Paramaribo
Paramaribo | |
---|---|
Mudell:Dati pajjiż Suriname | |
Amministrazzjoni | |
Stat sovran | Suriname |
District of Suriname | Distrett ta' Paramaribo |
Isem uffiċjali | Paramaribo |
Ismijiet oriġinali | Paramaribo |
Ġeografija | |
Koordinati | 5°52′N 55°10′W / 5.87°N 55.17°WKoordinati: 5°52′N 55°10′W / 5.87°N 55.17°W |
Superfiċjenti | 182 kilometru kwadru |
Għoli | 3 m |
Demografija | |
Popolazzjoni | 223,757 abitanti (2019) |
Informazzjoni oħra | |
Fondazzjoni | 1613 |
Żona tal-Ħin | UTC−3 |
bliet ġemellati | Anversa, Willemstad, Yogyakartau Hangzhou |
paramaribo.com |
Paramaribo (pronunzja:ˌpærəˈmærɪboʊ/ PARR-ə-MARR-ib-oh, pronunzja bl-Olandiż: [ˌpaːraːˈmaːriboː]) hija l-belt kapitali u l-ikbar belt tas-Suriname, u tinsab max-xtut tax-xmara Suriname fid-Distrett ta' Paramaribo. Paramaribo għandha popolazzjoni ta' madwar 241,000 ruħ (skont iċ-ċensiment tal-2012), jiġifieri kważi nofs il-popolazzjoni tas-Suriname. Iċ-Ċentru Storiku ta' Paramaribo tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2002.[1]
Isem
[immodifika | immodifika s-sors]Isem il-belt oriġina minn isem it-tribù Paramaribo li kienet tgħix fil-bokka tax-xmara Suriname; l-isem ġej mill-kelmiet bit-Tupi–bil-Guarani para li tfisser "xmara kbira" + maribo li tfisser "abitanti".[2]
L-isem "Paramaribo" x'aktarx li ġej minn isem villaġġ nattiv, spellut Parmurbo fl-iżjed sorsi Olandiżi bikrin. Dan kien il-post fejn kien hemm l-ewwel insedjament Olandiż, post kummerċjali stabbilit minn Nicolaes Baliestel u Dirck Claeszoon van Sanen fl-1613. Il-kummerċjanti Ingliżi u Franċiżi ppruvaw ukoll jistabbilixxu insedjament f'Suriname, inkluż post taħt il-kontroll tal-Franċiżi stabbilit fl-1644 qrib Paramaribo moderna.[3]
L-insedjament iktar bikrin kollha ġew abbandunati xi żmien qabel il-wasla tal-insedjaturi Ingliżi fl-1650 li stabbilew lil Suriname. Dawn intbagħtu mill-gvernatur Ingliż tal-Barbados, Lord Francis Willoughby, il-Ħames Baruni Willoughby ta' Parham, u stabbilew raħal fis-sit ta' Paramaribo (għalkemm x'aktarx fin-Nofsinhar taċ-ċentru tal-belt attwali). Ir-raħal kien protett minn forti msejjaħ il-Forti ta' Willoughby. Fl-1662, il-Gvernatur Willoughby ingħata l-insedjament u l-artijiet tal-madwar (estiżi lejn in-naħa ta' ġewwa tas-Suriname) mir-Re Karlu II. Għall-ħabta tal-1665 il-villaġġ ta' Paramaribo tkabbar u malajr sebaq l-insedjament iktar bikri ta' Torarica.[4]
Fl-1667, matul it-Tieni Gwerra bejn l-Ingliżi u l-Olandiżi, Paramaribo nħakmet minn flotta bastimenti taħt il-kmand ta' Abraham Crijnssen. It-Trattat ta' Breda fl-1667 ikkonferma lil Paramaribo bħala l-belt ewlenija ta' dik li mbagħad saret il-kolonja Olandiża tas-Suriname. Il-forti li kien qed jipproteġi lil Paramaribo beda jissejjaħ bħala l-Forti ta' Zeelandja f'ġieħ il-provinċja Olandiża li kienet iffinanzjat il-flotta ta' Crijnssen. Ir-raħal ingħataw ukoll l-isem ta' New Middelburg iżda l-isem ma qabadx mal-abitanti.
Il-popolazzjoni ta' Paramaribo dejjem kellha diversità kbira. Fost l-ewwel insedjaturi Brittaniċi kien hemm bosta Lhud u waħda mill-eqdem sinagogi fl-Amerki, is-Sinagoga ta' Neveh Shalom, tinsab f'Paramaribo. Il-popolazzjoni tar-raħal żdiedet ferm wara l-1873, meta l-poplu li qabel kien taħt skjavitù (u li nħeles fl-1863) tħalla jieqaf jaħdem għall-eks mastri/sidien tagħhom u jitilqu mill-pjantaġġuni taz-zokkor.[5]
Paramaribo baqgħet il-belt kapitali tas-Suriname, mill-jiem kolonjali tagħha sal-indipendenza tas-Suriname fl-1975 u sal-lum. Iċ-ċentru storiku tal-belt ġarrab bosta nirien devastanti matul is-snin, b'mod notevoli f'Jannar 1821 (fejn inqerdu iktar minn 400 binja) u f'Settembru 1832 (fejn inqerdu kważi 50 binja). L-iskjavi Kodjo, Mentor u Present instabu ħatja li qabbdu n-nirien u ntefgħu ħajjin fin-nirien bħala piena.[6]
F'Mejju 1972 infetaħ iż-Żu ta' Paramaribo. Fl-1987, organizzazzjoni amministrattiva mill-ġdid seħħet fis-Suriname u l-belt inqasmet fi 12-il ġurisdizzjoni amministrattiva.[7]
Il-belt tinsab max-xmara Suriname, madwar 15-il kilometru (9.3 mili) 'il ġewwa mill-Oċean Atlantiku, fid-distrett ta' Paramaribo.
Klima
[immodifika | immodifika s-sors]Paramaribo għandha klima ta' foresta pluvjali tropikali (Af skont il-klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen). Minħabba li Paramaribo hija iktar soġġetta għaż-Żona ta' Konverġenza Intertropikali mill-irjieħ aliżej u ma tarax ċikluni tropikali, il-klima tagħha hija kklassifikata bħala ekwatorjali. Il-belt ma fihiex staġun tassew tan-nixfa; fix-xhur kollha tas-sena jkun hemm medja ta' iktar minn 60 millimetru jew 2.4 pulzier ta' xita, iżda l-belt tesperjenza perjodi ferm iktar bix-xita u bin-nixfa matul is-sena. Il-"ħarifa" tal-emisferu tat-Tramuntana (Settembru sa Novembru) hija l-iżjed perjodu niexef fis-sena f'Paramaribo, u x-xita tinżel l-iktar qliel minn April sa Lulju. Simili għal bosta bliet b'din il-klima, it-temperaturi jkunu relattivament konsistenti matul is-sena kollha, b'temperaturi għoljin medji ta' 30 grad Ċelsju u b'temperaturi baxxi medji ta' 24 grad Ċelsju. Paramaribo bħala medja jkollha madwar 2,135 millimetru jew 84 pulzier ta' xita kull sena.
Data klimatika Paramaribo (L-Ajruport ta' Zorg en Hoop) (1991–2020) | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Xahar | Jan | Fra | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
Medja massima kuljum °C (°F) | 29.2 (84.6) |
29.4 (84.9) |
28.7 (83.7) |
29.9 (85.8) |
30.0 (86.0) |
30.2 (86.4) |
30.7 (87.3) |
31.5 (88.7) |
32.0 (89.6) |
32.1 (89.8) |
31.2 (88.2) |
30.0 (86.0) |
30.4 (86.7) |
Medja kuljum °C (°F) | 27.1 (80.8) |
27.3 (81.1) |
27.7 (81.9) |
27.9 (82.2) |
27.6 (81.7) |
27.4 (81.3) |
27.8 (82.0) |
28.7 (83.7) |
29.3 (84.7) |
29.3 (84.7) |
28.5 (83.3) |
27.5 (81.5) |
28.0 (82.4) |
Medja minima kuljum °C (°F) | 24.1 (75.4) |
23.2 (73.8) |
23.5 (74.3) |
24.5 (76.1) |
23.7 (74.7) |
24.4 (75.9) |
24.4 (75.9) |
24.6 (76.3) |
25.1 (77.2) |
25.1 (77.2) |
24.8 (76.6) |
24.2 (75.6) |
24.3 (75.7) |
Preċipitazzjoni medja cm (pulzieri) | 172.7 (6.80) |
146.2 (5.76) |
130.5 (5.14) |
215.8 (8.50) |
306.6 (12.07) |
295.6 (11.64) |
234.3 (9.22) |
147.7 (5.81) |
90.3 (3.56) |
86.5 (3.41) |
125.7 (4.95) |
183.7 (7.23) |
2,135.5 (84.07) |
Medja għall-jiem bil-preċipitazzjoni (≥ 3.0 mm) | 15 | 12 | 14 | 16 | 22 | 22 | 20 | 15 | 11 | 12 | 13 | 18 | 190 |
Medja tal-umdità relattiva (%) | 76.1 | 74.4 | 73.2 | 76.2 | 79.4 | 80.2 | 77.4 | 74.0 | 70.9 | 71.0 | 75.6 | 78.3 | 75.6 |
Sors 1: NOAA. | |||||||||||||
Sors 2: L-Organizzazzjoni Meteoroloġika Dinjija. |
Demografija
[immodifika | immodifika s-sors]Sena | Pop. | ±% p.a. |
---|---|---|
1790 | 18,000 | — |
1831 | 15,265 | −0.40 % |
1853 | 16,031 | +0.22 % |
1980 | 167,798 | +1.87 % |
1995 | 228,551 | +2.08 % |
2004 | 242,946 | +0.68 % |
2012 | 240,924 | −0.10 % |
Paramaribo għandha popolazzjoni ta' 240,924 ruħ (skont iċ-ċensiment tal-2012). Filwaqt li l-popolazzjoni qed tistaġna f'dawn l-aħħar snin, bosta rħula fid-Distrett ta' Wanica fil-madwar qed tiżdidilhom il-popolazzjoni.[8]
Il-belt hija famuża għad-diversità tal-kompożizzjoni etnika tagħha, b'27 % tal-popolazzjoni li jidentifikaw ruħhom bħala Kreole (ta' nisel Afrikan jew Afrikan-Ewropew imħallat), 23 % bħala tal-Lvant tal-Indja, 18 % bħala multirazzjali, 16 % bħala eks kursari (dixxendenti tal-iskjavi Afrikani maħrubin), 10 % bħala Ġavaniżi, 2 % bħala indiġeni, 1.5 % bħala Ċiniżi, u għadd iżgħar ta' Ewropej (primarjament ta' nisel Olandiż u Portugiż), Libaniżi u Lhud. Fl-aħħar deċennji għadd sinifikanti ta' Brażiljani, nies mill-Guyana u immigranti ġodda marru jgħixu f'Paramaribo.
Ekonomija
[immodifika | immodifika s-sors]Paramaribo hija ċ-ċentru kummerċjali u finanzjarju tas-Suriname. Minkejja li l-belt kapitali ma tipproduċix oġġetti sinifikanti hi stess, kważi d-dħul kollu mill-prodotti prinċipali tal-esportazzjoni tal-pajjiż, bħad-deheb, iż-żejt, il-boksajt, ir-ross u l-injam tropikali jgħaddu minn taħt idejn l-istituzzjonijiet tagħha. Il-banek, il-korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u kumpaniji finanzjarji u kummerċjali oħra kollha għandhom is-sede tagħhom f'Paramaribo. Madwar 75 fil-mija tal-PDG tas-Suriname jiġi kkonsmat f'Paramaribo.
Kulma jmur it-turiżmu qed isir settur importanti, u l-biċċa l-kbira tal-viżitaturi jiġu min-Netherlands.
Governanza
[immodifika | immodifika s-sors]Amministrattivament, Paramaribo tifforma d-distrett tagħha stess fis-Suriname. Il-ġurisdizzjonijiet tad-Distrett ta' Paramaribo għaldaqstant jikkorrispondu mal-kwartieri tal-belt. B'kollox hemm 12-il ġurisdizzjoni fid-Distrett ta' Paramaribo:[8]
Ġurisdizzjoni | Erja f'kilometri kwadri | Densità tal-popolazzjoni | Popolazzjoni (2012) |
---|---|---|---|
Blauwgrond | 43 | 661.3 | 31,483 |
Rainville | 31 | 930.7 | 22,747 |
Munder | 14 | 1146.4 | 17,234 |
Centrum | 9 | 3252.7 | 20,631 |
Beekhuizen | 6 | 3297.2 | 17,185 |
Weg naar Zee | 41 | 321.3 | 16,037 |
Welgelegen | 7 | 3387.0 | 19,304 |
Tammenga | 6 | 2385.5 | 15,819 |
Flora | 4 | 3836.5 | 19,538 |
Latour | 6 | 4358.0 | 29,526 |
Pontbuiten | 6 | 3246.2 | 23,211 |
Livorno | 9 | 931.8 | 8,209 |
Trasport
[immodifika | immodifika s-sors]Paramaribo hija moqdija mill-Ajruport Internazzjonali ta' Johan Adolf Pengel u mill-Ajruport ta' Zorg en Hoop għat-titjiriet lokali. Il-Pont ta' Jules Wijdenbosch, li jagħmel parti mill-Kollegament bejn il-Lvant u l-Punent, jikkollega lil Paramaribo ma' Meerzorg fuq in-naħa l-oħra tax-xmara Suriname.
Il-Port ta' Jules Sedney huwa l-port prinċipali għall-merkanzija.[9] L-eks port ta' Waterkant jintuża mil-laneċ.[10]
Il-biċċa l-kbira tal-linji tal-ajru bħal Gum Air, Caricom Airways u Blue Wing Airlines għandhom is-sede tagħhom biswit l-Ajruport ta' Zorg en Hoop f'Paramaribo.
L-istituzzjoni tal-edukazzjoni għolja ta' Paramaribo hija l-Università ta' Anton de Kom tas-Suriname, l-unika università tal-pajjiż.
Saħħa
[immodifika | immodifika s-sors]Paramaribo għandha erba' sptarijiet: l-Isptar Akkademiku ta' Paramaribo, l-I's Lands Hospitaal, l-Isptar ta' Sint Vincentius u d-Diakonessenhuis.
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]Iċ-Ċentru Storiku ta' Paramaribo, stabbilit fis-sekli 17 u 18, ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2002 fis-26 sessjoni tal-Kumitat tal-Wirt Dinji.[1] Iċ-ċentru storiku tal-belt jinsab tul ix-xatt tax-xellug tax-xmara Suriname. L-arkitettura oriġinali tal-binjiet u l-pjanta tat-toroq baqgħu pjuttost intatti u ġew ippreservati.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[1]
Attrazzjonijiet notevoli
[immodifika | immodifika s-sors]- Il-Forti ta' Zeelandja;
- il-Palazz Presidenzjali tas-Suriname;
- il-Katidral Kattoliku ta' San Pietru u San Pawl;
- il-Moskea tas-Suriname;
- l-Assemblea Nazzjonali tas-Suriname;
- is-Sinagoga ta' Neveh Shalom;
- it-Tempju Induista ta' Arya Diwaker;
- il-Ġnien tal-Palm, ġnien pajsaġġistiku ta' palm irjali wara l-Palazz Presidenzjali;
- il-Knisja taċ-Ċentru jew Centrumkerk;
- Kwakoe, il-mafkar tal-abolizzjoni tal-iskjavitù.
Nies notevoli
[immodifika | immodifika s-sors]- Ashwin Adhin (1980), Viċi President (2015–2020), politiku;[11]
- Ronny Aloema, plejer tal-futbol;
- Maarten Atmodikoro, plejer tal-futbol;
- Regi Blinker, plejer tal-futbol;
- Remy Bonjasky, atleta tal-kickboxing;
- Edson Braafheid, plejer tal-futbol;
- Romeo Castelen, plejer tal-futbol;
- Audrey Christiaan, attivista;
- Augusta Curiel, fotografa;[12]
- Edgar Davids, plejer tal-futbol;
- Stanley Franker, plejer tat-tennis;
- Henk Fraser, plejer tal-futbol;
- Ulrich van Gobbel, plejer tal-futbol;
- Majoie Hajary, kompożitur u pjanist;
- Jimmy Floyd Hasselbaink, plejer tal-futbol;
- Ruth Jacott, kantanta, rappreżentanta Olandiża fil-Festival tal-Eurovision tal-1993;
- Jerry de Jong, plejer tal-futbol;
- Rajendre Khargi, ġurnalist u ambaxxatur tan-Netherlands;[13]
- Kelvin Leerdam, plejer tal-futbol;
- Coenraad van Lier, tabib u politiku;
- Jeangu Macrooy, kantant, rappreżentant Olandiż fil-Festival tal-Eurovision tal-2020 u tal-2021;
- Stanley Menzo, plejer tal-futbol;
- Felipe Enrique Neri, il-Baruni de Bastrop (1729–1827), negozjant u sid tal-artijiet magħruf għal flusu fl-insedjament Anglo-Amerikan ta' Texas;
- Pim de la Parra, reġista;
- Herman Rijkaard, plejer tal-futbol;
- Andy Ristie, atleta tal-kickboxing;
- Jairzinho Rozenstruik, atleta tal-arti marzjali mħallta u tal-kickboxing;
- Grace Schneiders-Howard, ħaddiema taċ-ċivil u politiku;[14]
- Clarence Seedorf, plejer tal-futbol;
- Andwélé Slory, plejer tal-futbol;
- Tyrone Spong, atleta tal-kickboxing u lottatur;
- Regilio Tuur, lottatur;
- Mark de Vries, plejer tal-futbol;
- Fabian Wilnis, plejer tal-futbol;
- Aron Winter, plejer tal-futbol.
Ġemellaġġ
[immodifika | immodifika s-sors]Paramaribo hija ġemellata ma':
- Anversa, il-Provinċja ta' Anversa, il-Belġju;
- Hangzhou, Zhejiang, iċ-Ċina;
- Willemstad, Curaçao, in-Netherlands;[15]
- Yogyakarta, ir-Reġjun Speċjali ta' Yogyakarta, l-Indoneżja;
- il-Kontea ta' Miami-Dade, Florida, l-Istati Uniti.[16]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b ċ "Historic Inner City Paramaribo - UNESCO". whc.unesco.org. Miġbur 2025-01-03.
- ^ E. M. Pospelov, Geograficheskie nazvaniya mira (Moska: Russkie slovari, 1998), p. 322.
- ^ DBNL. "Een Amsterdamsche factorij te Paramaribo in 1613, Medegedeeld door Mr. Dr. S. van Brakel., Bijdragen en Mededeelingen van het Historisch Genootschap. Deel 35". DBNL (bl-Olandiż). Miġbur 2025-01-03.
- ^ Suriname. "Suriname - Paramaribo". suriname.nu (bl-Olandiż). Miġbur 2025-01-03.
- ^ "About this Collection | World Digital Library | Digital Collections | Library of Congress". Library of Congress, Washington, D.C. 20540 USA. Miġbur 2025-01-03.
- ^ Eric, Kastelein. "Oog in oog met Paramaribo - Boekenkrant" (bl-Olandiż). Miġbur 2025-01-03.
- ^ "Dieren in dierentuinen "Dieren worden niet meer gehouden voor slechts het plezier van de mens"" (bl-Olandiż). 2020-04-22. Miġbur 2025-01-03.
- ^ a b "Iċ-ċensiment tal-2012" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2019-05-04. Miġbur 2025-01-03.
- ^ "Dr. Jules Sedney Terminal" (bl-Ingliż). 2024-01-19. Miġbur 2025-01-03.
- ^ "DE GESCHIEDENIS VAN MEERZORG, ZOALS BESCHREVEN IN OUDE KRANTENBERICHTEN, DEEL 1 (1915-1940). – Plantage Jagtlust". plantagejagtlust.nl (bl-Olandiż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-05-12. Miġbur 2025-01-03.
- ^ "Adhin jongste vicepresident Suriname". Suriname Herald (bl-Olandiż). 2015-08-13. Miġbur 2025-01-03.
- ^ djr (2023-01-25). "Digitaal Vrouwenlexicon van Nederland". resources.huygens.knaw.nl . Miġbur 2025-01-03.Manutenzjoni CS1: lingwa mhix magħrufa (link)
- ^ "Rajendre Khargi nieuwe Surinaamse ambassadeur in Nederland | blog". Miġbur 2025-01-03.
- ^ "Howard, Grace Ruth (1869-1968)". web.archive.org. 2017-10-28. Arkivjat mill-oriġinal fl-2017-10-28. Miġbur 2025-01-03.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Willemstad World Heritage City | Monuments of Curacao". web.archive.org. 2010-02-09. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-02-09. Miġbur 2025-01-03.
- ^ "Sister Cities". www.miamidade.gov (bl-Ingliż). Miġbur 2025-01-03.