Guglielmo Marconi
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Guglielmo Marconi (25 ta' April 1874, Bolonja- 20 ta' Lulju 1937, Ruma) kien fiżiku, inventur u politiku Taljan. Hu magħruf għall-iżvilupp ta' sistema effikaċi ta' kumunikazzjoni bit-telegrafija mingħajr wajers permezz tal-mewġ elettromanjetiku li nfirxet ħafna. L-evoluzzjoni tagħha wasslet għall-iżvilupp tas-sistemi u mezzi tat-telekomunikazzjoni moderni, bħar-radju, it-televixin u in ġenerali is-sistemi kollha li jużaw il-komunikazzjoni mingħajr wajers.
Tfulija
[immodifika | immodifika s-sors]Bin Giuseppe Marconi, Taljan, u Annie Jameson, Irlandiża. Ħa l-edukazzjoni tiegħu f’Firenze u iktar tard f’Livorno. Meta kien għadu tifel ma tantx kien tajjeb fl-iskola.
L-Invenzjoni tar-Radju
[immodifika | immodifika s-sors]Ħafna xjenzati u inventuri taw sehemhom għall-invenzjoni tal-wireless telegraphy, jiġifieri r-radju, fosthom Michael Faraday, Heinrich Hertz, Alexander Popov, Nikola Tesla, Thomas Alva Edison, u oħrajn, iżda s-sistema prattika ta’ Marconi infirxet ħafna, tant li hu meqjus bħala “missier ir-radju”, the "father of radio."
Marconi trażmetta u rċieva radio signals ibbażati fuq il-morse code fuq distanza ta’ 2 kilometri jew aktar (sa 6 km) f’Salisbury Plain (Ingilterra) fl-1896.
Marconi ingħata l-brevett (patent) Ingliż bl-isem "Improvements in transmitting electrical impulses and signals and in apparatus there-for" fit-2 ta’ Lulju 1897 u waqqaf il-Wireless Telegraph Trading Signal Company, ibbażata f’Londra li fetħet l-ewwel fabbrika tar-radjijiet fid-dinja, f’Hall Street, Chelmsford, l-Ingilterra fl-1898, u kienet tħaddem madwar 50 ruħ.
Għamel l-ewwel trażmissjoni bir-radju minn fuq l-ilma fit-13 ta’ Mejju 1897, minn Lavernock Point, South Wales għal Flat holm Island.
Irċieva l-ewwel sinjali tar-radju trans-Atlantiċi nhar it-12 ta’ Diċembru 1901 f’Signal Hill f’St John's, Newfoundland (illum parti mill-Kanada) billi uża antenna ta’ 400 pied issapportjata minn tajra (kite) biex jirċievi s-sinjal. Dan minkejja li ħafna kienu jaħsbu li s-sinjal tar-radju seta’ jiġi trażmess biss f’linja dritta.
Sa mill-1903, il-Marconi Company kienet qiegħda xxandar trażmissjonijiet transatlantiċi regolari ta’ l-aħbarijiet.
Premju Nobel għall-Fiżika
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-1909 ingħata l-Premju Nobel għall-Fiżika flimkien ma’ Karl Ferdinand Braun.
Mewt
[immodifika | immodifika s-sors]Meta miet fl-1937 l-istazzjonijiet tar-radju madwar id-dinja kollha żammew żewġ minuti ta’ silenzju f’ġieħu. Indifen f’Sasso Marconi, fl-Emilia Romagna, l-Italja.