1916 | Ma ngħatax | |||
| 1917 | Charles Glover Barkla | "għall-iskopera tiegħu tar-radjazzjoni X karatteristika tal-elementi" | ||
| 1918 | Max Planck | "bħala rikonoxximent għas-servizzi li ta għall-progress tal-fiżika bl-iskopera tal-kwantifikazzjoni tal-enerġija " | ||
| 1919 | Johannes Stark | "għall-iskopera tiegħu tal-effett Doppler fir-raġġi kanali u l-qsim tal-linji spettrali f'kampijiet elettriċi" | ||
| 1920 | Charles Édouard Guillaume | "bħala rikonoxximent għas-servizz li ta fil-kejl ta' preċiżjoni fil-fiżika bl-iskoperta tiegħu tal-anomaliji fil-legi tan-nikil u l-azzar" | ||
| 1921 | Albert Einstein | "għas-servizzi tiegħu lejn il-Fiżika Teorika, u speċjalment għall-iskopera tal-liġi tal-effett fotoelettriku" | ||
| 1922 | Niels Bohr | "għas-servizzi tiegħu fl-investigazzjoni tal-istruttura tal-atomi u tar-radjazzjoni li toħroġ minnhom" | ||
| 1923 | Robert Andrews Millikan | "għall-ħidma tiegħu fuq iċ-ċarġ elementari tal-elettriċità u fuq l-effett fotoelettriku" | ||
| 1924 | Manne Siegbahn | "għall-iskoperti u riċerki tiegħu fil-kamp tal-ispettroskopija tar-raġġi X" | ||
| 1925 | James Franck | "għall-iskopera tagħhom tal-liġijiet li jirregolaw l-impatt ta' elettron fuq atomu" | ||
| Gustav Hertz | ||||
| 1926 | Jean Baptiste Perrin | "għall-ħidma tiegħu fuq l-istruttura diskontinwa tal-materjal, u speċjalment għall-iskoperta tiegħu tal-ekwilibriju ta' sedimentazzjoni" | ||
| 1927 | Arthur Holly Compton | "għall-iskoperta tiegħu tal-effett imsemmi warajh" | ||
| Charles Thomson Rees Wilson | "għall-metodu tiegħu li jagħmel viżibbli l-mgħodija ta' partiċelli ċċarġjati elettrikament permezz tal-kondensazzjoni tal-fwar" | |||
| 1928 | Owen Willans Richardson | "għall-ħidma tiegħu fuq il-fenomenu termijoniku u speċjalment għall-iskoperta tal-liġi mmsemmija warajh" | ||
| 1929 | Prince Louis-Victor Pierre Raymond de Broglie | "għall-iskoperta tiegħu tan-natura ta' mewġa tal-elettroni" | ||
| 1930 | Chandrasekhara Venkata Raman | "għall-ħidma tiegħu fuq id-diffużjoni tad-dawl u għall-iskoperta tal-effett imsemmi warajh" | ||
| 1931 | Ma ngħatax | |||
| 1932 | Werner Heisenberg | "għall-ħolqien tal-mekkanika kwantistika, liema applikazzjoni tiegħu, fost oħrajn, ġabet l-iskoperta tal-forom allotropiċi tal-idroġenu" | ||
| 1933 | Erwin Schrödinger | "għall-iskoperta ta' forom produttivi ġodda ta' teorija atomika" | ||
| Paul Dirac | ||||
| 1934 | Ma ngħatax | |||
| 1935 | James Chadwick | "għall-iskoperta tan-newtron" | ||
| 1936 | Victor Francis Hess | "għall-iskoperta tiegħu tar-radjazzjoni kożmika" | ||
| Carl David Anderson | "għall-iskoperta tiegħu tal-pożitron" | |||
| 1937 | Clinton Joseph Davisson | "għall-iskoperta sperimentali tagħhom tad-diffrazzjoni tal-elettroni permezz tal-kristalli" | ||
| George Paget Thomson | ||||
| 1938 | Enrico Fermi | "għad-dimostrazzjonijiet tiegħu tal-eżistenza ta' elementi radjoattivi ġodda prodotti minn irradjazzjoni newtronika, u għall-iskoperta relatata tar-reazzjonijiet nukleari miksuba min-newtroni li jivvjaġaw bil-mod" | ||
| 1939 | Ernest Lawrence | "għall-invenzjoni u l-iżvilupp tal-ċiklotron u għar-riżultati miksuba bih, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam ma' elementi radjoattivi artifiċjali" | ||
| 1940 | Ma ngħatax | |||
| 1941 | Ma ngħatax | |||
| 1942 | Ma ngħatax | |||
| 1943 | Otto Stern | "għall-kontribuzzjoni tiegħu fl-iżvilupp tal-metodu tar-raġġ molekulari u l-iskoperta tiegħu tal-momentu manjetiku tal-proton" | ||
| 1944 | Isidor Isaac Rabi | "għall-metodu tiegħu tar-reżonanza sabiex jirreġistra l-propjetajiet manjetiċi tan-nukleji atomiċi" | ||
| 1945 | Wolfgang Pauli | "għall-iskoperta tiegħu tal-Prinċipju ta' Esklużjoni, imsejjaħ ukoll il-prinċipju ta' esklużjoni ta' Pauli" | ||
| 1946 | Percy Williams Bridgman | "għall-invenzjoni ta' apparat li jipproduċi pressjonijiet għolja ħafna, u għall-iskoperti li jagħmel fil-kamp tal-fiżika ta' pressjoni għolja" | ||
| 1947 | Edward Victor Appleton | "għall-investigazzjonijiet tiegħu tal-fiżika tal-atmosfera ta' fuq speċjalment għall-iskoperta tal-hekk imsejjaħ saff ta' Appleton" | ||
| 1948 | Patrick Maynard Stuart Blackett | "għall-iżvilupp tiegħu tal-metodu ta' kamra taċ-ċpar ta' Wilson, u l-iskoperti tiegħu fil-kamp tal-fiżika nukleari u r-radjazzjoni kożmika" | ||
| 1949 | Hideki Yukawa | "għat-tbassira tiegħu tal-eżistenza ta' meżoni abbażi tal-ħidma teoretika fuq il-forzi nukleari" | ||
| 1950 | Cecil Frank Powell | "għall-iżvilupp tiegħu tal-metodu fotografiku għall-istudju ta' proċessi nukleari u l-iskoperti tiegħu rigward meżoni magħmula b'dan il-metodu" | ||
| 1951 | John Douglas Cockcroft | "għall-ħidma fuq it-transmutazzjni ta' nukleji atomiċi permezz ta' partiċelli atomiċi mgħaġġlin b'mod artifiċjali" | ||
| Ernest Thomas Sinton Walton | ||||
| 1952 | Felix Bloch | "għall-iżvilupp tagħhom ta' metodi ġodda għal kejl ta' preċiżjoni manjetika nukleari u l-iskoperti relatati" | ||
| Edward Mills Purcell | ||||
| 1953 | Frits Zernike | "għad-dimostrazzjoni tiegħu tal-metodu tal-kuntrast tal-fażijiet, speċjalment għall-invenzjoni tiegħu tal-mikroskopju tal-kuntrast tal-fażijiet." | ||
| 1954 | Max Born | "għar-riċerka fundamentali fil-mekkanika kwantistika, speċjalment għall-interpretazzjoni statistika tal-funzjoni tal-mewġa" | ||
| Walther Bothe | "għall-metodu ta' koinċidenza u l-iskoperti tiegħu li saru f'dak l-ambitu" | |||
| 1955 | Willis Eugene Lamb | "għall-iskoperti tiegħu relatati mal-istruttura fina tal-ispettru tal-idroġenu" | ||
| Polykarp Kusch | "għad-determinazzjoni preċiża tal-momentu manjetiku tal-elettron" | |||
| 1956 | John Bardeen | "għar-riċerki tagħhom fuq is-semikondutturi u l-iskoperta tagħhom tal-effett transister" | ||
| Walter Houser Brattain | ||||
| William Bradford Shockley | ||||
| 1957 | Tsung-Dao Lee (李政道) | "għall-investigazzjoni penetranti tagħhom tal-hekk imsejħa liġijiet tal-parità li wasslu għal skoperti importanti dwar il-partiċelli elementari" | ||
| Chen Ning Yang (楊振寧) | ||||
| 1958 | Pavel Alekseyevich Cherenkov | "għall-iskoperta u l-interpretazzjoni tal-effett Čerenkov" | ||
| Il'ya Frank | ||||
| Igor Yevgenyevich Tamm | ||||
| 1959 | Owen Chamberlain | "għall-iskoperta tal-antiproton" | ||
| Emilio Gino Segrè | ||||
| 1960 | Donald Arthur Glaser | "għall-invenzjoni tal-kamra tal-bżieżaq" | ||
| 1961 | Robert Hofstadter | "għall-istudji tiegħu fuq it-tifrix tal-elettron fin-nukleji atomiċi u għall-iskoperti li għamel wara dwar l-istruttura tan-nukleji" | ||
| Rudolf Ludwig Mössbauer | "għar-riċerki tiegħu dwar l-assorbiment tar-riżonanza tar-raġġi gamma u l-iskopera tiegħu tal-effett li jġib ismu" | |||
| 1962 | Lev Davidovich Landau | "għat-teoriji tiegħu fuq il-materjal kondensat, speċjalment l-elju likwudu" | ||
| 1963 | Eugene Paul Wigner | "għall-kontribuzzjonijiet tiegħu lejn it-teorja tan-nukleji atomiċi u l-partiċelli elementari, partikularment permezz tal-iskoperta u l-applikazzjoni tal-prinċipji fundamentali ta' simetrija" | ||
| Maria Goeppert-Mayer | "għall-iskoperti tagħhom dwar l-istruttura nukleari" | |||
| J. Hans D. Jensen | ||||
| 1964 | Nicolay Gennadiyevich Basov | "għall-ħidma fundamentali fil-kamp tal-elettronika kwantistika, li wasslet għall-bini ta' oxxillaturi u amplifikaturi bbażati fuq il-prinċipju maser-lażer" | ||
| Aleksandr Prokhorov | ||||
| Charles Hard Townes | ||||
| 1965 | Richard Phillips Feynman | "għall-ħidma fundamentali tagħhom fl-elettrondinamika kwantistika, b'konsegwenzi profondi għall-fiżika tal-partiċelli elementari" | ||
| Julian Schwinger | ||||
| Sin-Itiro Tomonaga | ||||
| 1966 | Alfred Kastler | "għall-iskoperta u l-iżvilupp ta' metodi ottiċi għall-istudju tar-riżonanza Hertzjajn fl-atomi" | ||
| 1967 | Hans Albrecht Bethe | "għall-kontribuzzjonijiet tiegħu fit-teorija tar-reazzjonijiet nukleari, speċjalment l-iskoperti tiegħu dwar il-produzzjoni tal-enerġija fil-kwiekeb" | ||
| 1968 | Luis Walter Alvarez | "għall-kontribuzzjonijiet determinanti tiegħu fil-fiżika tal-partiċelli elementari, partikularment fl-iskoperta ta' numru kbir ta' stati riżonanti magħmulin possibbli mill-iżvilupp tat-teknika tal-kamra tal-bżieżaq bl-idroġenu u l-analiżi tad-dati" | ||
| 1969 | Murray Gell-Mann | "għall-kontribuzzjonijiet u l-iskoperti tiegħu dwar il-klassifikazzjoni tal-partiċelli elementari u l-interazzjonijiet tagħhom" | ||
| 1970 | Hannes Olof Gösta Alfvén | "għall-ħidma u l-iskoperti fundamentali fil-manjetoidrodinamika b'applikazzjonijiet produttivi f'diversi partijiet tal-fiżika tal-plażma" | ||
| Louis Néel | "għall-ħidma u l-iskoperti fundamentali tiegħu dwar l-antiferromanjetiżmu u l-ferrimanjetiżmu li wasslu għal applikazzjonijiet importanti fil-fiżika tal-istat solidu" | |||
| 1971 | Dennis Gabor | "għall-invenzjoni u l-iżvilupp tal-metodu olografiku" | ||
| 1972 | John Bardeen | "għall-iżvilupp flimkien tat-teorija tas-superkonduttività, spiss imsejħa t-teorija BCS" | ||
| Leon Neil Cooper | ||||
| John Robert Schrieffer | ||||
| 1973 | Leo Esaki | "għall-iskoperti sperimentali tagħhom dwar fenomeni ta' tunneling fis-semikondutturi u superkondutturi, rispettivament" | ||
| Ivar Giaever | ||||
| Brian David Josephson | "għall-previżjonijiet teoritiċi tal-proprjetajiet ta' superkurrent f'barriera forma ta' mina, partikularment dawk il-fenomeni li ġeneralment huma magħrufa bħala l-effett Josephson" | |||
| 1974 | Martin Ryle | "għar-riċerka tagħhom fl-astrofiżika radju: Ryle għall-osservazzjonijiet u l-invenzjonijiet tiegħu, partikularment fit-teknika ta' sintesi t'apertura, u Hewish għar-rwol deċiżiv fl-iskoperta tal-pulsars" | ||
| Antony Hewish | ||||
| 1975 | Aage Bohr | "għall-iskoperta tal-konnessjoni bejn iċ-ċaqlieq kollettiv u ċ-ċaqlieq tal-partiella fin-nuklei atomiċi u l-iżvilupp tat-teorija tal-istruttura tal-nukleu atomiku bbażat fuq din il-konnessjoni" | ||
| Ben Roy Mottelson | ||||
| Leo James Rainwater | ||||
| 1976 | Burton Richter | "għax-xogħol tagħhom fl-iskoperta ta' partiċella elementari tqila ta' tip ġdid" | ||
| Samuel Chao Chung Ting | ||||
| 1977 | Philip Warren Anderson | "għall-investigazzjonijiet teoretiċi fundamentali tal-istruttura elettronika ta' sistemi manjetiċi u disturbati" | ||
| Nevill Francis Mott | ||||
| John Hasbrouck Van Vleck | ||||
| 1978 | Pyotr Leonidovich Kapitsa | "għall-invenzjonijiet u skoperti bażiċi fil-qasam tal-fiżika tat-temperaturi baxxi" | ||
| Arno Allan Penzias | "għall-iskoperta tagħhom tar-radjazzjoni kożmika tal-isfond" | |||
| Robert Woodrow Wilson | ||||
| 1979 | Sheldon Lee Glashow | "għall-kontribuzzjonijiet tagħhom lit-teorija tal-interazzjoni dgħajfa u elettromanjetika bejn partiċelli elementari, inkluża fost oħrajn, il-previżjoni tal-kurrent newtrali" | ||
| Abdus Salam | ||||
| Steven Weinberg | ||||
| 1980 | James Watson Cronin | "għall-iskoperta tal-vjolazzjonijiet tal-prinċipji fundamentali ta' simmetrija fid-dekadenza tal-meżuni K-newtrali" | ||
| Val Logsdon Fitch | ||||
| 1981 | Nicolaas Bloembergen | "għall-kontribuzzjoni tagħhom fl-iżvilupp tal-ispettroskopija tal-lażer" | ||
| Arthur Leonard Schawlow | ||||
| Kai Manne Börje Siegbahn | "għall-kontribuzzjoni tiegħu fl-iżvilupp ta' spettroskopija tal-elettroni b'riżoluzzjoni għolja" | |||
| 1982 | Kenneth G. Wilson | "għat-teorija tiegħu tal-fenomeni kritiċi b'relazzjoni mal-fażi ta' tranżizzjoni" | ||
| 1983 | Subrahmanyan Chandrasekhar | "għall-istudji teoretiċi tiegħu tal-proċessi fiżiċi li jagħtu bidu għall-istruttura u l-evoluzzjoni tal-istilel" | ||
| William Alfred Fowler | "għall-istudji teoritiċi u sperimentali tar-reazzjonijiet nukleari li jagħtu bidu għall-formazzjoni tal-elementi kimiċi fl-univers" | |||
| 1984 | Carlo Rubbia | "għall-kontribuzzjonijiet deċiżivi tagħhom għall-proġett il-kbir, li wassal għall-iskoperta tal-partiċelli W u Ż, komunikaturi ta' interazzjoni dgħajfa" | ||
| Simon van der Meer | ||||
| 1985 | Klaus von Klitzing | "għall-iskoperta tal-effett Hall kwantistiku" | ||
| 1986 | Ernst Ruska | "għax-xogħol fundamentali tiegħu fl-ottika elettronika, u għad-disinn tal-ewwel mikroskopju elettroniku" | ||
| Gerd Binnig | "għad-disinn tagħhom tal-mikroskopju b'effett ta' mina" | |||
| Heinrich Rohrer | ||||
| 1987 | Johannes Georg Bednorz | "għall-pass importanti 'l quddiem fl-iskoperta tas-superkonduttività f'materjali ċeramiċi" | ||
| Karl Alexander Müller | ||||
| 1988 | Leon Max Lederman | "għall-metodu tar-raġġ ta' newtrini u d-dimostrazzjoni tal-istruttura doppja tal-leptoni permezz tal-iskoperta tan-newtrino mwon" | ||
| Melvin Schwartz | ||||
| Jack Steinberger | ||||
| 1989 | Norman Foster Ramsey | "għall-invenzjoni tal-metodu tal-kampi oxxillanti u l-użu tiegħu tal-maser idroġenu u arloġġi atomiċi oħra" | ||
| Hans Georg Dehmelt | "għall-iżvilupp tat-teknika tan-nassa jonika" | |||
| Wolfgang Paul | ||||
| 1990 | Jerome I. Friedman | "għall-investigazzjonijiet fuq id-diffużjoni inelastika profonda tal-elettroni fi protoni u newtroni mwaħħda, li saru ta' importanza essenzjali għall-iżvilupp tal-mudell tal-quark u l-fiżika tal-partiċelli" | ||
| Henry Way Kendall | ||||
| Richard E. Taylor | ||||
| 1991 | Pierre-Gilles de Gennes | "għall-iskoperta li l-metodi żviluppati għall-istudji ta' fenomeni ordinarji f'sistemi sempliċi jistgħu jiġu ġeneralizzati f'forom iktar kumplessi ta' materja, partikularment għall-kristalli likwidi u polimeri" | ||
| 1992 | Georges Charpak | "għall-invenzjoni tiegħu u l-iżvilupp ta' strument ta' sejbien tal-partiċelli, partikularment il-kamra proporzjonali b'wajers multipli" | ||
| 1993 | Russell Alan Hulse | "għall-iskoperta ta' tip ġdid (PSR B1913+16) ta' pulsar, skoperta li fetħet possibilitajiet ġodda għall-istudju ta' gravitazzjoni" | ||
| Joseph Hooton Taylor | ||||
| 1994 | Bertram Brockhouse | "għall-iżvilupp ta' spettroskopija ta' newtroni" u "għall-kontributi pijuniera tagħhom għall-iżvilupp ta' tat-tekniċi ta' scattering tan-newtroni għall-istudju tal-materja kondensata" | ||
| Clifford Glenwood Shull | "għall-iżvilupp tat-teknika tad-difrazzjoni tan-newtroni" u "għall-kontribuzzjonijiet pijuniera ta' tekniċi ta' diffużjoni ottika tan-newtroni għall-istudju tal-materja kondensata" | |||
| 1995 | Martin Lewis Perl | "għall-iskoperta tal-lepton tau u "għall-kontribuzzjonijiet pijuniera sperimentali għall-fiżika tal-leptoni." | ||
| Frederick Reines | "għall-iskoperta tal-lepton tau u "għall-kontribuzzjonijiet pijuniera sperimentali għall-fiżika tal-leptoni." | |||
| 1996 | David Morris Lee | "għall-iskoperta tagħhom tas-superfluwidità fl-elju-3" | ||
| Douglas D. Osheroff | ||||
| Robert Coleman Richardson | ||||
| 1997 | Steven Chu | "għall-iżvilupp ta' metodi sabiex ikessħu u jaqbdu l-atomi permezz ta' dawl lażer" | ||
| Claude Cohen-Tannoudji | ||||
| William Daniel Phillips | ||||
| 1998 | Robert B. Laughlin | "għall-iskoperta tagħhom ta' forma ġdida ta' fluwidu kwantistiku permezz ta' eċċitazzjonijiet iċċarġjati ftit" | ||
| Horst Ludwig Störmer | ||||
![]() |
Daniel Chee Tsui | |||
| 1999 | Gerardus 't Hooft | "għall-iċċarar tal-istruttura kwantistika tal-interazzjoni elettrodgħajfa fil-fiżika" | ||
| Martinus J. G. Veltman | ||||
| 2000 | Zhores Ivanovich Alferov | "għall-iżvilupp tal-eterostrutturi tas-semikondutturi wżati fl-elettronika f'veloċijiet għolja u fl-optoelettronika" | ||
| Herbert Kroemer | ||||
| Jack St. Clair Kilby | "għas-sehem tiegħu fl-invenzjoni taċ-ċirkwit integrat" | |||
| 2001 | Eric Allin Cornell | "għar-realizzazzjoni tal-kondensazzjoni ta' Bose-Einstein f'gassijiet dilwiti ta' atomi alkali, u għar-riċerki fundamentali bikrin tal-proprjetatijiet tal-kondensati" | ||
| Carl Edwin Wieman | ||||
| Wolfgang Ketterle | ||||
| 2002 | Raymond Davis, Jr. | "għall-kontribuzzjonijiet fl-astrofiżika, partikularment għall-kxif ta' newtroni kożmiċi" | ||
| Masatoshi Koshiba | ||||
| Riccardo Giacconi | "għall-kontribuzzjonijiet fl-astrofiżika, li wasslu għall-iskoperta ta' sorsi kożmiċi ta' raġġi X" | |||
| 2003 | Alexei Alexeyevich Abrikosov | "għall-kontribuzzjonijiet fit-teorija tas-superkondutturi u superfluwidi" | ||
| Vitaly Lazarevich Ginzburg | ||||
| Anthony James Leggett | ||||
| 2004 | David J. Gross | "għall-iskoperta tal-libertà asintotika fit-teorija tal-interazzjoni qawwija" | ||
| Hugh David Politzer | ||||
| Frank Wilczek | ||||
| 2005 | Roy J. Glauber | "għall-kontribuzzjoni tiegħu fit-teorija kwantistika tal-koerenza ottika" | ||
| John L. Hall | "għall-kontribuzzjonijiet tagħhom fl-iżvilupp tal-ispettroskopija ta' preċiżjoni bbażata fuq il-lażer, partikularment għat-teknika tal-moxt tal-frekwenza ottika" | |||
| Theodor W. Hänsch | ||||
| 2006 | John C. Mather | "għall-iskoperta tagħhom tal-anistropija tal-ġisem iswed fir-radjazjoni kożmika tal-isfond" | ||
| George F. Smoot | ||||
| 2007 | Albert Fert | "għall-iskoperta tal-manjetireżistenza ġganta" | ||
| Peter Grünberg | ||||
| 2008 | Makoto Kobayashi | "għall-iskoperta tal-oriġini tas-simetrija mkissra li tbassar l-eżistenza ta' mill-inqas tliet familja ta' quark fin-natura" | ||
| Toshihide Maskawa | ||||
| Yoichiro Nambu | "għall-iskoperta tal-mekkaniżmu tat-tkissir spontanju tas-simetrija fil-fiżika sottoatomika" | |||
| 2009 | Charles K. Kao | "għall-kisbiet li saru rigward it-trażmissjoni tad-dwal fil-fibra ottika għall-komunikazzjoni" | ||
| Willard S. Boyle | "għall-invenzjoni ta' ċirkwit semikonduttur għall-ġbir ta immaġini – is-sensur CCD" | |||
| George E. Smith | ||||
| 2010 | Andre Geim | "għall-esperimenti rivoluzzjonarji dwar il-materjal bi-dimensjonali grafen" | ||
| Konstantin Novoselov | ||||
| 2011 | Saul Perlmutter | "għall-iskoperta tal-espansjoni aċċelerata tal-univers permezz tal-istudju ta' supernovas imbiegħdin" | ||
| Brian P. Schmidt | ||||
| Adam G. Riess | ||||
| 2012 | Serge Haroche | "għall-metodi rivoluzzjonarji li jippermettu l-miżurar tal-manipulazzjoni ta' sistemi kwantistiċi individwali" | ||
| David J. Wineland | ||||
| 2013 | François Englert | "għall-iskoperta teoretika ta' mekkaniżu li jikkontribwixxi għall-fehim tagħna fuq l-oriġini tal-massa tal-partiċelli subatomiċi, u li riċentament ġie kkonfermat permezz tal-iskoperta tal-partiċella fundamentali mbassra, min-naħa tal-espermenti ATLAS u CMS fil-Large Hadron Collider ta' CERN | ||
| Peter Higgs | ||||
| 2014 | Isamu Akasaki | "għall-invenzjoni tal-LED blu effiċjenti li ppermetta l-produzzjoni ta' fonti ta' dawl abjad qawwi u dak li jiffranka l-enerġija" | ||
| Hiroshi Amano | ||||
| Shuji Nakamura | ||||
| 2015 | Takaaki Kajita | "għall-iskoperta ta' oxxillazzjonijiet tan-newtron li juru li n-newtron għandu l-massa" | ||
| Arthur B. McDonald | ||||
| 2016 | David J. Thouless | "għall-iskoperti teoretiċi ta' tranżizzjonijiet ta' fażi topoloġika u fażijiet topoloġiċi tal-materja" | ||
| F. Duncan M. Haldane | ||||
| John M. Kosterlitz | ||||
| 2017 | Rainer Weiss | "għall-kontribuzzjonijiet deċiżivi għad-ditekter LIGO u l-osservazzjonijiet tal-mewġ gravitazzjonali" | ||
| Kip Thorne | ||||
| Barry Barish | ||||
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]| Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Premju Nobel għall-Fiżika |
