Aqbeż għall-kontentut

Willemstad

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Willemstad
 Curaçao
Amministrazzjoni
Stat sovranRenju tan-Netherlands
Country of the Kingdom of the NetherlandsCuraçao
Ġeografija
Koordinati 12°06′29″N 68°56′06″W / 12.108°N 68.935°W / 12.108; -68.935Koordinati: 12°06′29″N 68°56′06″W / 12.108°N 68.935°W / 12.108; -68.935
Lua error in Module:Location_map at line 485: Unable to find the specified location map definition: "Module:Location map/data/Curaçao" does not exist.
Għoli 37 m
Demografija
Popolazzjoni 150,000 abitanti (2015)
Informazzjoni oħra
Fondazzjoni 1634
bliet ġemellati Amsterdamu Paramaribo

Willemstad (pronunzja: /ˈwɪləmstɑːt, ˈvɪl-/ WIL-əm-staht, VIL-, Dutch: [ˈʋɪləmstɑt], bil-Papiamento: [wiləmˈstad]; li tfisser litteralment "il-Belt ta' William") hija l-belt kapitali u l-ikbar belt ta' Curaçao, gżira fin-Nofsinhar tal-Baħar Karibew li jagħmel parti mar-Renju tan-Netherlands. Kienet il-belt kapitali tal-Antilli tan-Netherlands qabel ma xoljew fl-2010. Il-belt għandha madwar 90 % tal-popolazzjoni ta' Curaçao, b'136,660 abitant fl-2011.[1] Iċ-ċentru storiku tal-belt jikkonsisti minn erba' kwartieri: il-Punda u l-Otrobanda, li huma sseparati minn xulxin mill-Bajja ta' Sant'Anna, qala li tagħti għall-port naturali kbir magħruf bħala Schottegat, kif ukoll il-kwartieri ta' Scharloo u ta' Pietermaai Smal, li jinsabu faċċata ta' xulxin fil-port iżgħar ta' Waaigat. Willemstad tospita s-sinagoga ta' Curaçao, l-eqdem sinagoga fl-Amerki. Iċ-ċentru tal-belt, bl-arkitettura unika u bid-daħla tal-port, tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1997.[2]

Il-kwartier ta' Punda ġie stabbilit fl-1634, meta l-Kumpanija Olandiża tal-Punent tal-Indja ħatfet il-gżira mingħand Spanja. L-isem oriġinali ta' Punda kien de punt bl-Olandiż. Il-belt inbniet bħala belt iffortifikata.[3] F'qasir żmien żviluppat f'wieħed miċ-ċentri ewlenin tal-kummerċ Atlantiku tal-iskjavi li wassal għal tkabbir rapidu fil-popolazzjoni.[4] Fl-1674 inbniet is-sinagoga ta' Curaçao mil-Lhud Portugiżi Sefardiċi minn Amsterdam u minn Recife, il-Brażil li kienu insedjaw il-belt bħala kummerċjanti.[5] Fl-aħħar tas-seklu 17, kien hemm iktar minn 200 dar fi ħdan is-swar tal-belt.

Fl-1675 ġie deċiż li jinbena r-raħal ta' Pietermaai 'l barra mill-belt iffortifikata. Dan kellu jkun separat mill-belt b'żona ta' madwar 500 metru li fihom il-kostruzzjoni ma kinitx permess sabiex ma jiġux ostakolati l-kanuni tal-Forti ta' Amsterdam.[6] Fl-1707 ġie stabbilit is-subborg ta' Otrobanda. Otrobanda sar iċ-ċentru kulturali ta' Willemstad iktar 'il quddiem. L-isem tiegħu oriġina mill-Papiamento otro banda, li tfisser "in-naħa opposta".[4] Imbagħad ġie stabbilit is-subborg ta' Scharloo, madankollu Willemstad baqgħet tesperjenza t-tkabbir. Sal-1818, il-popolazzjoni ta' Willemstad kienet kibret għal 9,536 ruħ. Fit-13 ta' Mejju 1861, ittieħdet deċiżjoni li s-swar tal-belt jitwaqqgħu, u nbnew djar residenzjali fl-ispazju li kien jissepara lil Willemstad u Pietermaai.[7]

Għall-ħabta tal-1925, it-tkabbir fl-industrija taż-żejt u tal-fosfati kompla jixpruna iktar tkabbir, u rriżulta fil-ħolqien ta' viċinati ġodda.[8] Bejn l-1945 u l-1955, Julianadorp u Emmastad inħolqu minn Royal Dutch Shell biex jospitaw ħaddiema ġodda.[9] Fl-1985, ir-raffinerija taż-żejt li kienet timpjega 12,000 ruħ ingħalqet minn Shell. Il-Gvern ta' Curaçao ddeċieda li jixtri r-raffinerija għal ƒ 1.00 u ħa r-responsabbiltà li jindirizza kull ilment ta' tniġġis fil-ġejjieni. Fl-1986, ir-raffinerija nkriet lil PDVSA tal-Venezwela, u reġgħet infetħet fuq skala limitata. Fl-2017, PDVSA ġiet affettwata minn sanzjonijiet punittivi tal-Gvern tal-Istati Uniti, u saru tentattivi biex ir-raffinerija tiġi ssekwestrata.[10]

Fit-30 ta' Mejju 1969, ir-rewwixta ta' Curaçao, strajk fir-rigward ta' subkuntrattur tar-raffinerija taż-żejt, spiċċat f'irvell li wassal għal żewġ imwiet, 300 arrest u parti miċ-ċentru storiku ngħata n-nar. Il-Korp Marittimu Militari tan-Netherlands intbagħat lejn Willemstad u ċ-ċentru storiku kollu tal-belt ingħalaq.[11] Fl-1997, iċ-ċentru storiku ta' Willemstad u l-eks subborgi tal-belt tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[2][12] Fis-seklu 21 inbeda programm ta' rinnovazzjoni fuq skala kbira.[13][14]

Sit ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]

Iż-Żona Storika ta' Willemstad, iż-Żona Interna tal-Belt u l-Port, Curaçao ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1997.[2]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli".[2]

Veduta ta' Willemstad bid-dawl ta' tard waranofsinhar.

Jetair Caribbean, il-linja tal-ajru ewlenija ta' Curaçao, għandha s-sede korporattiva tagħha fi Pjazza Maduro.[15]

Il-Forti ta' Amsterdam mill-baħar.

It-turiżmu huwa industrija ewlenija u l-belt fiha diversi casinos u l-port tagħha jilqa' l-bastimenti tal-kruċieri. Iċ-ċentru tal-belt ta' Willemstad fih firxa wiesgħa ta' arkitettura kolonjali li hija influwenzata minn stili Olandiżi. Hemmhekk ġiet żviluppata wkoll r-riċerka arkeoloġika.[16] Il-belt fiha wkoll diversi bajjiet bħall-Bajja ta' Baya.[17]

Minħabba l-pożizzjoni tagħha qrib id-depożiti taż-żejt tal-Venezwela, l-istabbiltà politika tagħha u l-port naturali fond tagħha, Willemstad saret is-sit ta' port marittimu u raffinerija importanti. Il-port ta' Willemstad huwa wieħed mill-ikbar portijiet tal-kummerċ taż-żejt fil-Karibew. Ir-raffinerija, li fl-imgħoddi kienet l-ikbar waħda fid-dinja, oriġinarjament inbniet u kienet taqa' taħt is-sjieda ta' Royal Dutch Shell fl-1915.[18]

L-erba' kumpaniji li kienu jikkostitwixxu l-operazzjoni tar-raffinar ta' Royal Dutch Shell:[19] ir-raffinerija, il-bunkering taż-żejt, il-kumpanija tat-tugboats (KTK) u d-distribuzzjoni lokali tal-prodotti tar-raffinerija (CurOli/Gas) inbigħu lill-gvern ta' Curaçao fl-1985 għas-somma simbolika ta' guilder wieħed għal kull kumpanija, u issa l-jeddijiet inkrew lil PDVSA, il-kumpanija taż-żejt tal-Venezwela b'sjieda tal-istat.[20] Schlumberger, l-ikbar kumpanija fid-dinja fil-qasam tas-servizzi tad-depożiti taż-żejt għandha s-sede tagħha f'Willemstad.

Ir-raffinerija ta' Isla Oil fil-port ta' Willemstad mill-Forti ta' Nassau.

Servizzi finanzjarji

[immodifika | immodifika s-sors]

Bosta istituzzjonijiet finanzjarji għandhom is-sede tagħhom f'Willemstad minħabba l-politiki favorevoli tat-taxxa ta' Curaçao.

L-Università ta' Curaçao hija l-università nazzjonali ta' Curaçao u tinsab f'Willemstad.[21] L-Iskola Universitarja tal-Mediċina ta' Avalon tinsab f'Willemstad ukoll, flimkien mal-Università Medika tal-Karibew, li tinsab qrib iċ-ċentru tal-belt.[22]

L-Istadium ta' Ergilio Hato.

Il-plejer tal-Major League Baseball Jair Jurrjens, Wladimir Balentien, Jurickson Profar, Andruw Jones, Ozzie Albies, Kenley Jansen, Jonathan Schoop u Andrelton Simmons twieldu f'Willemstad.

Il-plejer notevoli tat-tennis Jean-Julien Rojer twieled f'Willemstad.

Enith Brigitha, għawwiema rebbieħa tal-medalja tal-bronż li rrappreżentat lin-Netherlands fil-Logħob Olimpiku tas-sajf twieldet f'Willemsted. Hija kienet ukoll l-ewwel atleta ta' karnaġjon sewda li rebħet medalja fl-għawm fil-Logħob Olimpiku.

Fl-1985, Willemstad ospitat il-Curaçao Grand Prix tal-Formula 3000. It-tellieqa ntrebħet mis-sewwieq Daniż John Nielsen. It-tim ta' Pabao Little League ħa sehem f'disa' Little League World Series, u rebaħ fl-2004. It-tim rebaħ it-titlu ta' Ċampjins Internazzjonali fl-2005, fl-2019, fl-2022 u fl-2023. Fl-2008, tim ieħor ta' Pabao Little League rebaħ il-Junior League World Series, wara li rebaħ kontra ċ-ċampjins tar-Reġjun tal-Amerka Latina, u mbagħad kontra ċ-ċampjins tar-Reġjun tal-Asja u l-Paċifiku, u kontra ċ-ċampjins tar-Reġjun tal-Messiku, u finalment kontra ċ-ċampjins tal-Istati Uniti (ir-Reġjun tal-Punent), Hilo American/National LL (Hilo, Hawaii), 5–2.

Infrastruttura

[immodifika | immodifika s-sors]

Willemstad hija moqdija mill-Ajruport Internazzjonali ta' Curaçao, li jinsab 12-il kilometru (7.5 mili) fit-Tramuntana tal-belt, u li kull sena jintuża minn madwar 2 miljun passiġġier.

Il-Pont tar-Reġina Emma mdawwal billejl.

Punda u Otrobanda huma kkollegati permezz tal-Pont tar-Reġina Emma. Għalkemm għadu jintuża, illum il-ġurnata l-biċċa l-kbira tat-traffiku issa juża l-Pont tar-Reġina Juliana li nbena fl-1967 (ġie rikostruwit fl-1974) fl-għoli sew fuq il-bajja iktar 'il ġewwa. Fil-qrib hemm ukoll il-pont li kien jitla' u jinżel tar-Reġina Wilhelmina li ma għadux operattiv.

Data klimatika Curaçao - l-Ajruport Internazzjonali ta' Hato (TNCC) (1981-2010)
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. għolja rekord °C (°F) 33.3
(91.9)
33.2
(91.8)
33.0
(91.4)
34.7
(94.5)
36.0
(96.8)
37.5
(99.5)
35.0
(95.0)
37.4
(99.3)
38.3
(100.9)
36.0
(96.8)
35.6
(96.1)
33.4
(92.1)
38.3
(100.9)
Medja massima kuljum °C (°F) 29.9
(85.8)
30.1
(86.2)
30.7
(87.3)
31.4
(88.5)
32.0
(89.6)
32.1
(89.8)
32.1
(89.8)
32.7
(90.9)
32.8
(91.0)
32.1
(89.8)
31.1
(88.0)
30.3
(86.5)
31.4
(88.5)
Medja kuljum °C (°F) 26.6
(79.9)
26.7
(80.1)
27.2
(81.0)
27.8
(82.0)
28.4
(83.1)
28.6
(83.5)
28.5
(83.3)
28.9
(84.0)
29.1
(84.4)
28.6
(83.5)
28.0
(82.4)
27.2
(81.0)
28.0
(82.4)
Medja minima kuljum °C (°F) 24.4
(75.9)
24.5
(76.1)
24.9
(76.8)
25.6
(78.1)
26.3
(79.3)
26.5
(79.7)
26.1
(79.0)
26.5
(79.7)
26.6
(79.9)
26.2
(79.2)
25.6
(78.1)
24.9
(76.8)
25.7
(78.3)
Temp. baxxa rekord °C (°F) 21.5
(70.7)
20.6
(69.1)
21.3
(70.3)
22.0
(71.6)
21.6
(70.9)
22.4
(72.3)
22.3
(72.1)
21.3
(70.3)
22.7
(72.9)
21.9
(71.4)
22.0
(71.6)
21.6
(70.9)
20.6
(69.1)
Medja tax-xita cm (pulzieri) 46.0
(1.81)
28.8
(1.13)
14.1
(0.56)
19.4
(0.76)
21.3
(0.84)
22.4
(0.88)
41.3
(1.63)
39.7
(1.56)
49.1
(1.93)
102.0
(4.02)
122.4
(4.82)
95.5
(3.76)
602.0
(23.70)
Medja għall-jiem bix-xita (≥ 1.0 mm) 8.5 5.5 2.5 2.4 2.2 3.3 6.3 4.6 4.7 8.1 10.9 11.4 70.4
Medja tal-umdità relattiva (%) 78.5 78.2 77.3 78.2 77.9 77.5 78.1 77.8 78.1 79.6 80.6 79.5 78.4
Medja fix-xahar għas-siegħat bid-dawl tax-xemx 264.7 249.6 271.8 249.4 266.3 266.7 290.4 302.5 261.7 247.8 234.7 247.1 3,152.7
Perċentwal għall-possibilità tax-xemx 73.8 75.2 72.8 67.0 67.9 70.8 73.3 78.2 71.6 67.4 67.6 69.8 71.3
Sors: Meteorological Department Curacao

Nies notevoli

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Kemy Agustien, plejer tal-futbol;[23]
  • Ozzie Albies, plejer tal-Major League Baseball;
  • Tahith Chong, plejer tal-futbol;
  • Rebecca Cohen Henriquez, attivista;[24]
  • Guliano Diaz, eks plejer professjonali tal-futbol;
  • Luigison V. Doran, plejer tal-futbol;
  • Jan Helenus Ferguson, Gvernatur kolonjali tal-Kosta tad-Deheb Olandiża;[25]
  • Elson Hooi, plejer tal-futbol;[26]
  • Jacky Jakoba, plejer tal-baseball;[27][28]
  • Andruw Jones, plejer tal-baseball;[29]
  • George Maduro, membru tar-reżistenza tat-Tieni Gwerra Dinjija li ngħata l-Ordni Militari ta' William;
  • Manuel Piar, Kap Ġeneral tal-armata matul il-Gwerra tal-Indipendenza tal-Venezwela;
  • Jean-Julien Rojer, plejer tat-tennis;
  • Gerrit Schotte, l-ewwel Prim Ministru ta' Curaçao;
  • Jonathan Schoop, plejer tal-baseball;[30]
  • Kenley Jansen, pitcher tal-Major League Baseball;
  • Luis Brión, Ammirall matul il-Gwerra tal-Indipendenza tal-Venezwela;
  • Jurickson Profar, plejer tal-Major League Baseball.
  1. ^ "Curaçao: Island & Places - Population Statistics, Maps, Charts, Weather and Web Information". www.citypopulation.de. Miġbur 2024-12-22.
  2. ^ a b ċ d "Historic Area of Willemstad, Inner City and Harbour, Curaçao - UNESCO". whc.unesco.org. Miġbur 2024-12-22.
  3. ^ "1861 | Pietermaai suburb - Curaçao History". www.curacaohistory.com (bl-Ingliż). Miġbur 2024-12-22.
  4. ^ a b Benjamins, Herman Daniël; Snelleman, Johannes (1917). Encyclopaedie van Nederlandsch West-Indië (bl-Olandiż). Leiden: Martinus Nijhoff Publishers. p. 747.
  5. ^ "Curacao Virtual Jewish History Tour". www.jewishvirtuallibrary.org. Miġbur 2024-12-22.
  6. ^ Michael A. Newton (1990). "Architectuur en monumentenzorg". De Gids (bl-Olandiż). p. 658.
  7. ^ Benjamins, Herman Daniël; Snelleman, Johannes (1917). Encyclopaedie van Nederlandsch West-Indië (bl-Olandiż). Leiden: Martinus Nijhoff Publishers. p. 749.
  8. ^ Buurtprofiel Steenrijk (2011). "Buurtprofiel Steenrijk". Government of Curaçao (bl-Olandiż). p. 9.
  9. ^ "Oliedorpen". www.nationaalarchief.cw (bl-Olandiż). Miġbur 2024-12-22.
  10. ^ Piven, Ben. "Curacao oil refinery takeover: Good for jobs, bad for climate?". Al Jazeera (bl-Ingliż). Miġbur 2024-12-22.
  11. ^ "Curaçao Trinta di Mèi | Nationaal Archief". www.nationaalarchief.nl (bl-Olandiż). Miġbur 2024-12-22.
  12. ^ "Curaçao: The Caribbean Getaway That Sets You Free". www.curacao.com. Miġbur 2024-12-22.
  13. ^ Buurtprofiel Scharloo (2011). "Buurtprofiel Scharloo". Government of Curaçao (bl-Olandiż). p. 10.
  14. ^ "Must visit on Curaçao: The colorful Handelskade & Pontoonbridge in Willemstad" (bl-Olandiż). 2020-10-21. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-05-19. Miġbur 2024-12-22.
  15. ^ "InselAir's General Terms and Conditions - Fly-InselAir.com". web.archive.org. 2014-03-21. Arkivjat mill-oriġinal fl-2014-03-21. Miġbur 2024-12-22.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  16. ^ Guyane, Service commun de la documentation Université des Antilles et de la. "Manioc : Audio-Vidéo | aiac-2507-02". www.manioc.org. Miġbur 2024-12-22.
  17. ^ "Baya Beach, Willemstad, Curacao". CruiseBe (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-04-20. Miġbur 2024-12-22.
  18. ^ "::::: Invest Curacao - Refinery :::::". www.investcuracao.com. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-03-04. Miġbur 2024-12-22.
  19. ^ "Wat wij doen | Over ons". www.shell.nl (bl-Olandiż). Miġbur 2024-12-22.
  20. ^ Gerritsen, Jan (1996-03-19). "Asfaltmeer treurig overblijfsel op Curaçao" (bl-Olandiż). Miġbur 2024-12-22.
  21. ^ "University of Curaçao". dutchculture.nl (bl-Olandiż). Miġbur 2024-12-22.
  22. ^ "Caribbean Medical University - The Best Caribbean Medical School". CMU - Caribbean Medical University (bl-Ingliż). Miġbur 2024-12-22.
  23. ^ "Curaçao - K. Agustien - Profile with news, career statistics and history - Soccerway". us.soccerway.com (bl-Ingliż). Miġbur 2024-12-22.
  24. ^ Goldish, Josette Capriles (is-17 ta' Ottubru 2002). "The Girls They Left Behind Curaçao's Jewish Women in the Nineteenth Century" Brandeis University. Waltham, Massachusetts. p. 15.
  25. ^ "Een Antilliaans jurist van de wereld". Miġbur 2024-12-22.
  26. ^ Strack-Zimmermann, Benjamin. "Elson Hooi (Player)". www.national-football-teams.com (bl-Ingliż). Miġbur 2024-12-22.
  27. ^ "Voormalig Quick-honkballer Jacoba overleden". www.rtvutrecht.nl (bl-Olandiż). 2022-12-19. Miġbur 2024-12-22.
  28. ^ "Jakoba verstrikt in reglementen" (Dag ed.). 's-Hertogenbosch. 1989-02-27. Miġbur 2024-12-22.
  29. ^ "MLB.com | The Official Site of Major League Baseball". MLB.com (bl-Ingliż). Miġbur 2024-12-22.
  30. ^ "Jonathan Schoop Stats, Age, Position, Height, Weight, Fantasy & News". MLB.com (bl-Ingliż). Miġbur 2024-12-22.