Aqbeż għall-kontentut

SV Zulte Waregem

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Zultse VV)
SV Zulte Waregem
Isem sħiħ Sportvereniging Zulte Waregem
Ismijiet oħra Essevee
Fundazzjoni 1950
Grawnd Regenboogstadion,
Waregem
President Willy Naessens (en) Translate
Kowċ Vincent Euvrard (en) Translate
Kampjonat L-Ewwel Diviżjoni
L-ewwel
It-tieni
It-tielet
Sit uffiċjali
Arma antika ta' Zulte Waregem.

Sportvereniging Zulte Waregem, komunement magħrufa bħala Zulte Waregem jew mill-laqam tagħhom Essevee, huwa klabb tal-futbol professjonali Belġjan, ibbażat ġewwa l-belt ta' Waregem, Fjandri tal-Punent. Attwalment, il-klabb jikkompeti fl-Ewwel Diviżjoni Belġjana. L-ogħla finitura tagħhom fl-ogħla livell kienet il-ħames post fl-Ewwel Diviżjoni Belġjana 2008-09. S'issa huma rebħu t-Tazza Belġjana darba. Sussegwentement huma kwalifikaw għat-Tazza UEFA 2006-07, dan kien biss l-uniku staġun Ewropew tagħhom, huma tilfu biss fir-rawnd tal-aħħar 32 kontra Newcastle United.

Il-klabb huwa prodott ta' sħubija fl-2001 bejn Zultse VV u KSV Waregem, tim preċedenti tal-ewwel diviżjoni. L-ebda għaqda ma ġiet applikata. Zulte Waregem laħqu l-ogħla livell għall-ewwel darba fl-istaġun 2004-05 bir-rebħ tat-Tieni Diviżjoni. Il-kuluri tradizzjonali tal-klabb huma aħdar u aħmar. Huma jilagħbu l-logħbiet tagħhom ġewwa r-Regenboogstadion, il-grawnd preċedenti ta' KSV Waregem.

Il-klabb kien twaqqaf fis-sena 1950 u direttament sar membru tal-assoċjazzjoni nazzjonali (matricule n° 5381). Il-klabb Zultse VV (bl-istess numru tal-matricule) kien beda wara l-għaqda fl-1976 bejn Zulte Sportief u SK Zulte. Fl-2001, it-tim ingħaqad ma' KSV Waregem, li lagħbu fl-ewwel diviżjoni għal ħafna snin. L-ebda tim minn Zulte kiseb il-promozzjoni għat-tieni diviżjoni qabel SV Zulte Waregem fl-2002. Għalkemm Zultse VV kisbu l-aċċess għat-tielet diviżjoni fl-1995. Il-klabb spiċċaw l-14 minn 16 għal żewġ staġuni u kien relegati għat-tieni darba wara l-playoff.

Fl-1999, l-istaġun li fih daħlu lura, Zultse spiċċaw ir-4 f'din id-diviżjoni. Sentejn wara, il-klabb il-ġdid sar ċampjin tat-Tielet Diviżjoni A. L-uffiċċju reġistrat ta' Zulte Waregem jinsab f'Zulte iżda l-klabb huwa bbażat fil-grawnd ta' KSV Waregem f'Waregem u l-kuluri ħomor u bojod ta' KSV Waregem pprevalu.

Il-klabb kiseb ċans li jikkompetti fl-Ewropa matul l-istaġun 2006-07, huma ġew eliminati fl-aħħar 32 tat-Tazza UEFA , minn klabb Ingliż Newcastle United, għalkemm tilfu 4-1 bl-aggregat.

Parteċipazzjoni fl-Ewropa

[immodifika | immodifika s-sors]
Staġun Kompetizzjoni Rawnd Klabb Home Away Aggregat
2006–07 Tazza UEFA L-ewwel rawnd Russja Lokomotiv Moscow 2–0 1–2 3–2
Grupp F Awstrija Austria Wien 4–1 3rd
Repubblika Ċeka Sparta Prague 3–1
Spanja Espanyol 2–6
Netherlands Ajax 0–3
L-aħħar 32 Ingilterra Newcastle United 1–3 0–1 1–4
2013–14 UEFA Champions League It-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni Netherlands PSV Eindhoven 0–3 0–2 0–5
2013–14 UEFA Europa League Play-off Ċipru APOEL 1–1 2–1 3–2

Plejers notevoli

[immodifika | immodifika s-sors]

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]