Gerald Strickland
| Gerald Strickland | |||||||||||||||
|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
|
| |||||||||||||||
19 Jannar 1928 - 22 Awwissu 1940
9 Awwissu 1927 - 21 Ġunju 1932 ← Ugo Pasquale Mifsud - Ugo Pasquale Mifsud →
29 Ottubru 1924 - 19 Jannar 1928 District: Lancaster (en) Election: elezzjonijiet ġenerali tar-Renju Unit tal-1924
14 Marzu 1913 - 27 Ottubru 1917 ← Frederic Thesiger, 1st Viscount Chelmsford (en)
31 Mejju 1909 - 16 Marzu 1913 ← Frederick Bedford (en)
28 Ottubru 1904 - 20 Mejju 1909 ← Arthur Havelock (en)
| |||||||||||||||
| Ħajja | |||||||||||||||
| Isem propju | Gerald Paul Joseph Cajetan Carmel Antony Martin Strickland | ||||||||||||||
| Twelid | Valletta, 24 Mejju 1861 | ||||||||||||||
| Nazzjonalità | Renju Unit | ||||||||||||||
| Residenza | Kastell ta' Sizergh | ||||||||||||||
| Mewt | Villa Bologna, 22 Awwissu 1940 | ||||||||||||||
| Post tad-dfin | Katidral ta’ San Pawl | ||||||||||||||
| Familja | |||||||||||||||
| Missier | Walter Strickland | ||||||||||||||
| Omm | Donna Maria Aloysia Paula Bonici-Mompalao | ||||||||||||||
| Konjuga/i |
Lady Edeline Sackville (en) Margaret, Lady Strickland (en) | ||||||||||||||
| Ulied |
uri | ||||||||||||||
| Aħwa |
uri | ||||||||||||||
| Edukazzjoni | |||||||||||||||
| Alma mater |
Trinity College St Mary's College, Oscott (en) | ||||||||||||||
| Lingwi | Ingliż | ||||||||||||||
| Okkupazzjoni | |||||||||||||||
| Okkupazzjoni |
politiku avukat | ||||||||||||||
| Post tax-xogħol | Londra | ||||||||||||||
| Premjijiet | |||||||||||||||
| Sħubija |
Inner Temple (en) | ||||||||||||||
| Servizz militari | |||||||||||||||
| Fergħa militari | Armata Brittanika | ||||||||||||||
Sir Gerald Strickland (Valletta, 24 ta' Mejju 1861 – Ħ'Attard, 22 ta' Awwissu 1940) kien il-mexxej tal-Partit Kostituzzjonali u r-raba' Prim Ministru ta' Malta. Imwieled il-Belt Valletta minn Walter Strickland u Louisa Bonici Mompalao, huwa għamel l-istudji tiegħu f'Malta, l-Italja u l-Ingilterra. Ħadem fis-Servizz Pubbliku tal-Imperu Brittaniku taħt il-Prim Ministru, Joseph Chamberlain.
Fl-1887 kien elett fil-Kunsill tal-Gvern u fis-sena ta' wara kien nominat Chief Secretary. Huwa baqa' jokkupa din il-kariga sa l-1902 meta kien nominat Gvernatur ta' Leeward Islands u anki Gvernatur tat-Tażmanja, fl-Awstralja tal-Punent u New South Wales. Fl-1917 reġa' lura Malta u waqqaf l-Anglo-Maltese Party li ftit wara ngħaqad mal-Maltese Constitutional Party u sar il-Partit Kostituzzjonali taħt it-tmexxija tiegħu. Huwa kien Kap tal-Oppożizzjoni bejn l-1921 u l-1927 – tliet leġislaturi. Wara l-elezzjonijiet tal-1927 il-Partit tiegħu flimkien mal-Partit Laburista kellhom il-maġġoranza, sar il-ftehim tal-Compact u Strickland inħatar Prim Ministru bejn Awwissu 1927 u Ġunju 1930. Tul din il-leġislatura Strickland kellu l-inkwiet mal-membri tas-Senat u aktar tard qamet ukoll il-kwistjoni politiko-reliġjuża. Dawn wasslu għas-sospensjoni tal-Kostituzzjoni fl-1930.
Ħeles minn attentat fuq ħajtu meta persuna ppruvat tassassinah minn ftit passi 'l bogħod minnu, iżda ma laqtitux. Sir Gerald Strickland kien ukoll Ministru tal-Ġustizzja bejn April 1929 u Ġunju 1932 u Novembru 1933, Kap tal-Oppożizzjoni. Wara l-għoti mill-ġdid tal-Kostituzzjoni fl-1939, Strickland kien il-mexxej tal-maġġoranza fil-Kunsill tal-Gvern. Huwa miet fid-dar tiegħu f'Ħ'Attard, fit-22 ta' Awwissu, 1940.

| Predeċessur Ugo Pasquale Mifsud |
Prim Ministru 1927–1932 |
Suċċessur |