Mabel Strickland

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jump to navigation Jump to search

Mabel Strickland (Malta, 8 ta' Jannar, 1899, Ħal Lija, Malta — 29 ta' Novembru, 1988) kienet politika, ġurnalista, u propjetarja ta' ġurnal, Maltija.

Bint il-Baruni Gerald Strickland, ir-raba' Prim Ministru ta' Malta, u Lady Edeline Sackville Strickland, hija kellha żewġ ħutha bniet.

Meta twieldet, missierha kien is-segretarju ewlieni tal-Gvernatur ta' Malta. Meta kienet żgħira telqet minn Malta għall-Awstralja u qatt ma tgħallmet il-lingwa Maltija. Lura Malta fl-1917, Mabel ħadmet għal ftit fil-Kwartieri tar-Royal Navy.

Il-Partit Kostituzzjonali[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-1921, saret assistenta segretarja tal-Partit Kostituzzjonali ta' missierha. Matul it-tmexxija ta' missierha bħala Prim Ministru (1927–32), Mabel kienet konsulent tiegħu.

The Times of Malta[immodifika | immodifika s-sors]

Sa mill-1935, Mabel saret editur tal-ġurnali mmexxijin minn familtha, The Times of Malta u Il-Berqa. L-attakki tal-gwerra qerdu l-uffiċji tal-ġurnali tagħha, iżda xorta ħarġet il-ġurnali stampati f'għar fil-blat taħt il-Belt Valletta u l-ġurnal ħareġ dejjem.

Meta The Times ta' Londra sofriet ukoll minn attakki tal-Gwerra fl-1940, kitbet hekk lill-editur: "Times of Malta sends greetings and congratulations on your and your colleagues' escape and on your great achievement of uninterrupted publication regardless severe German bombing Times famous offices."

Meta missierha miet fl-1940, Mabel saret il-kap de facto tal-Partit Kostituzzjonali u s-sid tal-ġurnali.

Mabel Strickland kienet unurata bl-Order of the British Empire għall-ħidma tagħha fil-gwerra fl-1944. Fl-aħħar xhur tal-gwerra, kienet korrispondenta tal-gwerra għall-ġurnali tagħha, u kienet mat-21st Army Group tal-British Army of the Rhine.

Wara l-Gwerra, il-partit tagħha baqa' ħafna favur l-Ingilterra. Konservattiva fi ħwejjeġ soċjali, kontra t-tassazzjoni diretta jew żjidiet fit-taxxa ta' suċċessjoni. Fi Frar 1946, il-partit xolja.

Fl-1945, kien hemm tliet nisa fl-Assemblea Nazzjonali: J. Burns Debono, Helen Buhagiar u Mabel Strickland.

Progressive Constitutional Party[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-1950, Strickland kienet eletta fl-Assemblea Leġislattiva (il-Parlament) f'isem il-Partit Kostituzzjonali li reġgħet irxuxtatu u reġgħet kienet eletta 1951. Fl-1953 waqqfet partit ġdid, il-Progressive Constitutional Party (PCP) iżda fl-1955 dan il-partit ma tella' ebda kandidat.

Strickland irnexxielha terġa' tkun eletta fl-elezzjonijiet tal-1962 u baqgħet fil-Parlament sal-1966. Ma telgħetx fl-1966 u fl-1971.

Fl-1989, fost l-oħrajn, il-Perit Dom Mintoff f’intervent fil-Kamra tad-Deputati rrefera għal Mabel Strickland. Sostna li hi “ġġieldet għall-Imperu (Ingliż), ratu jintemm, jisfaxxa … iġġieldet għall-Partit tagħha, l-istess. Ma ridtx inkun xagħra f’ġisimha kif għexet din il-mara, għaliex ħajjitha ħajja traġika … Spiċċat biex missierha ġie skumnikat ukoll. It-traġedji kollha kellha din. Il-veru li fejn tmiss kien jaqa’ l-għawġ!”