Rejkjavik

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Stemma tal-belt ta' Rejkjavik

Rejkjavik hija l-belt kapitali u l-ikbar belt fl-Iżlanda. Il-latitudni tagħha ta' 64°08' N, tagħmilha l-iktar kapitali ta' stat sovran li tinsab fin-naħa tat-Tramuntana fid-dinja. Din tinsab fil-Lbiċ tal-Iżland, fix-xatt tan-Nofsinhar tal-Bajja ta' Faxaflói. B'popolazzjoni ta' madwar 120,000, Rejkjavik hija l-qalb tal-attività ekonomika u governattiva tal-Iżlanda.

Huwa mifhum li Rejkjavik kien l-ewwel post fl-Iżlanda li fih għexu n-nies, fejn Ingólfr Arnarson stabilixxa madwar is-sena 870. Sas-seklu 18, ma kien hemm l-ebda żvilupp urban fil-belt. Il-belt ġiet fundata fl-1786 bħala belt tal-kummerċ uffiċjali u minn dakinhar kibret kostantement, hekk kif ittrasformat minn ċentru reġjonali għal wieħed nazzjonali ta' attivitajiet kummerċjali u governattivi.

Bliet ġemellati[editja]

Ħoloq esterni[editja]