Margaret Abela

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Margaret Abela
Ħajja
Twelid Valletta, 14 Marzu 1949 (75 sena)
Nazzjonalità Malta
Familja
Konjuga/i George Abela
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni skrivan

Margaret Abela (twieldet fl-14 ta' Marzu 1949) hija l-mara tat-tmien President tar-Repubblika ta' Malta, George Abela, u b'hekk kienet l-Ewwel Mara ta' Malta matul il-mandat tiegħu.[1]

Edukazzjoni[immodifika | immodifika s-sors]

Hija bdiet l-edukazzjoni preprimarja tagħha mas-sorijiet Franġiskani tal-Kappella tal-Pilar fil-Belt Valletta, temmet l-edukazzjoni primarja tagħha fl-Iskola Primarja ta' Sant'Iermu u l-edukazzjoni sekondarja tagħha fl-Iskola Sekondarja u Teknika ta' Marija Assunta fil-Ħamrun.

Ħajja bikrija[immodifika | immodifika s-sors]

Wara li lestiet l-istudji tagħha, hija ħadmet full-time fid-dipartiment tal-amministrazzjoni tal-Università l-Antika ta' Malta fil-Belt Valletta, u iktar 'il quddiem f'Tal-Qroqq, l-Imsida.

Wara li żżewġet, hija wettqet xogħol amministrattiv mad-ditta tad-dritt Abela Advocates tar-raġel tagħha u sussegwentement anke tat-tifel tagħhom Robert Abela.

Ħajja personali[immodifika | immodifika s-sors]

Hija żżewġet lil George Abela fit-23 ta' Mejju 1976 u kellhom żewġt itfal, Robert u Maria.[2] Robert Abela ħa l-ġurament u sar l-14 il-Prim Ministru ta' Malta fit-13 ta' Jannar 2020.[3]

Interessi u kontributi soċjali[immodifika | immodifika s-sors]

Għal bosta snin hija kienet involuta soċjalment fil-komunità tal-Parroċċa ta' Ħal Tarxien, fejn kienet tagħti lezzjonijiet tal-katekiżmu lit-tfal li kienu qed iħejju għall-Praċett.

Unuri[immodifika | immodifika s-sors]

  • L-Estonja: Riċevitur tal-Ewwel Klassi tal-Ordni tas-Salib ta' Terra Mariana (fil-31 ta' Mejju 2012, serje 989 - nru 98).

Ara wkoll[immodifika | immodifika s-sors]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Biography - The new President". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-02.
  2. ^ "Dr George Abela". www.gov.mt. Miġbur 2022-09-02.
  3. ^ "Reuters | Breaking International News & Views". Reuters (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-02.