André Schembri
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Twelid | 27 ta' Mejju 1986 Furjana, Malta | ||
Tul | 1.78 m | ||
Rwol | Midfilder offensiv | ||
Mixtliet | |||
Floriana | |||
Hibernians | |||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
2002–2005 | Hibernians | ||
2005–2009 | Marsaxlokk | ||
2007–2008 | → Eintracht Braunschweig (self) | ||
2008–2009 | → Carl Zeiss Jena (self) | ||
2008–2010 | SK Austria Kärnten | ||
2010–2011 | Ferencvárosi | ||
2011 | Olympiakos Volou | ||
2011–2012 | Panionios | ||
2012–2014 | Omonia | ||
2014 | FSV Frankfurt | ||
2014–2016 | AC Omonia | ||
2016–2017 | Boavista | ||
2017–2019 | Apollon Limassol | ||
2019–2020 | Chennaiyin | ||
Tim nazzjonali | |||
2004–2006 | Malta U-21 | ||
2006–2018 | Malta |
André Schembri (twieled fis-27 ta' Mejju 1986) huwa kowċ u eks-plejer tal-futbol Malti li kien jilgħab bħala midfilder offensiv.
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Hibernians
[immodifika | immodifika s-sors]André Schembri beda l-karriera tiegħu mat-tim ta' Hibernians qabel ma ddebutta għall-klabb matul l-istaġun 2002–03, fejn kiseb seba' preżenzi waqt li għen lill-Hibs għar-raba' post finali.
L-istaġun segwenti tal-2003–04, ra lil Schembri jistabilixxi lilu nnifsu bħala plejer regulari għat-tim fejn deher 26 darba u sab ix-xibka għal ħames darbiet, b'Hibernians itemmu l-istaġun fit-tielet post. Schembri beda l-istaġun 2004–05 fejn kien ħalla fl-istaġun preċedenti. Il-prestazzjoni tajbin tiegħu rawh jiġi akkwistat matul is-suq tat-trasferimenti ta' Jannar 2005 mill-klabb ta' Marsaxlokk, bi Schembri jkun għamel ħdax-il dehra u ħames gowls matul l-ewwel nofs tal-istaġun.
Matul iż-żmien tiegħu mat-tim Pawlist, Schembri għamel 44 apparenza u skorja għaxar gowls.
Marsaxlokk
[immodifika | immodifika s-sors]Marsaxlokk kisbu l-firma ta' Schembri f'Jannar tal-2005, flimkien mal-firma ta' plejer ieħor promettenti, Cleavon Frendo, akkwistat minn Pietà Hotspurs. Schembri għamel tmien dehriet fl-aħħar parti tal-istaġun għat-tim Xlukkajr, fejn skorja darbtejn hekk kif it-tim spiċċa fil-ħames post. Fl-ewwel staġun sħiħ tiegħu ma' Marsaxlokk (2005–06), Schembri lagħab 24 logħba bil-klabb jispiċċa fir-raba' post fil-kampjonat Malti.
L-aqwa staġun ta' André kien dak tal-2006–07, meta Marsaxlokk kisbu l-ewwel titlu tagħhom fl-istorja, fejn irnexxielu jakkumula dsatax-il preżenza u jiskorja ħdax-il gowl hekk kif kiseb l-ewwel unur tiegħu fil-futbol Malti.
Eintracht Braunschweig
[immodifika | immodifika s-sors]Wara staġun fuq nota pożittiva ma' Marsaxlokk, André beda jattira interess qawwi minn klabbs Ewropej, speċjalment wara li ta' età tenera ta' 20 sena kien għadu kif ħalla ismu fir-rebħa storika tat-tim nazzjonali Malti fuq l-Ungerija. Wara interess kemm mill-klabb OFI Crete ta' Ċipru u Eintracht Braunschweig tal-Ġermanja, hu ddeċieda li jingħaqad għal staġun ta' self ma' klabb li jilgħab fir-Regionalliga Nord Ġermaniża.[1]
Matul l-istaġun tiegħu ma' Eintracht Braunschweig, hu lagħab 29 partita u skorja 9 gowls, u temm dan l-ewwel staġun tiegħu barra minn art twelidu bħala t-tielet l-aqwa skorer tal-klabb hekk kif il-klabb kiseb il-promozzjoni għat-3. Liga.
Carl Zeiss Jena
[immodifika | immodifika s-sors]Nhar it-30 ta' Ġunju, 2008, ġie mħabbar li André Schembri kien se jingħaqad ma' Carl Zeiss Jena, tim li jimmilta fir-Regionalliga Nord, għal sena oħra ta' self minn Marsaxlokk. Id-debutt tiegħu wasal bħala sostitut fl-84 minuta fil-partita kontra Jahn Regensburg, bil-partita tintemm 2–2.
L-ewwel gowl tiegħu mal-klabb wasal fit-13 ta' Diċembru 2008, kontra SV Sandhausen, fir-rebħa ta' 2–0. L-istaġun intemm bi Schembri jilgħab 32 partita u jiskorja 4 gowls, minkejja li Carl Zeiss Jena spiċċaw b'mod diżappuntanti fis-16-il post f'xifer ir-relegazzjoni. L-aqwa mument f'dan l-istaġun għal Schembri kien iż-żewġ li skorja fid-DFB-Pokal kontra t-tim ta' Kaiserslautern u t-tim mill-Bundesliga Schalke.
SK Austria Kärnten
[immodifika | immodifika s-sors]Fid-19 ta' Ġunju, 2009, hu ffirma kuntratt ta' sentejn mal-klabb tal-Bundesliga Awstrijaka SK Austria Kärnten,[2] bil-kowċ Frank Schinkels iqabbel lil Schembri ma' Diego Ribas da Cunha. L-ewwel gowl tiegħu mal-klabb wasal fis-26 ta' Lulju, 2009, fit-telfa ta' 3–2 kontra Kapfenberger.
Ferencvárosi
[immodifika | immodifika s-sors]Nhar il-15 ta' Frar, 2010, il-klabb Ungeriż ta' Ferencvárosi TC ħabbru l-akkwist ta' André, b'dan tal-aħħar ikun it-tieni Malti li jingħaqad mal-klabb wara l-gowlkiper Justin Haber.[3] Wara li fl-ewwel nofs staġun tiegħu fl-Ungerja ftit li xejn kellu ċans jimpressjona, il-wasla tal-kowċ il-ġdid bidlet radikalment il-pożizzjoni tal-plejer mal-Fradi. Fil-bidu tal-istaġun 2010–11, Schembri sar figura regulari mal-ewwel ħdax fejn skorja l-ewwel gowl tiegħu mal-klabb fir-rebħa ta' 3–0 fuq Győri ETO.[4] Nhar is-26 ta' Settembru, 2010, fil-logħba kontra r-rivali Vasas Schembri skorja tripletta deċiżiva fil-21, fit-30 u fit-53 minuta biex issiġilla r-rebħa ta' 3–1.[5] B'hekk tella' lit-tim punt distakk mill-ewwel post, u poġġa lilu nnifsu fit-tieni post tal-aqwa skorers tal-kampjonat b'5 gowls fl-istess numru ta' dehriet. Nhar l-20 ta' Novembru, 2010, Schembri reġa' rritorna għall-gowls bi tripletta oħra, din id-darba kontra Lombard-Pápa li għenet lit-tim jirbaħ bl-iskor ta' 5–0.[6] Mal-bidu tas-sena l-ġdida, il-vena tal-gowls baqgħet sejra li għenet mhux ftit lill-klabb ta' Ferencvárosi jissiġilla t-tielet post fil-kampjonat, u b'hekk post fil-UEFA Europa League.[7] Schembri temm l-istaġun bħala l-aqwa skorer tal-klabb (u t-tieni fil-kampjonat Ungeriż) fejn skorja 16-il gowl u assista 5 gowls.
Olympiakos Volou
[immodifika | immodifika s-sors]Wara li l-kuntratt tiegħu ma' Ferencvárosi skada fi tmiem l-istaġun, fis-7 ta' Lulju, 2011, ġie imħabbar li ngħaqad mal-klabb Grieg ta' Olympiakos Volou fejn iffirma kuntratt ta' sentejn.[8] L-ewwel gowl tiegħu wasal fit-28 ta' Lulju 2011, fil-UEFA Europa League meta fetaħ l-iskor fir-rebħa ta' 3–0 barra minn darhom kontra Differdange.[9] Minħabba li l-klabb kien għaddej minn każ ta' korruzzjoni u tixħim ta' partiti mill-2009 u l-2010, il-UEFA eskludiet lill-klabb milli jipparteċipa fl-Europa League u sospensjoni oħra ta' tliet snin minn kwalunkwe kompetizzjoni Ewropea.[10] Aktar tard, nhar it-23 ta' Awwissu 2011, kummissjoni tal-gvern Grieg iddeċidiet li ma tagħtix liċenzja lill-klabb biex awtomatikament ġew relegati għar-raba' diviżjoni.[11] Eventwalment, Schembri flimkien mal-plejers l-oħra tal-klabb ġew meħlusa mill-kuntratt tagħhom.
Panionios
[immodifika | immodifika s-sors]Nhar it-30 ta' Settembru 2011, Schembri iffirma kuntratt ta' tliet snin ma' Panionios,[12] u għażel il-flokk numru 40. Ma' Panionios lagħab total ta' 24 logħba fejn sab ix-xibka ħames darbiet.
Omonia
[immodifika | immodifika s-sors]Wara l-istaġun fil-Greċja, André Schembri issieħeb ma' Omonia ta' Ċipru, f'kuntratt ta' sentejn. It-trasferiment ġie kkonfermat fl-20 ta' Awwissu 2012 f'konferenza stampa mal-istampa Ċiprijotta.[13] L-ewwel gowl mal-klabb wasal fir-rebħa ta' 2–0 kontra Enosis tas-27 ta' Ottubru 2012. Fl-istaġun sussegwenti, hu spiċċa bħala l-aqwa skorer tal-klabb bi 17-il gowl hekk kif Omonia spiċċaw il-ħames fil-kampjonat.
Fit-28 ta' Mejju 2014, Schembri iddeċieda li jħalli 'l Omonia biex jingħaqad ma' FSV Frankfurt, fit-tieni diviżjoni Ġermaniża.[14] L-ewwel (u l-uniku) gowl tiegħu wasal fid-29 ta' Ottubru 2014, meta skorja fit-telfa ta' 5–1 kontra Hoffenheim fid-DFB Pokal.[15]
Wara li ftit li xejn sab spazju mat-tim Ġermaniż, Schembri reġa' ssieħeb ma' Omonia fil-5 ta' Diċembru 2014. L-istaġun ta' wara, hekk kif hu reġa' sab ruħu figura regolari mat-tim, hu spiċċa bi 15-il gowl b'Omonia jikkwalifikaw għall-ewwel rawnd ta' kwalifika tal-UEFA Europa League.
Boavista
[immodifika | immodifika s-sors]Wara staġun li rah jispiċċa fost l-aqwa ħames skorers fil-kampjonat Ċiprijott, André Schembri ingħaqad ma' Boavista fil-Primeira Liga fejn iffirma kuntratt ta' sentejn.[16] Wara bidu sodisfaċenti fejn rah jissiġilla postu mal-ewwel ħdax tal-klabb Portugiż, mal-wasla tal-attakkant il-ġdid Ivan Bulos f'Jannar, l-opportunitajiet tiegħu naqsu.[17] L-aħħar żewġ gowls tiegħu waslu f'żewġ dros ta' 3–3 u 2–2 kontra Benfica li ntlagħbu f'Jannar u Mejju 2017 rispettivament.[17][18]
Apollon Limassol
[immodifika | immodifika s-sors]Fit-12 ta' Ġunju 2017, Schembri xolja l-kuntratt tiegħu ma' Boavista minħabba raġunijiet personali u ffirma kuntratt ta' sentejn mat-tim Ċiprijott ta' Apollon Limassol.[19][20] L-ewwel gowl tiegħu wasal fit-13 ta' Lulju 2017, fir-rebħa ta' 3–0 kontra Zaria Bălți fit-tieni rawnd ta' kwalifika tal-UEFA Europa League. Il-gowls fl-Europa League komplew ġejjin fejn spiċċa r-rawnd ta' kwalifikazzjoni b'4 gowls f'sitt logħbiet, fosthom gowls kontra Midtjylland u Aberdeen, hekk kif Apollon ikkonfermaw posthom fil-fażi tal-gruppi.[21][22] B'dan ir-riżultat, hu sar it-tieni Malti li lagħab f'din il-fażi tal-kompetizzjoni wara Luke Dimech.[22] Schembri kiseb l-ewwel titlu barra minn pajjiżu meta nhar id-9 ta' Awwissu 2017 Apollon rebħu s-Super Cup Ċiprijotta kontra APOEL, fejn skorja wkoll il-gowl tar-rebħa fis-87 minuta.[23] Nhar id-19 ta' Ottubru 2017, Schembri skorja l-gowl tad-dro momentarju kontra Atalanta fit-telfa eventwali ta' 3–1, biex sar l-ewwel Malti li skorja f'fażi proprja ta' kompetizzjoni tal-UEFA.[24]
Internazzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]Schembri iddebutta mat-tim nazzjonali Malti fl-4 ta' Ġunju 2006, fit-telfa ta' 1–0 kontra l-Ġappun. L-ewwel gowls tiegħu waslu fir-rebħa storika ta' 2–1 kontra l-Ungerija tal-11 ta' Ottubru 2006, valida mir-rawnd ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2008. Din kienet l-ewwel rebħa kompetittiva ta' Malta fi 13-il sena. Fl-istess rawnd, skorja t-tielet gowl tiegħu meta kien ta vantaġġ temporanju ta' 2–1 kontra t-Turkija; il-partita finalment intemmet 2–2.
Statistika
[immodifika | immodifika s-sors]Internazzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]Unuri
[immodifika | immodifika s-sors]Klabb
[immodifika | immodifika s-sors]- Marsaxlokk
- Premier League Malti: 2006–07
- Apollon Limassol
- Super Cup ta' Ċipru: 2017
Individwali
[immodifika | immodifika s-sors]- Sportiv Malti tas-Sena: 2009–10
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Andre Schembri: „Ich möchte in Deutschland bleiben"" (bil-Ġermaniż). Transfermarkt.de. 2009-02-10. Miġbur 2010-06-30.
- ^ "André Schembri zu Kärnten" (bil-Ġermaniż). Transfermarkt.de. 2009-06-20.
- ^ Antoine Busuttil (2010-02-15). "Ferencváros sign Andre Schembri" (bl-Ingliż). MaltaFootball.com.
- ^ Antoine Busuttil (2010-09-02). "Maltese players abroad: Schembri, Barbara on target" (bl-Ingliż). MaltaFootball.com.
- ^ Jesmond Moore. "Andrè Schembri - l-ewwel plejer Malti li skorja hat-trick f'kampjonat barrani tal-ogħla livell". L-Orizzont.
- ^ Antoine Busuttil (2010-11-21). "Andre Schembri hat-trick hero for Ferencváros" (bl-Ingliż). MaltaFootball.com.
- ^ Antoine Busuttil (2011-05-22). "Schembri, Barbara on target once again" (bl-Ingliż). MaltaFootball.com.
- ^ "Andre' Schembri joins Greek club" (bl-Ingliż). Times of Malta. 2011-07-07. Miġbur 2011-07-09.
- ^ "Andre Schembri scores his first goal for Olympiakos Volou" (bl-Ingliż). MaltaFootball.com. 2011-07-29. Miġbur 2011-07-29.
- ^ "Olympiacos Volou excluded from Europa League" (bl-Ingliż). uefa.com. 2011-09-11. Miġbur 2011-09-25.
- ^ "Klabbs oħra fil-Greċja diġa' qed juru interess f'Schembri". replayonline.tv. 2011-09-24. Miġbur 2011-09-22.
- ^ "Andre Schembri joins Panionios in the Greek Super League" (bl-Ingliż). MaltaFootball.com. 2011-09-30. Miġbur 2011-11-01.
- ^ "Andre Schembri signs two-year deal with AC Omonia" (bl-Ingliż). Times of Malta. 2012-08-20. Miġbur 2012-08-29.
- ^ "Andre Schembri to join FSV Frankfurt" (bl-Ingliż). MaltaFootball.com. 2014-05-18. Miġbur 2017-12-08.
- ^ "TSG 1899 Hoffenheim - FSV Frankfurt, Oct 29, 2014" (bl-Ingliż). Transfermarkt. 2017-10-29. Miġbur 2017-12-08.
- ^ "André Schembri vem reforçar o Boavista" (bil-Portugiż). Boavista FC. 2016-06-16. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-11-30. Miġbur 2017-12-08.
- ^ a b "Schembri vows to regain coach's faith at Boavista" (bl-Ingliż). Times of Malta. 2017-03-14. Miġbur 2017-12-08.
- ^ "Watch: Andre Schembri goal for Boavista not enough as Benfica rally to 3-3 score" (bl-Ingliż). The Malta Independent. 2017-01-15. Miġbur 2017-12-08.
- ^ Valhmor Camilleri (2017-06-12). "Andre Schembri leaves Boavista" (bl-Ingliż). Times of Malta. Miġbur 2017-12-08.
- ^ Valhmor Camilleri (2017-06-25). "Schembri says Apollon decision was the right one" (bl-Ingliż). Times of Malta. Miġbur 2017-12-08.
- ^ "Schembri upbeat as Apollon draw Midtylland" (bl-Ingliż). Times of Malta. 2017-08-05. Miġbur 2017-12-08.
- ^ a b "Watch: Andre Schembri's goal for Apollon against Aberdeen" (bl-Ingliż). Times of Malta. 2017-08-03. Miġbur 2017-12-08.
- ^ "Watch: Andre Schembri scores late winner for Apollon Limassol" (bl-Ingliż). Times of Malta. 2017-08-09. Miġbur 2017-12-08.
- ^ "Watch: Malta captain mutes goal celebration after journalist slain" (bl-Ingliż). The Malta Independent. 2017-10-20. Miġbur 2017-12-08.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- André Schembri fuq National-Football-Teams.com
- (DE) André Schembri fuq fussballdaten.de
- Nies ħajjin
- Twieldu fl-1986
- Futbolers Maltin
- Plejers ta' Hibernians FC
- Plejers ta' Marsaxlokk FC
- Plejers ta' Eintracht Braunschweig
- Plejers ta' FC Carl Zeiss Jena
- Plejers ta' Ferencváros TC
- Plejers ta' Olympiakos Volou
- Plejers ta' Panionios GSS
- Plejers ta' AC Omonia
- Plejers ta' FSV Frankfurt
- Plejers ta' Boavista FC
- Plejers ta' Apollon Limassol
- Plejers tal-Premier League Malti