Robert Abela
![]() |
Dan l-artiklu dwar persuna huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Robert Abela | |||||
---|---|---|---|---|---|
![]() | |||||
13 Jannar 2020 - ← Joseph Muscat
District: District 6 (en) ![]() Election: Elezzjonijiet Ġenerali 2017 | |||||
Ħajja | |||||
Twelid | Tas-Sliema, 7 Diċembru 1977 (44 snin) | ||||
Nazzjonalità | Malta | ||||
Familja | |||||
Missier | George Abela | ||||
Omm | Margaret Abela | ||||
Konjuga/i |
Lydia Abela Zerafa (en) ![]() | ||||
Edukazzjoni | |||||
Alma mater |
Università ta' Malta St Aloysius' College (en) ![]() | ||||
Okkupazzjoni | |||||
Okkupazzjoni |
politiku avukat |
Robert Abela (twieled 7 ta’ Diċembru, 1977)[1] huwa avukat Malti u l-Mexxej tal-Partit Laburista attwali. Membru tal-Parlament mil-2017, huwa ħa post Joseph Muscat bħala Mexxej tal-Partit Laburist, wara l-elezzjoni interna tat-tmexxija tal-partit li saret fil-11 ta' Jannar 2020, u nstab bħala Prim Ministru fit-13 ta' Jannar. Abela huwa bin George Abela, t-tmien president ta' Malta.
Ħajja bikrija, familja u karriera professjonali[immodifika | immodifika s-sors]
Bin George Abela u Margaret (née Cauchi), huwa trabba f’Ħal Għaxaq u f’Wied il-Għajn ma’ oħtu Marija. Ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola tas-Sorijiet f’Santa Luċija, l-iskola tas-St Francis f’Bormla, u l-Kulleġġ San Alwiġi. Ommhom, Margaret, ħadmet fl-amministrazzjoni ta’ l-Università l-Qadima fil-Belt Valletta u wara mexxiet id-ditta legali tal-familja, Abela Advocates.
Plejer tal-futbol fiż-żagħżugħija tiegħu, huwa lagħab bil-mira għat-tim nazzjonali taż-żgħażagħ. Abela pprattika wkoll il-bodybuilding, fejn kkompeta darbtejn fil-kampjonati nazzjonali fl-aħħar tad-disgħinijiet.
Abela studja l-liġi fl-Università ta' Malta, fejn ltaqa' mal-mara futura tiegħu Lydia. Iggradwa bħala avukat fl-2002 u beda jaħdem fl-uffiċċju legali ta’ missieru. Huwa speċjalizza fil-liġi tax-xogħol u tal-familja, l-ippjanar u liġi industrijali.
Fl-2008, huwa żżewweġ lil Lydia Abela (née Zerafa), li wara ħadet ir-rwol tas-segretarja tal-kumitat eżekuttiv tal-Partit Laburista. Huma għandhom tifla, Giorgia Mae, imwielda fl-2012.
Politika[immodifika | immodifika s-sors]
Fl-2008 kien involut fil-kampanja ta’ missieru meta George Abela kkontesta l-kariga ta’ mexxej tal-Partit Laburista wara r-riżenja ta’ Dr Alfred Sant.
Fl-2017, Dr Robert Abela laqa’ l-istedina ta’ Dr Joseph Muscat biex joħroġ għall-elezzjoni ġenerali. Huwa ġie elett għall-ewwel darba fil-Parlament mis-sitt distrett u serva f’kumitati Parlamentari minbarra li kien il-konsulent tal-Prim Ministru fil-kabinett.
Ħajja Personali[immodifika | immodifika s-sors]
Fl-2008, żżewweġ lil Lydia u fl-2012 kellhom tifla, Georgia Mae.
Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]
- ^ Spiteri, Adrian (11 January 2020). "Who is Robert Abela?" tvm.com.mt. Irkuprat 13 ta' Jannar 2020.
Predeċessur Joseph Muscat |
Prim Ministru ta' Malta 2020- |
Suċċessur |
Predeċessur Joseph Muscat |
Mexxej tal-Partit Laburista 2020- |
Suċċessur |