Carl David Anderson
Carl David Anderson | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Belt ta' New York, 3 Settembru 1905, 1905 |
Nazzjonalità | Stati Uniti tal-Amerka |
Residenza | Belt ta' New York |
Mewt | San Marino, Stati Uniti, 11 Jannar 1991 |
Post tad-dfin | Forest Lawn Memorial Park (en) |
Familja | |
Konjuga/i | Elvira Lorena Bergman (en) |
Edukazzjoni | |
Alma mater |
Istitut tat-Teknoloġija ta' California John H. Francis Polytechnic High School (en) |
Direttur tat-teżi |
William Ralph Smythe (en) Robert A. Millikan (en) |
Studenti dottorali |
Donald Arthur Glaser (mul) Seth Neddermeyer (mul) Carl A. Rouse (en) |
Lingwi | Ingliż |
Studenti |
uri
|
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
fiżiku għalliem fl-università |
Impjegaturi | Istitut tat-Teknoloġija ta' California |
Premjijiet | |
Sħubija |
Akkademja Amerikana tal-Arti u tax-Xjenzi Akkademja Nazzjonali tax-Xjenzi American Philosophical Society American Association for the Advancement of Science (en) Soċjetà Amerikana tal-Fiżika |
Carl David Anderson (twieled fit-3 ta' Settembru 1905 – miet fil-11 ta' Jannar 1991) kien fiżiku Amerikan. Huwa magħruf l-iktar għall-iskoperta tiegħu tal-pożitron fl-1932, kisba li għaliha ngħata l-Premju Nobel għall-Fiżika fl-1936, u tal-muon fl-1936.
Bijografija
[immodifika | immodifika s-sors]Anderson twieled fil-Belt ta' New York f'familja ta' immigranti Żvediżi. Huwa studja l-fiżika u l-inġinerija f'Caltech (B.S., 1927; Ph.D., 1930). Taħt is-superviżjoni ta' Robert A. Millikan, huwa beda l-investigazzjonijiet dwar ir-raġġi kożmiċi matul kors fejn osserva traċċi mhux mistennija ta' partiċelli fir-ritratti tiegħu f'kompartiment tas-sħab (verżjonijiet moderni issa jissejħu Anderson) li huwa interpreta korrettament li nħolqu minn partiċella bl-istess massa ta' elettron, iżda b'karga elettrika opposta. Din l-iskoperta, imħabbraf fl-1932 u iktar 'il quddiem ikkonfermata minn oħrajn, ivvalidat it-tbassir teoriku ta' Paul Dirac tal-eżistenza tal-pożitron. Anderson l-ewwel individwa l-partiċelli fir-raġġi kożmiċi. Imbagħad ipproduċa provi iktar konklużivi billi spara raġġi gamma prodotti min-nuklid radjoattiv naturali ThC'' (208Tl) f'materjali oħra, u dan irriżulta fil-ħolquen ta' pari ta' pożitroni-elettroni. Għal dan ix-xogħol, Anderson ingħata l-Premju Nobel għall-Fiżika tal-1936 flimkien ma' Victor Hess.[1] Ħamsin sena wara, Anderson irrikonoxxa li l-iskoperta tiegħu ġiet ispirata mix-xogħol ta' sieħbu tal-klassi f'Caltech Chung-Yao Chao. Anderson ifforma l-bażi tal-iżvilupp ta' ħafna mix-xogħol tiegħu mir-riċerka ta' sieħbu iżda ma ġiex ikkreditat dak iż-żmien.[2]
Fl-1936 ukoll, Anderson u l-ewwel student universitarju tiegħu, Seth Neddermeyer, skoprew il-muon (jew il-"mu-meson", kif kienet magħrufa għal bosta snin), partiċella subatomika 207 darbiet iktar massiva mill-elettron, iżda bl-istess karga elettrika negattiva u b'dawrien daqs nofs l-elettron, mill-ġdid fir-raġġi kożmiċi. Anderson u Neddermeyer għall-ewwel kienu jemmnu li kienu osservaw pjon, partiċella li Hideki Yukawa kien iddeskriva fit-teorija tiegħu tal-interazzjoni qawwija. Meta kien ċar li dak li kien osserva Anderson ma kienx pjon, il-fiżiku I. I. Rabi, mistagħġeb kif l-iskoperta mhux mistennija setgħet toqgħod fi kwalunkwe skema loġika tal-fiżika tal-partiċelli, staqsa "Issa din min ordnaha?" (xi kultant jingħad li kien qed jiekol ma' xi kollegi f'ristorant Ċiniż meta qal hekk). Il-muon kien l-ewwel partiċella subatomika minn lista twila. L-iskoperta tagħha inizjalment stagħġbet lit-teoriċi li ma setgħux isibu tarf kif se toqgħod loġikament f'xi skema kunċettwali. Willis Lamb, fil-lekċer tal-Premju Nobel tal-1955, iċċajta li kien sema' li "min kien isib partiċella elementari ġdida normalment kien jiġi ppremjat bil-Premju Nobel, iżda tali skoperta issa jmissha tiġi kkastigata b'multa ta' 10,000 dollaru".[3]
Anderson qatta' l-karriera akkademika u tar-riċerka tiegħu kollha f'Caltech. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, huwa wettaq riċerka dwar ir-rokits hemmhekk. Huwa ġie elett Membru tal-Akkademja Amerikana tal-Arti u x-Xjenzi fl-1950.[4] Huwa ngħata l-Premju Golden Plate tal-Akkademja Amerikana tal-Kisbiet fl-1975. Huwa miet fil-11 ta' Jannar 1991, u ndifen f'Forest Lawn, iċ-Ċimiterju tal-Għoljiet ta' Hollywood f'Los Angeles, California. Il-mara tiegħu Lorraine mietet fl-1984.[5]
Għażla ta' pubblikazzjonijiet
[immodifika | immodifika s-sors]- Anderson, C. D. (1933). "The Positive Electron". Physical Review. 43 (6): 491–494.
- Anderson, C. D. (1932). "The Apparent Existence of Easily Deflectable Positives".
- Anderson, C. D. (technical advisor) (1957). The Strange Case of the Cosmic Rays. The Bell Laboratory Science Series.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "The Nobel Prize in Physics 1936". NobelPrize.org (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-03.
- ^ "Cao, Cong (2004). Chinese Science and the 'Nobel Prize Complex. Minerva. 42 (2): 154" (PDF).
- ^ "Willis E. Lamb, Jr. (it-12 ta' Diċembru 1955) Fine structure of the hydrogen atom. Nobel Lecture" (PDF).
- ^ "Book of Members, 1780–2010: Chapter A. American Academy of Arts and Sciences" (PDF).
- ^ "Golden Plate Awardees". Academy of Achievement (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-03.