Żagreb

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

Żagreb hija l-belt kapitali tal-Kroazja fuq ix-xmara Sava u hija waħda mill-ikbar bliet tal-pajjiż. Hija ċentru industrijali u fiha impjanti li jipproduċu kimiki, makkinarji, ħwejjeġ magħmulin minn ġlud, karti, metalli u tessuti. Bħala ċentru kemm dak kulturali kif ukoll kummerċjali, Żagreb tospita università, teatru tal-opra, akkademji tal-mużika, l-arti u tal-films, mużewijiet, galleriji tal-arti u l-Akkademja tax-Xjenza u l-Arti ta' dik li kienet il-Jugożlavja. Fost l-attrazzjonijiet storiċi nsibu l-Katidral ta' San Stiefnu li jmur lura għas-seklu ħmistax, palazz tas-seklu tmintax u l-fdalijiet ta' katidral tas-seklu ħdax.

Żagreb
Magnify-clip.png
Żagreb